19 t’April, 2000
Jum taʼ Min Jiftakru
FIL-LEJLA taʼ qabel ma miet, Ġesù stabbilixxa mafkar għall-mewt tiegħu. Din kienet ċerimonja sempliċi. Fiha hu qal lid-dixxipli tiegħu: “Agħmlu dan b’tifkira tiegħi.”—Luqa 22:19.
Din is-sena l-anniversarju taʼ dan l-avveniment se jkun l-Erbgħa, 19 t’April, wara nżul ix-xemx.
Għal dan l-għan, ix-Xhieda taʼ Jehovah madwar id-dinja se jinġabru f’din il-lejla speċjali biex josservaw dan il-Mafkar bil-mod li kkmandah Ġesù. Int mistieden mill-qalb biex tingħaqad magħhom bħala osservatur. Jekk jogħġbok iċċekkja max-Xhieda taʼ Jehovah lokalment għall-ħin eżatt u l-post taʼ din il-laqgħa.