LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g00 4/8 pp. 18-19
  • Huwa Xieraq li Tqim lil Ġesù?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Huwa Xieraq li Tqim lil Ġesù?
  • Stenbaħ!—2000
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​Użu tal-​Kelma “Qima” fil-​Bibbja
  • Ġesù Jixraqlu li Mmilu Quddiemu
  • “Alla li Qiegħed Jesiġi Devozzjoni Esklużiva”
  • Il-Qima taʼ Min Jaċċetta Alla?
    Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem
  • Imita lil Ġesù—Agħti Qima Aċċettabbli lil Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Il-mod kif għandek tqim lil Alla
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Meta Tqim lil Ġeħova Kif Jogħġob Lilu Se Tkun Iktar Ferħan
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
Stenbaħ!—2000
g00 4/8 pp. 18-19

Il-​Ħarsa tal-​Bibbja

Huwa Xieraq li Tqim lil Ġesù?

TUL is-​sekli, ħafna nies fil-​Kristjaneżmu qiemu lil Ġesù Kristu bħallikieku kien Alla li Jistaʼ Kollox. Madankollu, Ġesù nnifsu dderieġa l-​attenzjoni u l-​qima biss lejn Alla Jehovah. Per eżempju, meta ġie mħeġġeġ biex jagħmel att taʼ qima lix-​Xitan, Ġesù qal: “Lill-​Mulej, Alla tiegħek, għandek tadura, u lilu biss taqdi.” (Mattew 4:10) Iktar tard, lid-​dixxipli tiegħu Ġesù għallimhom: “[I]ssejjħu lil ħadd missierkom fuq din l-​art, għax il-​Missier tagħkom wieħed hu, dak li hu fis-​smewwiet.”​—Mattew 23:9.

Lil waħda mara Samaritana, Ġesù ddeskrivielha liema hi dik it-​tip taʼ qima li kull wieħed irid jagħti ’l Alla. Din il-​qima trid tkun ibbażata fuq l-​ispirtu u l-​verità. Tabilħaqq, ‘il-​Missier nies bħal dawn ifittex li jadurawh.’ (Ġwann 4:​23, 24) Iva, lil Alla biss nistgħu nadurawh b’riverenza. L-​għoti taʼ qima lil xi ħaddieħor jew lil xi ħaġa oħra jkun forma taʼ idolatrija, ħaġa li hi kundannata kemm fl-​Iskrittura Ebrajka u kemm fl-​Iskrittura Griega.​—Eżodu 20:​4, 5; Galatin 5:​19, 20.

‘Imma,’ xi ħadd jistaʼ jargumenta, ‘ma tindikax il-​Bibbja li rridu nqimu wkoll lil Ġesù? Ma qalx Pawlu f’Lhud 1:6: “Ħa jqimuh [lil Ġesù] l-​anġli kollha taʼ Alla”?’ Kif nistgħu nifhmu din l-​iskrittura fid-​dawl taʼ dak li l-​Bibbja tgħid dwar l-​idolatrija?

L-​Użu tal-​Kelma “Qima” fil-​Bibbja

L-​ewwelnett,  irridu nifhmu x’ried ifisser Pawlu hawn bil-​kelma “qima.” Pawlu uża l-​kelma Griega pro·sky·neʹo. L-​Unger’s Bible Dictionary jgħid li din il-​kelma letteralment tfisser li ‘tbus id xi ħadd b’sinjal taʼ riverenza jew rispett.’ Il-​ktieb An Expository Dictionary of New Testament Words, taʼ W. E. Vine, jgħid li din il-​kelma “tindika att taʼ riverenza, kemm jekk mogħti lil xi bniedem . . . jew lil Alla.” Fi żminijiet Bibliċi, pro·sky·neʹo taʼ spiss kienet tinkludi li wieħed ibaxxi rasu quddiem xi ħadd li jokkupa xi kariga għolja.

Aħseb ftit fil-​parabbola li ta Ġesù dwar wieħed ilsir li ma kellux mnejn iħallas lura somma kbira taʼ flus li kellu jagħti lil sidu. F’din il-​parabbola tidher forma taʼ din il-​kelma Griega u, fit-​traduzzjoni tiegħu, Karm Żammit jgħid li “l-​qaddej għalhekk ixteħet fl-​art, u qiemu [forma taʼ pro·sky·neʹo], hu u jgħid [lis-sultan]: Ja sid, ħu paċenzja bija, u jien inħallsek kollox.” (Mattew 18:26; korsiv tagħna.) Kien dan ir-​raġel qed jagħmel xi att taʼ idolatrija? Xejn affattu! Kien qiegħed biss jesprimi dik ix-​xorta taʼ riverenza u rispett li jixraq lis-​sultan, li kien sidu u xi ħadd superjuri għalih.

Fi żminijiet Bibliċi, espressjonijiet bħal dawn taʼ rispett, fejn wieħed imil quddiem xi ħadd, kienu xi ħaġa komuni mhux ħażin fl-​Orjent. Ġakobb inxteħet wiċċu fl-​art sebaʼ darbiet malli ltaqaʼ maʼ ħuh Għesaw. (Ġenesi 33:3) Ħut Ġużeppi wkoll inxteħtu maʼ l-​art, jew mielu, quddiemu biex jagħtuh ġieħ minħabba l-​kariga tiegħu fil-​palazz tas-​sultan Eġizzjan. (Ġenesi 42:6) Meta nqisu dawn il-​fatti, nistgħu nifhmu aħjar x’ġara meta l-​astroloġi sabu liċ-​ċkejken Ġesù, u għarfuh bħala “dak li twieled sultan tal-​Lhud.” Fil-​fatt, ir-​rakkont jgħidilna li huma “nxteħtu fl-​art iqimuh [ pro·sky·neʹo].”​—Mattew 2:​2, 11.

Jidher ċar, mela, li l-​kelma pro·sky·neʹo, tradotta “qima” f’xi Bibbji, ma tintużax biss f’każi fejn tirreferi għal dik it-​tip t’adorazzjoni li tixraq biss lil Alla Jehovah. Tistaʼ tirreferi wkoll għar-​rispett u l-​unur li wieħed juri lil xi persuna oħra. Bil-​ħsieb li jevitaw li l-​kelma pro·sky·neʹo f’Lhud 1:6 tinftiehem ħażin mill-​qarrejja, xi tradutturi tal-​Bibbja jużaw frażijiet bħal “jagħtuh rispett xieraq,” “jonorawh,” “jinxteħtu fl-​art quddiemu,” jew “imilu quddiemu.”

Ġesù Jixraqlu li Mmilu Quddiemu

Jixraqlu Ġesù li wieħed imil quddiemu b’dan il-​mod? U żgur li jixraqlu! Fl-​ittra tiegħu lil-​Lhud, l-​appostlu Pawlu jispjega li bħala l-​“werriet taʼ kollox,” Ġesù “qagħad fuq il-​lemin tal-​kobor taʼ Alla fl-​għoli tas-​smewwiet.” (Lhud 1:​2-4) B’hekk, “fl-​isem taʼ Ġesù – fis-​sema, fl-​art u f’qiegħ l-​art – il-​ħlejjaq kollha jinżlu għarrkubbtejhom, u kull ilsien jistqarr: ‘Ġesù Kristu hu l-​Mulej, għall-​glorja taʼ Alla l-​Missier.’”​—Filippin 2:​10, 11.

B’mod li jispikka, Kristu dalwaqt se juża din il-​pożizzjoni għolja tiegħu, u l-​poteri eżekuttivi u estensivi li ngħatawlu flimkien magħha, biex ibiddel l-​art f’ġenna globali. Taħt it-​tmexxija t’Alla, u bħala riżultat tas-​sagrifiċċju li Ġesù ħallas bħala prezz għall-​fidwa, lid-​dinja se jeħlisha minn kull diqa, uġigħ, u niket għall-​ġid taʼ dawk li joqogħdu għat-​tmexxija tiegħu taʼ tjieba. Allura ma jixraqlux li nagħtuh l-​unur u r-​rispett tagħna, u li nkunu ubbidjenti lejh?​—Salm 2:12; Isaija 9:5 [9:​6, NW]; Luqa 23:​43, NW; Apokalissi 21:​3, 4.

“Alla li Qiegħed Jesiġi Devozzjoni Esklużiva”

Madankollu, il-​Bibbja tindika b’mod ċar li l-​qima tagħna​—fis-​sens taʼ riverenza u devozzjoni reliġjuża​—trid tkun indirizzata biss lejn Alla. Mosè ddeskrivieh bħala “Alla għajjur,” jew “Alla li qiegħed jesiġi devozzjoni esklużiva” (NW). U l-​Bibbja tħeġġiġna biex ‘ninxteħtu nagħtu qima lil dak li għamel is-​sema u l-​art u l-​baħar u l-​għejun taʼ l-​ilmijiet.’​—Dewteronomju 4:24; Apokalissi 14:7.

Tabilħaqq li Ġesù jokkupa rwol fundamentali fil-​qima vera, wieħed li jixraqlu unur u rispett. (2 Korintin 1:​20, 21 Saydon; 1 Timotju 2:5) Huwa l-​unika triq li permezz tagħha nistgħu nersqu lejn Alla Jehovah. (Ġwann 14:6) Għaldaqstant, dawk li huma Kristjani veri jagħmlu tajjeb li jidderieġu l-​qima tagħhom biss lejn Alla Jehovah, Dak li Jistaʼ Kollox.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja