LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g00 8/8 p. 32
  • Żagħżugħ Ifittex l-Għarfien

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Żagħżugħ Ifittex l-Għarfien
  • Stenbaħ!—2000
Stenbaħ!—2000
g00 8/8 p. 32

Żagħżugħ Ifittex l-​Għarfien

Student taʼ 16-il sena li jgħix fir-​Repubblika Ċeka bagħat din l-​ittra t’apprezzament lill-​uffiċċju tal-​fergħa tax-​Xhieda taʼ Jehovah fi Praga.

“B’kumbinazzjoni qrajt ir-​rivista tagħkom taʼ Stenbaħ! Ma nafx kemm din ir-​rivista ilha teffettwa lil din id-​dinja kbira, imma naħseb li l-​għadd taʼ nies li jaqrawha huwa enormi. Maʼ l-​ewwel daqqa t’għajn tibqaʼ mistagħġeb kemm l-​artikli jkun fihom tagħrif u fatti. Ir-​rakkonti veri u l-​pariri li jkun hemm fi Stenbaħ! jiftħu għajnejn in-​nies li m’humiex midħla tal-​problemi u r-​riskji li jqumu minn jum għal jum.

“Ir-​rivista togħġobni mhux biss għax titgħallem ħafna minnha imma wkoll għax tagħtik idea ġenerali tan-​nies u r-​razez. . . . Permezz taʼ din l-​ittra nixtieq nesprimi kemm l-​isforzi li tagħmlu biex tiktbu dawn l-​artikli huma importanti għalina. Nirringrazzjakom f’isem il-​qarrejja kollha li, bħali, jammiraw xogħolkom. Jekk jogħġobkom ibagħtuli iktar ħarġiet tar-​rivista tagħkom Stenbaħ! . . . Jekk jogħġobkom ibagħtuli wkoll il-​browxer X’Inhu l-​Iskop tal-​Ħajja? Kif Tistaʼ Ssibu?”

Inħossuna fiduċjużi li int ukoll se tibbenefika ħafna jekk taqra l-​browxer sabiħ taʼ 32 paġna X’Inhu l-​Iskop tal-​Ħajja? Kif Tistaʼ Ssibu? Din il-​pubblikazzjoni turi li l-​Ħallieq tagħna għandu skop grandjuż li dalwaqt se jitwettaq. Tistaʼ titlob kopja billi timla u tibgħat il-​kupun t’hawn taħt fl-​indirizz provdut fuq il-​kupun jew f’indirizz addattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-​rivista.

□ Ibagħtuli kopja tal-​browxer X’Inhu l-​Iskop tal-​Ħajja? Kif

□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-​Bibbja fid-​dar bla ħlas.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja