LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g16 Nru. 2 pp. 12-13
  • L-ansjetà

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-ansjetà
  • Stenbaħ!—2016
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Hu normali li tkun ansjuż?
  • X’tistaʼ tagħmel jekk tħossok ansjuż iżżejjed?
  • Qatt se ninħelsu mill-​ansjetà?
  • Itfaʼ l-Anzjetà Kollha Tiegħek fuq Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Itfgħu l-​ansjetà kollha tagħkom fuq Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Kif nistaʼ nkampa mal-ansjetà?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • X’tgħid il-Bibbja?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2016
g16 Nru. 2 pp. 12-13

IL-​ĦARSA TAL-​BIBBJA | L-​ANSJETÀ

L-​ansjetà

L-​ansjetà hi bħal munita b’żewġt uċuħ. Wieħed taʼ vantaġġ u l-​ieħor mhux. Il-​Bibbja tgħinna nagħrfu ż-​żewġ naħat.

Hu normali li tkun ansjuż?

IR-​REALTÀ

L-​ansjetà tinvolvi sentimenti taʼ skumdità, aġitazzjoni, jew inkwiet. Minħabba li ngħixu f’dinja inċerta, mumenti taʼ ansjetà jistgħu jegħlbu lil kull wieħed u waħda minna.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Is-​Sultan David kiteb: “Kemm se ndum nirreżisti waħdi, bi swied taʼ qalb il-​jum kollu?” (Salm 13:2) X’għen lil David ikampa? Hu ferraʼ qalbu quddiem Alla fit-​talb, u fada bis-​sħiħ fl-​imħabba leali taʼ Alla. (Salm 13:5; 62:8) Fil-​fatt, Alla jistidinna biex niftħu qalbna miegħu. ‘Itfgħu l-​ansjetà kollha tagħkom fuq [Alla], għax hu jimpurtah minnkom,’ jgħid l-​1 Pietru 5:7.

Mara anzjana bilqiegħda barra waqt li nies iżgħar jieħdu ħsieb il-ġnien tagħha

Li nagħmlu xi ħaġa għal dawk li nħobbu jistaʼ jnaqqsilna l-ansjetà dwarhom

Madankollu, spiss nistgħu ntaffu l-​ansjetajiet billi nittrattaw magħhom b’mod prattiku. Pereżempju, meta Pawlu, wieħed mill-​kittieba tal-​Bibbja, ħass “ansjetà għall-​kongregazzjonijiet kollha,” hu ħadem ħafna biex ifarraġ u jinkuraġġixxi lil dawk li kien konċernat dwarhom. (2 Korintin 11:28) F’dan ir-​rigward, l-​ansjetà tiegħu kienet taʼ vantaġġ, għax qanqlitu jagħti għajnuna bżonjuża. L-​istess jistaʼ jiġri lilna. L-​attitudni opposta—apatija jew indifferenza—kieku tindika li m’aħniex konċernati biżżejjed.—Proverbji 17:17.

“Tfittxux l-​interessi persunali tagħkom biss, imma wkoll l-​interessi persunali taʼ l-​oħrajn.”—Filippin 2:4.

X’tistaʼ tagħmel jekk tħossok ansjuż iżżejjed?

IR-​REALTÀ

In-​nies jistgħu jkunu ansjużi dwar l-​iżbalji tal-​passat, dwar il-​futur, jew il-​flus.a

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

It-​tħassib dwar żbalji tal-​passat: Qabel ma saru Kristjani, xi wħud fl-​ewwel seklu kienu sakranazzi, imbroljuni, immorali sesswalment u ħallelin. (1 Korintin 6:9-​11) Minflok ma qagħdu jaħsbu fuq il-​passat tagħhom, huma bidlu mogħdijiethom u fdaw fil-​ħniena kbira taʼ Alla, li hu lest li juri. “Għandek [Alla] hemm il-​maħfra vera, sabiex ikun hemm il-​biżaʼ tiegħek,” jgħid Salm 130:4.

Inċertezza dwar l-​għada: “Qatt tkunu ansjużi dwar l-​għada,” qal Ġesù Kristu, “għax l-​għada se jkollu l-​ansjetajiet tiegħu.” (Mattew 6:25, 34) X’inhu l-​punt? Iffoka fuq il-​problemi tal-​lum. Tkabbarhomx billi llum taħseb fuq il-​problemi taʼ għada, għax dan jistaʼ jċajparlek il-​ħsieb u jwasslek għal deċiżjonijiet mgħaġġlin. Ukoll, żomm f’moħħok li iktar tard se tinduna li ħafna ansjetajiet kienu bla bżonn.

It-​tħassib dwar il-​flus: Raġel għaref darba talab: “Tagħtinix faqar u lanqas rikkezzi.” (Proverbji 30:8) Minflok, hu ra li jkun kuntent—sentiment li jistħoqqlu l-​approvazzjoni taʼ Alla. F’​Ebrej 13:5, naqraw: “Ħa jkun il-​mod kif tgħixu ħieles mill-​imħabba għall-​flus, waqt li tkunu kuntenti b’dak li għandkom fil-​preżent. Għax [Alla] qal: ‘Żgur ma nitilqekx u żgur ma nabbandunakx.’” B’kuntrarju għall-​flus, li jistgħu jfallu, u ħafna drabi hekk jiġri, Alla qatt ma jonqos lil dawk li jafdawh u li jgħixu ħajja sempliċi.

“Qatt ma rajt lil xi ħadd ġust abbandunat għalkollox, lanqas lil uliedu jfittxu l-​ħobż.”—Salm 37:25.

Qatt se ninħelsu mill-​ansjetà?

DAK LI JGĦIDU N-​NIES

“Qed ngħixu f’era ġdida taʼ ansjetà,” qalet il-​ġurnalista Harriet Green f’artiklu tal-​gazzetta The Guardian fl-​2008. Fl-​2014, Patrick O’Connor kiteb f’The Wall Street Journal li “l-​Amerikani huma ansjużi iżjed minn qatt qabel.”

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

“L-​ansjetà f’qalb il-​bniedem ittaqqalha, imma l-​kelma t-​tajba tferraħha.” (Proverbji 12:25) ‘Kelma tajba’ b’mod speċjali tistaʼ tinstab fl-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla. (Mattew 24:14) Din is-​Saltna, gvern immexxi minn Alla, dalwaqt se tagħmel dak li aħna qatt ma nistgħu nagħmlu waħedna—neliminaw l-​ansjetà kollha billi nneħħu l-​kaġuni ewlenin, inkluż il-​mard u l-​mewt! ‘[Alla] jixxottalna kull demgħa minn għajnejna, u ma jkunx hemm iżjed mewt, u la niket u la għajat u lanqas uġigħ.’—Rivelazzjoni 21:4.

“L-​Alla li jagħti t-​tama jimliekom b’kull ferħ u paċi talli temmnu.”—Rumani 15:13.

a In-​nies li jbatu minn diżordnijiet serji taʼ ansjetà jistgħu jkunu għaqlin f’li jikkonsultaw maʼ tabib. Stenbaħ! ma jirrikkmanda l-​ebda terapija jew kura.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja