LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 4/10 p. 3
  • Tħossok Stressat Iżżejjed?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tħossok Stressat Iżżejjed?
  • Stenbaħ!—2010
  • Materjal Simili
  • Ikkultiva Ħarsa Bilanċjata Lejn ix-Xogħol
    Stenbaħ!—2010
  • Gawdi Affarijiet Tajbin għax-Xogħol Iebes Tiegħek
    “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
  • Għandek wisq x’tagħmel?
    Stenbaħ!—2017
  • Agħmel ix-xogħol bil-ferħ
    Kif tibqa’ fl-imħabba t’Alla
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2010
g 4/10 p. 3

Tħossok Stressat Iżżejjed?

MADWAR id-​dinja, it-​taqbida bejn ix-​xogħol u l-​ħajja tal-​familja hi kwistjoni kbira. Bħalma jindika sors wieħed, ‘il-​globalizzazzjoni, it-​teknoloġija ġdida, u l-​ekonomija kompetittiva bla waqfien għamluha diffiċli biex dak li jkun iżomm is-​separazzjoni tradizzjonali bejn id-​dar u x-​xogħol.’ Dawn il-​bidliet ħalqu għana li qatt ma kien hawn bħalu. Imma dan is-​suċċess ġie bi prezz. Awtur wieħed jgħid: “Miljuni minna ninsabu mgħobbijin iżżejjed bix-​xogħol, għandna skeda mborġata, u nħossuna magħkusin. Aħna sempliċement stressati żżejjed.”

Issa żid maʼ dan l-​effetti skuraġġanti tar-​reċessjoni ekonomika reċenti. Ħaddiema madwar id-​dinja, kemm dawk li jagħmlu xogħol manwali kif ukoll dawk li jaħdmu f’xi uffiċċju, tilfu l-​impjiegi u d-​djar tagħhom. Wisq probabbli huma jixtiequ li jistgħu jaħdmu iebes.

Ejja nikkunsidraw kemm huma kbar dawn il-​problemi:

▶ Fost il-​ħaddiema Ewropej, 6 minn kull 10 jsofru minn stress minħabba x-​xogħol.

▶ Fost l-​impjegati tal-​Istati Uniti, 1 minn kull 3 jħoss li jaħdem iżżejjed il-​ħin kollu.

▶ Minn kull 3 Kanadiżi iktar minn 2 isibuha diffiċli biex jibbilanċjaw il-​ħajja tal-​familja max-​xogħol.

▶ Huwa stmat li iktar minn 600 miljun ħaddiem, jew 22 fil-​mija mill-​ħaddiema madwar id-​dinja, iqattgħu iktar minn 48 siegħa fil-​ġimgħa fuq il-​post tax-​xogħol.

Dawn l-​istatistiki juru traġedja umana kbira ħafna. Xi studji jassoċjaw sigħat twal u irregulari taʼ xogħol maʼ saħħa batuta, relazzjonijiet mimlijin tensjoni, trobbija fqira tat-​tfal, separazzjoni, u divorzju.

Xi ngħidu għalik? Qed taħdem iebes wisq? Jew int fost il-​miljuni li bħalissa m’għandhomx xogħol? Tixxennaq għal bilanċ aħjar bejn ix-​xogħol u l-​ħajja tal-​familja? Jekk inhu hekk, kif tistaʼ ssibu?

[Kaxxa/Stampa f’paġna 3]

“IT-​TIENI IMPJIEG”

“Meta nasal id-​dar,” tgħid waħda mara li taħdem, “irrid nipprepara l-​ikel, innaddaf id-​dar, naħsel il-​ħwejjeġ, immur għat-​tfal wara l-​attivitajiet tagħhom taʼ kuljum, ngħinhom fil-​ħowmwerk, u nara li jinħaslu u jidħlu jorqdu. Sa dak il-​ħin inkun għajjiena mejta.” Huwa stmat li jaħdmu 1.2 biljun mara madwar id-​dinja u miljuni minnhom jiffaċċjaw dan “it-​tieni impjieg” li jaqtagħlek qalbek, bħalma jagħmlu wkoll ħafna rġiel. Madankollu, stħarriġ juri li spiss l-​irġiel ma jagħmlux ix-​xogħol tad-​dar. Ġeneralment in-​nisa jġorru l-​piż taʼ dan kollu, kemm jekk jaħdmu barra d-​dar u kemm jekk le.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja