LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g19 Nru. 1 pp. 6-7
  • Li nkunu nafu x’inhi mġiba tajba u mġiba ħażina

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Li nkunu nafu x’inhi mġiba tajba u mġiba ħażina
  • Stenbaħ!—2019
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • EDUKAZZJONI LI TIPPROVDI GWIDA MORALI U SPIRITWALI
  • L-imħabba
    Stenbaħ!—2018
  • Kif Tiżviluppa Mħabba Ġenwina
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Ibqgħu “Imxu fl-Imħabba”
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
  • L-imħabba—Kwalità prezzjuża
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2019
g19 Nru. 1 pp. 6-7
Tifla żgħira qed taħsel il-​platti bl-​għajnuna tal-​ġenituri tagħha

Bl-​eżempju tagħhom, il-​ġenituri jgħallmu lil uliedhom kif iħobbu

PASS ’IL QUDDIEM BIEX TISSOLVA L-​ISFIDA

Li nkunu nafu x’inhi mġiba tajba u mġiba ħażina

Waqt ħarġa maʼ tal-​iskola, xi żgħażagħ subien ġew akkużati li attakkaw sesswalment lil student ieħor. Kollha kienu jattendu skola privata prestiġjuża fil-​Kanada. Wara l-​inċident, Leonard Stern kiteb fil-​gazzetta Ottawa Citizen: “Il-​fatt li ż-​żgħażagħ ikunu intelliġenti, ikollhom edukazzjoni tajba, u jkunu sinjuri ma jwaqqafhomx milli jagħmlu affarijiet ħżiena.”

Stern qal ukoll: “Tistenna li l-​aqwa mira tal-​ġenituri hi li jkunu jixtiequ jgħallmu lil uliedhom x’inhi mġiba tajba u mġiba ħażina. Minflok, jidher li ħafna ġenituri jħossu li hu iktar importanti li wliedhom imorru tajjeb fl-​iskola u jkollhom xogħlijiet tajbin ħalli jkunu jistgħu jagħmlu ħafna flus.”

Hu minnu li l-​iskola hi importanti. Imma lanqas l-​aqwa edukazzjoni ma tistaʼ tgħin lil xi ħadd biex jiġġieled kontra xewqat jew inklinazzjonijiet ħżiena. Mela allura, fejn nistgħu nsibu edukazzjoni li tgħin f’dawn l-​aspetti, jiġifieri li tipprovdi gwida morali?

EDUKAZZJONI LI TIPPROVDI GWIDA MORALI U SPIRITWALI

Il-​Bibbja hi bħal mera. Meta nħarsu lejha, naraw il-​limitazzjonijiet u d-​dgħufijiet tagħna iktar b’mod ċar. (Ġakbu 1:23-​25) Imma dan mhux biss. Il-​Bibbja tgħinna nagħmlu l-​bidliet li għandna bżonn. Din tgħinna niżviluppaw kwalitajiet li jġibu paċi vera u armonija. Dawn il-​kwalitajiet jinkludu t-​tjubija, il-​qalb tajba, il-​paċenzja, ir-​rażna, u l-​imħabba. L-​imħabba saħansitra tissejjaħ bħala li hi “rabta perfetta li tgħaqqad.” (Kolossin 3:14) L-​imħabba għala hi daqshekk speċjali? Innota x’tgħid il-​Bibbja dwar din il-​kwalità.

  • “L-​imħabba tistabar fit-​tul u qalbha tajba. L-​imħabba ma tgħirx, ma tiftaħarx, ma tintefaħx [bil-​kburija], ma ġġibx ruħha b’mod indeċenti, ma tfittixx l-​interessi tagħha, ma tiġix provokata. Ma żżommx kont tal-​ħsara. Ma tithenniex bl-​inġustizzja [bil-​ħażen], imma tithenna bil-​verità. Kollox tiflaħ, . . . kollox tissaporti. L-​imħabba ma tbatti qatt.”—1 Korintin 13:4-​8.

  • “L-​imħabba ma tagħmilx ħsara lill-​proxxmu.”—Rumani 13:10.

  • “Fuq kollox, ħa jkollkom imħabba profonda lejn xulxin, għax l-​imħabba tgħatti kotra taʼ dnubiet.”—1 Pietru 4:8.

Meta tkun maʼ nies li jħobbuk, kif tħossok? Protett? Fis-​sigurtà? Rilassat? Iva. Int taf li huma jridu l-​aħjar għalik, u li qatt mhuma ħa jweġġgħuk apposta.

L-​imħabba tistaʼ wkoll iġġiegħel lin-​nies biex jagħmlu sagrifiċċji, anke bidliet fil-​ħajja, għall-​benefiċċju t’oħrajn. Pereżempju, meta raġel li ħa nsejħulu George sar nannu, hu xtaq ħafna jqattaʼ l-​ħin man-​neputi tiegħu. Imma kien hemm problema. George kien ipejjep ħafna, u r-​raġel tat-​tifla ma ridux ipejjep ħdejn it-​tarbija. X’għamel George? Għalkemm kien ilu jpejjep 50 sena, hu qataʼ dan il-​vizzju minħabba n-​neputi tiegħu. Kemm għandha qawwa l-​imħabba, hux vera?

Il-​Bibbja tgħinna nikkultivaw ħafna kwalitajiet tajbin, bħat-​tjubija, il-​qalb tajba, u speċjalment l-​imħabba

L-​imħabba hi kwalità li nitgħallmu. Il-​ġenituri għandhom irwol importanti f’li jgħallmu lit-​tfal tagħhom kif iħobbu. Huma jitimgħu u jipproteġu lit-​tfal tagħhom u jkunu hemm għalihom meta jweġġgħu jew jimirdu. Ġenituri tajbin jitkellmu maʼ wliedhom u jgħallmuhom. Huma wkoll jiddixxiplinaw lil uliedhom, u dan jinkludi li jgħallmuhom prinċipji tajbin taʼ x’inhu tajjeb jew ħażin. Barra minn hekk, ġenituri tajbin iħallu eżempju tajjeb għal uliedhom, biex dawn ikunu jistgħu jsegwu l-​eżempju tagħhom.

Imma b’niket, xi ġenituri ma jwettqux ir-​responsabbiltajiet tagħhom. Ifisser dan li t-​tfal tagħhom qatt ma jistgħu jsiru nies tajbin? Lanqas xejn! Anke ħafna nies ikbar, inkluż dawk li trabbew ġo familji mħarbtin, għamlu bidliet drastiċi f’ħajjithom u saru ċittadini li jimpurtahom minn ħaddieħor u li tistaʼ tafdahom. Bħalma se naraw fl-​artiklu li jmiss, dan jinkludi wkoll lil uħud li oħrajn ħasbu li qatt ma setgħu jinbidlu.

PUNT PRINĊIPALI

IL-​BIBBJA TISTAʼ TIPPROVDI DAK LI L-​EDUKAZZJONI SEKULARI MA TISTAX—GWIDA MORALI U SPIRITWALI TAʼ MIN JAFDAHA

MHUX KULĦADD SE JINBIDEL

Il-​Bibbja bla tlaqliq tirrikonoxxi li xi nies sempliċiment se jirrifjutaw li jinbidlu għall-​aħjar. Il-​ħżiena se jkomplu “jaġixxu bil-​ħażen,” jgħid Danjel 12:10. Ifisser dan li qatt mhu se jkollna paċi u sigurtà dejjiema? Hu minnu li kieku futur bħal dan jiddependi mill-​bnedmin, m’hemmx tama għalina. Imma kif ħa naraw, dan mhux il-​każ. Anzi, il-​futur tagħna jistaʼ jkun sabiħ ħafna!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja