“Tant Aħna Grati!”
“JIEN ċerta li l-artikli taʼ l-Awake! fuq il-puplesiji [8 taʼ Frar, 1998] kienu taʼ għajnuna kbira biex ommi ssalva ħajjitha,” kitbet Carol, f’ittra lill-uffiċċju tal-fergħa tax-Xhieda taʼ Jehovah fil-Kanada. Ommha kienet ħasset idha x-xellugija qisha mtarrxa, u sa l-għada fil-għodu beda jkollha problemi fil-vista. “Hi riedet tistenna sa l-għada biex tara t-tabib tagħha,” tispjega Carol, “u għalhekk ħeġġiġtha kemm flaħt biex taqra l-artikli taʼ l-Awake! li kienu jittrattaw fuq il-puplesiji. F’temp taʼ kwarta ċemplitli lura, u qaltli li aħjar tmur sa l-isptar. It-tobba żammewha dak il-lejl għall-osservazzjoni. Il-ġurnata taʼ wara huma kkonfermaw li kienu tawha xi żewġ puplesiji taʼ twissija, u qalu li kien għaqli min-naħa tagħha li marret l-isptar meta marret. Tant aħna grati għal din is-serje t’artikli!”
Għandek mnejn tkun sorpriż meta ssir taf li l-Bibbja fiha gwida prattika li tippromwovi kemm is-saħħa fiżika u kemm dik mentali. Dan il-fatt huwa enfasizzat fil-browxer interessanti ferm taʼ 32 paġna intitolat Ktieb għan-Nies Kollha, f’paġni 20 u 21 kif ukoll f’paġni 25 u 26. Int tistaʼ titlob kopja billi timla u timposta l-kupun t’hawn taħt fl-indirizz provdut fuq il-kupun jew f’indirizz addattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-rivista.
□ Ibagħtuli kopja tal-browxer Ktieb Għan-Nies Kollha. Indika b’liema lingwa
□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-Bibbja fid-dar bla ħlas.