LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g17 Nru. 6 pp. 10-11
  • Żjara fi New Zealand

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Żjara fi New Zealand
  • Stenbaħ!—2017
Stenbaħ!—2017
g17 Nru. 6 pp. 10-11
Milford Sound, New Zealand

Milford Sound

PAJJIŻI U POPLI

Żjara fi New Zealand

New Zealand fuq mappa tad-dinja

X’AKTARX li kien madwar 800 sena ilu li t-​tribujiet Maori vvjaġġaw eluf taʼ kilometri taʼ oċean u ssetiljaw fi New Zealand. Hemmhekk huma sabu art totalment differenti mill-​gżejjer tropikali tal-​Polineżja li kienu ħallew warajhom. Dan kien pajjiż muntanjuż u bi blokok tas-​silġ, b’nixxigħat tal-​ilma sħun u borra. Kien hemm razza oħra li ssetiljaw hemmhekk madwar ħames sekli wara, imma din id-​darba ġew minn post iktar ’il bogħod, mill-​Ewropa. Illum, in-​nies minn New Zealand jirrikonoxxu kemm it-​tradizzjonijiet li oriġinaw mill-​Anglo-​Sassonu u kemm dawk li oriġinaw mill-​Polineżja. Kważi 90 fil-​mija tal-​popolazzjoni jgħixu fil-​bliet. Il-​belt taʼ Wellington hi magħrufa bħala li hi l-​iktar belt kapitali fid-​dinja li qiegħda lejn in-​Nofsinhar.

Għadajjar tat-tajn ibaqbqu fil-Gżira taʼ Fuq taʼ New Zealand

Għadajjar tat-tajn ibaqbqu fil-Gżira taʼ Fuq

Minkejja li New Zealand hu pajjiż kemxejn iżolat, kull sena jżuruh iktar minn tliet miljun turist. Din mhux sorpriża meta tqis li fih xeni mill-​isbaħ differenti u spettakolari.

Siġra bil-weraq kulur il-fidda

Is-siġra bil-weraq kulur il-fidda li tistaʼ tikber iktar minn 10 metri

Takahe, għasfur li ma jtirx

Sal-1948 kien maħsub li t-takahe, għasfur li ma jtirx, kien estint

Il-​pajjiż taʼ New Zealand hu kburi li għandu diversi annimali u pjanti fl-​abitat naturali tagħhom u li għandu iktar speċi t’għasafar li ma jtirux minn kwalunkwe post ieħor fid-​dinja. Hemmhekk jgħix ukoll it-​tuatara, rettili li jixbah lil gremxula u li jistaʼ jgħix sa 100 sena! Il-​mammali li huma proprja tal-​pajjiż huma biss ftit speċi taʼ friefet il-​lejl u mammali marini kbar bħal baleni u dniefel.

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova ilhom attivi fi New Zealand għal kważi 120 sena. Huma jgħallmu l-​Bibbja f’minn tal-​inqas 19-​il lingwa. Dawn jinkludu bin-​Niuean, bir-​Rarotongan, bis-​Samoan, u bit-​Tongan, li huma lingwi Polineżjani.

Il-Maori jiżfnu

Xi Maori qed jiżfnu bi lbies tradizzjonali

KONT TAF?

L-​isem New Zealand ġej minn Zeeland, reġjun fin-​Netherlands. L-​isem Maori Aotearoa jfisser “Pajjiż tas-​Sħaba Kbira Bajda.”

Għalkemm il-​biċċa l-​kbira tan-​nies minn New Zealand jitkellmu bl-​Ingliż, ingħatat spinta l-​lingwa tal-​pajjiż, il-​Maori, u issa qed tiġi mgħallma fl-​iskejjel. Il-​websajt uffiċjali tax-​Xhieda taʼ Ġeħova, jw.org, hi disponibbli bil-​Maori.

  • POPOLAZZJONI: 4.7 MILJUNI

  • BELT KAPITALI: WELLINGTON

  • PAJJIŻ: FIL-​GŻIRA TAʼ FUQ HEMM NIXXIGĦAT TAL-​ILMA SĦUN U ATTIVITÀ VULKANIKA. FIL-​GŻIRA T’ISFEL HEMM ELUF TAʼ BLOKOK TAS-​SILĠ

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja