LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 4/10 pp. 7-9
  • Għix Ħajja Sempliċi u Bilanċjata

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għix Ħajja Sempliċi u Bilanċjata
  • Stenbaħ!—2010
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Kif Tistaʼ Tegħleb l-​Ansjetà?
  • Lest Jien Biex Nitlaq mid-Dar?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, L-1 Volum
  • Agħmel ix-xogħol bil-ferħ
    Kif tibqa’ fl-imħabba t’Alla
  • Fittex is-Saltna, mhux l-affarijiet materjali
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Ġesù Jwettaq Fejqan Mirakoluż
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2010
g 4/10 pp. 7-9

Għix Ħajja Sempliċi u Bilanċjata

HU VERAMENT premjanti li tgħix ħajja sempliċi u bilanċjata. Imma dan x’jinvolvi? L-​ewwel, forsi hemm bżonn li taħseb dwar il-​prijoritajiet tiegħek. Kif tistaʼ tagħmel dan?

Staqsi lilek innifsek: ‘X’wettaqt s’issa? X’jonqosni nagħmel iktar?’ Ikteb il-​miri prinċipali tiegħek hawn taħt:

1. ․․․․․

2. ․․․․․

3. ․․․․․

Illum ħafna nies għandhom ħarsa materjalistika lejn il-​ħajja u jaraw biss sa mneħirhom. Fi kliem ieħor huma qed jgħidu: “Ħa nieklu u nixorbu, għax għada mmutu.” (1 Korintin 15:32) Huma jemmnu li l-​istil taʼ ħajja tal-​lum, li dak li jkun jaħdem sabiex ikollu iktar flus biex jixtri l-​affarijiet, hu l-​aħjar li l-​ħajja tistaʼ toffri. Madankollu, il-​Bibbja tisfida din il-​ħarsa.

F’waħda mill-​parabboli tiegħu, Ġesù rrakkonta dwar raġel li geddes ħafna ġid, imma li miet qabel ma setaʼ jgawdih. “Hekk jiġrilu min jaħżen teżor għalih innifsu imma ma jkunx għani m’Alla.” (Luqa 12:16-​21) Kien ir-​raġel qed jagħmel ħażin li jaħdem iebes biex imantni lilu nnifsu? Lanqas xejn. Il-​problema kienet il-​ħarsa materjalistika tiegħu. Ma inkludiex lil Alla fil-​pjanijiet tiegħu. Minħabba f’hekk, l-​għana kollu tiegħu—dak kollu li kien ħadem għalih—fl-​aħħar mill-​aħħar ma kienx se jkun taʼ benefiċċju għalih. X’ħasra!—Ekkleżjasti 2:17-​21; Mattew 16:26.

B’kuntrast, Ġesù jistidinna biex naħdmu għal premju dejjiemi. “Taħdmux għall-​ikel li jintemm,” ħeġġeġ hu, “imma għall-​ikel li jibqaʼ għall-​ħajja taʼ dejjem.” (Ġwanni 6:27) Iktar qabel, hu kien qal: “Alla tant ħabb lid-​dinja li ta l-​Iben uniġenitu tiegħu, biex kulmin jeżerċita l-​fidi fih ma jinqeridx imma jkollu l-​ħajja taʼ dejjem.” (Ġwanni 3:16) Xi premju meraviljuż!

Kif Tistaʼ Tegħleb l-​Ansjetà?

Ġesù għaraf li l-​bnedmin għandhom it-​tendenza li jinkwetaw dwar l-​affarijiet materjali. Għalhekk, hu ħeġġeġ lid-​dixxipli tiegħu: “Tibqgħux tfittxu x’se tieklu u x’se tixorbu, u tibqgħux tkunu ansjużi u dubjużi; għax dawn kollha huma l-​affarijiet li l-​ġnus tad-​dinja qed ifittxu bil-​ħerqa, imma Missierkom jaf li teħtieġu dawn l-​affarijiet. Madankollu, fittxu kontinwament is-​saltna tiegħu, u dawn l-​affarijiet jiżdidulkom.”—Luqa 12:29-​31.

Dan il-​kliem rassiguranti qanqal lil numru bla għadd taʼ Kristjani biex jissimplifikaw ħajjithom. Juliet, li tgħix fil-​Malasja, tirrakkonta: “Ix-​xogħol tiegħi kien iħallini għajjiena mejta u frustrata. Għalhekk, jien u żewġi tlabna lil Ġeħova għall-​għajnuna biex nissimplifikaw ħajjitna. Hu wiġibna malajr. Fi żmien xahar, ġejt offruta xogħol part-​time ngħallem lit-​tfal b’diżabilità.” Steve, kuntrattur tas-​soqfa fl-​Awstralja, irranġa x-​xogħol tiegħu biex iqattaʼ iktar ħin mal-​familja tiegħu fl-​attivitajiet spiritwali. Maureen, il-​mara tiegħu, tispjega: “Hu issa ħafna iktar ferħan, u anki aħna. It-​tfal jitgħaxxqu b’dan! U anki jien! Żomm il-​ħajja sempliċi, u l-​familja kollha tissaħħaħ.”

Madankollu, jekk tlift l-​impjieg tiegħek u se titlef darek, jeħtieġ li jkollok fidi kbira biex issegwi t-​twissija taʼ Ġesù. Xorta waħda, billi tagħti prijorità lill-​affarijiet spiritwali u tafda f’Alla, int ukoll tistaʼ tgħix ħajja sempliċi u bilanċjata. Il-​fatt li tagħmel hekk se jgħinek tirsisti għall-​“ħajja vera”—ħajja eterna fid-​dinja l-​ġdida u ġusta t’Alla, fejn ix-​xogħol kollu se jkun pjaċevoli u l-​ebda sforz ma jkun għalxejn.—1 Timotju 6:17-​19; Isaija 65:21-​23.

Tixtieq tkun taf iktar dwar din il-​“ħajja vera” li l-​Bibbja twiegħed? Jekk inhu hekk, ikkuntattja lix-​Xhieda taʼ Ġeħova lokalment, jew ikteb f’indirizz xieraq imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-​rivista.

[Kumment f’paġna 9]

Fid-​dinja l-​ġdida t’Alla, ix-​xogħol kollu se jkun pjaċevoli u taʼ siwi

[Kaxxa f’paġna 8]

TISTAʼ TAGĦMEL XI XOGĦOL BARRA D-​DAR?

Hawnhekk se ssib xi suġġerimenti li għandhom mnejn ikunu taʼ għajnuna f’xi partijiet tad-​dinja matul il-​kriżi tal-​qagħad:

● Tieħu ħsieb xi dar (meta n-​nies ikunu msifrin fuq negozju jew fuq vaganza u jridu li jkun hemm xi ħadd li jiħdilhom ħsieb id-​dar)

● Tindif: ħwienet; uffiċċji; djar u appartamenti wara li jinbnew, f’każ li jinħarqu, wara li n-​nies jitilqu minnhom; xogħol tad-​dar (fi djar taʼ oħrajn); twieqi (taʼ negozji u taʼ djar)

● Tiswijiet: roti; kull tip taʼ apparat (il-​libreriji jkun fihom kotba sempliċi dwar kif issewwi)

● Xogħol taʼ handyman: xogħol fuq il-​faċċata tad-​dar; tagħmel xi kabinetti, bibien; tiżbogħ; u xogħol fuq il-​bjut

● Sensara

● Tqegħid taʼ madum

● Tqassim taʼ reklami u rivisti

● Tgħin lin-​nies iġorru minn post għal ieħor

● Xogħol taʼ ġardinar u taʼ qtugħ tal-​injam

● Xufier għat-​tfal tal-​iskola

● Fotografija (għan-​nies u għal avvenimenti pubbliċi)

Għal iktar informazzjoni ara Stenbaħ! bl-​Ingliż tat-​8 taʼ Marzu, 1996, paġni 3-​11.

[Kaxxa/Stampa f’paġna 9]

GĦAŻLIET BIEX TAGĦMEL XI XOGĦOL FID-​DAR

Ara xi bżonnijiet hemm fl-​inħawi tiegħek. Staqsi lill-​ġirien. Ħu l-​inizjattiva.

● Tieħu ħsieb it-​tfal

● Tbigħ mid-​dar ħaxix, frott, jew fjuri li tkun kabbart int

● Trabbi annimali jew għasafar biex tbigħhom

● Tħit u ssewwi ħwejjeġ, purtieri

● Tagħmel xi xogħol għall-​fabbriki mid-​dar

● Taħmi u tipprepara xi ikel

● Xogħol tal-​ganċ, tas-​suf; tagħmel xi fuħħar jew xogħol ieħor tal-​idejn

● Tiksi l-​għamara

● Tagħmel xi accounts, tittajpja, jew servizz tal-​kompjuter mid-​dar

● Xogħol taʼ parrukkier

● Tikri xi kamra fid-​dar (studenti)

● Tindirizza u timla l-​envelopsijiet għal min jirreklama

● Tqaxxar il-​pil tal-​annimali u tiħodhom jimxu

Nota: Ħafna mix-​xogħlijiet imsemmijin hawn fuq tistaʼ tirreklamahom b’xejn jew bi ftit flus fir-​rivisti tal-​irreklamar jew f’xi ħanut.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja