“Qatt ma Kont Naf li Alla Għandu Isem”
◼ Waħda mara qalet dan il-kliem wara li qrat il-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? “Imma jagħmel sens li Alla għandu isem,” żiedet hi. “Meta fittixt l-isem t’Alla fil-Bibbja tiegħi, sibtu ċar u tond!” Hi tispjega: “Qatt ma qrajt ktieb dwar il-Bibbja li kien daqshekk t’għajnuna u faċli biex tifhmu!”
Il-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? mhux biss juri li l-iskop oriġinali t’Alla għall-art kien li tkun Ġenna taʼ l-art imma wkoll jagħmilha ċara kif dak l-iskop se jitwettaq. Il-ktieb juri l-irwol vitali li għandu Ġesù Kristu, l-Iben t’Alla, biex iwettaq dan l-iskop. Dan jagħti l-ispjegazzjoni tal-Bibbja dwar għala aħna nixjieħu u mmutu, għala Alla ppermetta s-sofferenza, u kif is-Saltna t’Alla se ġġib serħan mis-sofferenza kollha.
Għalkemm il-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? ħareġ biss tliet snin ilu, diġà ġew stampati iktar minn 79 miljun kopja b’220 lingwa. Int tistaʼ tibgħat għal kopja billi timla l-kupun t’hawnhekk u tibagħtu fl-indirizz muri fuq il-kupun jew f’indirizz adattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-rivista.
□ Mingħajr ebda obbligu, nixtieqkom tibagħtuli kopja tal-ktieb muri hawnhekk.
□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-Bibbja fid-dar bla ħlas.