Salmi
Lid-direttur. Melodija taʼ David.
4 Imma l-ħabel tagħhom tal-kejl infirex maʼ l-art kollha,+
U kliemhom wasal sa tarf l-art abitata.+
Fihom hu waqqaf għarix għax-xemx,+
5 Li qisha għarus meta jkun ħiereġ mill-kamra tiegħu;+
Qisha raġel setgħan li jieħu pjaċir jiġri f’mogħdija.+
6 Toħroġ minn tarf wieħed tas-smewwiet,
U tispiċċa d-dawra tagħha fit-trufijiet l-oħrajn tagħhom;+
U xejn m’hu moħbi mis-sħana tagħha.+
7 Il-liġi+ taʼ Ġeħova perfetta,+ u sserraħ* ir-ruħ.+
It-tfakkira+ taʼ Ġeħova taʼ min jafdaha,+ u tagħti l-għerf lil min hu bla esperjenza.+
9 Il-biżaʼ+ taʼ Ġeħova pur, u jibqaʼ għal dejjem.
Id-deċiżjonijiet ġudizzjarji+ taʼ Ġeħova veri;+ huma kollha ġusti.+
10 Huma iktar taʼ min jixtieqhom mid-deheb, iva, minn ħafna deheb irfinut;+
U iktar ħelu mill-għasel,+ mill-għasel li jnixxi mix-xehda.+