LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g18 Nru. 1 p. 3
  • Kif issib din it-triq

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif issib din it-triq
  • Stenbaħ!—2018
  • Materjal Simili
  • Kif Insibu l-Hena
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Werrej
    Stenbaħ!—2018
  • Ferħ Veru f’li Naqdu lil Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Saħħa u Hena—Kif Tistaʼ Ssibhom?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2018
g18 Nru. 1 p. 3

IT-TRIQ LI TWASSAL GĦALL-FERĦ VERU

Kif issib din it-triq

TĦOSS LI GĦANDEK IL-​FERĦ F’ĦAJTEK? Jekk inhu hekk, x’jagħmlek ferħan? Il-​familja, ix-​xogħol, it-​twemmin tiegħek? Forsi qed tħares ’il quddiem għal xi ħaġa li tħoss li se tagħmlek ferħan, bħal li tispiċċa mill-​iskola, issib xogħol tajjeb, jew tixtri karozza ġdida.

Ħafna nies iħossu ċertu ferħ meta jilħqu xi mira jew jiksbu xi ħaġa li jkunu xtaquha. Imma kemm idum dan il-​ferħ? Ħafna drabi dan ma jdumx, u għalhekk jistaʼ jħalli lil dak li jkun diżappuntat.

Il-​ferħ ġie deskritt bħala kundizzjoni fejn wieħed iħossu kważi dejjem tajjeb. Dan jinkludi emozzjonijiet li jvarjaw minn sempliċi kuntentizza għal ferħ kbir ħafna. Jinkludi wkoll xewqa naturali biex dak li jkun jibqaʼ jħossu ferħan.

Ukoll, il-​ferħ ġie deskritt, mhux bħala destinazzjoni jew li tintlaħaq mira, imma bħala vjaġġ biex dak li jkun jibqaʼ jħossu tajjeb. Li tgħid, “Se nkun ferħan meta . . .” tkun bħallikieku qed tipposponi l-​ferħ.

Biex inġibu eżempju, qabbel il-​ferħ maʼ saħħa tajba. Kif nistgħu ngawdu saħħa tajba? Inkunu għaqlin jekk noqogħdu attenti għal x’nieklu, għal x’eżerċizzju nagħmlu, u għal mod kif ngħixu inġenerali. Bl-​istess mod, il-​ferħ huwa riżultat li jiġi meta ngħixu ħajja fi qbil maʼ prinċipji tajbin.

X’inhuma xi prinċipji jew kwalitajiet fil-​ħajja li jiddistingwu t-​triq li twassal għall-​ferħ veru? Filwaqt li xi wħud huma aktar importanti minn oħrajn, dawn li ġejjin huma essenzjali:

  • IL-​KUNTENTIZZA U L-​ĠENEROŻITÀ

  • IS-​SAĦĦA FIŻIKA U L-​ABBILTÀ LI TIRKUPRA

  • L-​IMĦABBA

  • IL-​MAĦFRA

  • SKOP FIL-​ĦAJJA

  • IT-​TAMA

Ktieb mimli għerf li huwa rispettat ferm jgħid: “Henjin dawk li triqithom hi bla nuqqas.” (Salm 119:1) Ejjew nikkunsidraw din it-​triq.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja