Mistoqsijiet għall-Istudju għall-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
Storja 1
Alla Jibda Jagħmel l-Affarijiet
- Minn fejn ġew l-affarijiet tajbin kollha, u tistaʼ tagħti eżempju taʼ xi ħaġa minnhom? 
- Alla x’ħalaq l-ewwel? 
- Għala kien speċjali l-ewwel anġlu? 
- Iddeskrivi kif kienet id-dinja fil-bidu. (Ara l-istampa.) 
- Alla kif beda jlesti d-dinja għall-annimali u għan-nies? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Ġeremija 10:12. - Liema kwalitajiet t’Alla jidhru fil-ħolqien tiegħu? (Is. 40:26; Rum. 11:33) 
- Aqra Kolossin 1:15-17. - Ġesù liema xogħol għamel fil-ħolqien, u dan kif għandu jeffettwa l-ħarsa tagħna lejh? (Kol. 1:15-17) 
- Aqra Ġenesi 1:1-10. - Minn fejn ġiet id-dinja? (Ġen. 1:1) 
- X’seħħ fl-ewwel jum tal-ħolqien? (Ġen. 1:3-5) 
- Iddeskrivi x’ġara fit-tieni jum tal-ħolqien. (Ġen. 1:7, 8) 
 
Storja 2
Ġnien mill-Isbaħ
- Alla kif ipprepara l-art biex tkun dar għalina? 
- Iddeskrivi l-varjetà kbira t’annimali li għamel Alla. (Ara l-istampa.) 
- Il-ġnien tal-Għeden għala kien speċjali? 
- Alla x’riedha ssir l-art kollha? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Ġenesi 1:11-25. - Alla x’ħalaq fit-tielet jum tal-ħolqien? (Ġen. 1:12) 
- X’seħħ fir-rabaʼ jum tal-ħolqien? (Ġen. 1:16) 
- Liema tip t’annimali għamel Alla fil-ħames u s-sitt jum? (Ġen. 1:20, 21, 25) 
 
- Aqra Ġenesi 2:8, 9. - Liema żewġ siġriet speċjali poġġa Alla fil-ġnien, u x’kienu jfissru? 
Storja 3
L-Ewwel Raġel u Mara
- L-istampa fi Storja 3 kif inhi differenti mill-istampa fi Storja 2? 
- Min għamel lill-ewwel raġel, u x’kien jismu dan ir-raġel? 
- Alla liema xogħol tah lil Adam? 
- Alla għala raqqad lil Adam fil-fond? 
- Adam u Eva kemm setgħu jdumu ħajjin, u Ġeħova liema xogħol riedhom jagħmlu? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Salm 83:18. - X’inhu l-isem t’Alla, u x’pożizzjoni unika għandu fuqna? (Ġer. 16:21; Dan. 4:17) 
- Aqra Ġenesi 1:26-31. 
- Aqra Ġenesi 2:7-25. - X’kien involut fix-xogħol t’Adam biex isemmi l-annimali? (Ġen. 2:19) 
- Ġenesi 2:24 kif jgħinna nifhmu kif Ġeħova jħares lejn iż-żwieġ, is-separazzjoni, u d-divorzju? (Mt. 19:4-6, 9) 
 
Storja 4
Għala Tilfu d-Dar Tagħhom
- Fl-istampa, x’inhu jiġrilhom Adam u Eva? 
- Ġeħova għala tahom kastig? 
- Serp x’qalilha lil Eva? 
- Min għamel is-serp ikellem lil Eva? 
- Adam u Eva għala tilfu d-dar tagħhom li kienet Ġenna? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Ġenesi 2:16, 17 u 3:1-13, 24. - Il-mistoqsija li s-serp għamel lil Eva kif għamlet lil Ġeħova jidher ikrah? (Ġen. 3:1-5; 1 Ġw. 5:3) 
- Dak li għamlet Eva kif inhu taʼ twissija għalina? (Flp. 4:8; Ġak. 1:14, 15; 1 Ġw. 2:16) 
- Adam u Eva b’liema mod m’aċċettawx li jerfgħu r-responsabbiltà għal dak li għamlu? (Ġen. 3:12, 13) 
- Il-kerubini li tqiegħdu fil-Lvant tal-ġnien tal-Għeden kif appoġġaw id-dritt taʼ Ġeħova li jaħkem? (Ġen. 3:24) 
 
- Aqra Rivelazzjoni 12:9. - Satana sa fejn irnexxielu jdawwar lill-bnedmin kontra t-tmexxija t’Alla? (1 Ġw. 5:19) 
Storja 5
Tibda Ħajja Iebsa
- Il-ħajja kif kienet għal Adam u Eva barra l-ġnien tal-Għeden? 
- X’beda jiġrilhom lil Adam u Eva, u għala? 
- It-tfal t’Adam u Eva għala kienu se jixjieħu u jmutu? 
- Kieku Adam u Eva kienu obdew lil Ġeħova, il-ħajja kif kienet se tkun għalihom u għat-tfal tagħhom? 
- Id-diżubbidjenza t’Eva kif ġabitilha l-uġigħ? 
- X’kien jisimhom l-ewwel żewġt itfal subien t’Adam u Eva? 
- Min huma t-tfal l-oħrajn fl-istampa? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Ġenesi 3:16-23 u 4:1, 2. - Il-ħajja t’Adam kif ġiet effettwata meta l-art ġiet misħuta? (Ġen. 3:17-19; Rum. 8:20, 22) 
- Għala kien xieraq l-isem Eva, li jfisser “Waħda Ħajja”? (Ġen. 3:20) 
- Ġeħova kif wera li jimpurtah minn Adam u Eva, anki wara li dinbu? (Ġen. 3:7, 21) 
 
- Aqra Rivelazzjoni 21:3, 4. - Liema “affarijiet taʼ qabel” tħares ’il quddiem biex tarahom jispiċċaw? 
Storja 6
Iben Tajjeb u Ieħor Ħażin
- Kajjin u Abel liema xogħol jibdew jagħmlu? 
- Kajjin u Abel liema rigali jġibu lil Ġeħova? 
- Ġeħova għala jieħu pjaċir bir-rigal t’Abel, u għala ma jiħux pjaċir b’taʼ Kajjin? 
- X’tip taʼ persuna hu Kajjin, u Ġeħova kif jipprova jikkoreġih? 
- Kajjin x’jagħmel meta jkun waħdu fl-għalqa maʼ ħuh? 
- Spjega x’ġara lil Kajjin wara li qatel lil ħuh. 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Ġenesi 4:2-26. - Ġeħova kif iddeskriva s-sitwazzjoni perikoluża li kien fiha Kajjin? (Ġen. 4:7) 
- Kajjin kif wera l-attitudni taʼ qalbu? (Ġen. 4:9) 
- Ġeħova kif iħares lejn it-tixrid tad-demm innoċenti? (Ġen. 4:10; Is. 26:21) 
 
- Aqra l-1 Ġwanni 3:11, 12. - Kajjin għala mtela b’rabja kbira, u dan kif inhu taʼ twissija għalina llum? (Ġen. 4:4, 5; Prov. 14:30; 28:22) 
- Il-Bibbja kif turi li anki meta l-membri kollha tal-familja tagħna jopponu lil Ġeħova, xorta waħda nistgħu nżommu l-integrità tagħna? (Salm 27:10; Mt. 10:21, 22) 
 
- Aqra Ġwanni 11:25. - Ġeħova x’jiżgurana dwar dawk kollha li jmutu minħabba s-sewwa? (Ġw. 5:24) 
Storja 7
Raġel Kuraġġuż
- Enok b’liema mod kien differenti? 
- In-nies fi żmien Enok għala għamlu ħafna affarijiet ħżiena? 
- Liema affarijiet ħżiena kienu qed jagħmlu n-nies? (Ara l-istampa.) 
- Enok għala kellu jkun kuraġġuż? 
- Dak iż-żmien, in-nies kemm kienu jdumu ħajjin, imma Enok kemm dam ħaj? 
- X’ġara wara li miet Enok? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Ġenesi 5:21-24, 27. 
- Aqra Ġenesi 6:5. - Kemm saru ħżiena l-affarijiet fuq l-art wara li miet Enok, u dan kif jixbah lil żmienna? (2 Tim. 3:13) 
- Aqra Ebrej 11:5. - Liema kwalità kellu Enok li ‘għoġbot sew lil Alla,’ u b’liema riżultat? (Ġen. 5:22) 
- Aqra Ġuda 14, 15. - Illum il-Kristjani kif jistgħu jimitaw il-kuraġġ t’Enok meta jwissu lin-nies dwar il-gwerra li riesqa t’Armageddon? (2 Tim. 4:2; Ebr. 13:6) 
Storja 8
Ġganti fuq l-Art
- X’ġara meta xi wħud mill-anġli t’Alla semgħu minn Satana? 
- Xi anġli għala ma baqgħux jagħmlu x-xogħol tagħhom fis-sema u niżlu fuq l-art? 
- Għala kien ħażin li l-anġli niżlu fuq l-art u għamlu ġisem taʼ bniedem għalihom infushom? 
- X’kien hemm differenti fit-tfal tal-anġli? 
- Bħalma tistaʼ tara fl-istampa, it-tfal tal-anġli x’għamlu meta saru ġganti? 
- Wara Enok, min kien raġel tajjeb ieħor li għex fuq l-art, u Alla għala kien ferħan bih? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Ġenesi 6:1-8. - Ġenesi 6:6 x’jurina dwar kif l-imġiba tagħna tistaʼ teffettwa kif iħossu Ġeħova? (Salm 78:40, 41; Prov. 27:11) 
- Aqra Ġuda 6. - L-anġli li “ma żammewx il-pożizzjoni oriġinali tagħhom” fi żmien Noè, kif inhuma taʼ tfakkira għalina llum? (1 Kor. 3:5-9; 2 Pt. 2:4, 9, 10) 
Storja 9
Noè Jibni Arka
- Kemm kien hemm nies fil-familja taʼ Noè, u x’kien jisimhom it-tlett itfal subien tiegħu? 
- Alla liema ħaġa stramba qal lil Noè biex jagħmel, u għala? 
- Il-ġirien taʼ Noè kif irreaġixxew meta qalilhom dwar l-arka? 
- Alla x’qallu jagħmel bl-annimali lil Noè? 
- Wara li Alla għalaq il-bieb tal-arka, Noè u l-familja tiegħu x’kellhom jagħmlu? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Ġenesi 6:9-22. - Lil Noè x’għamlu jispikka bħala wieħed li jqim lill-Alla l-veru? (Ġen. 6:9, 22) 
- Ġeħova kif iħossu dwar il-vjolenza, u dan kif għandu jeffettwa d-divertiment li nagħżlu għalina nfusna? (Ġen. 6:11, 12; Salm 11:5) 
- Kif nistgħu nimitaw lil Noè meta nirċievu direzzjoni permezz tal-organizzazzjoni taʼ Ġeħova? (Ġen. 6:22; 1 Ġw. 5:3) 
 
- Aqra Ġenesi 7:1-9. - Il-fatt li Ġeħova ħares lejn ir-raġel imperfett Noè bħala raġel sewwa, kif jinkuraġġina llum? (Ġen. 7:1; Prov. 10:16; Is. 26:7) 
Storja 10
Id-Dilluvju l-Kbir
- Għala ħadd ma setaʼ jidħol fl-arka ladarba bdiet nieżla x-xita? 
- Ġeħova kemm-il jum u lejl ħallieha nieżla x-xita, u kemm sar fond l-ilma? 
- Xi ġralha l-arka hekk kif l-ilmijiet bdew jiksu l-art? 
- Irnexxielhom il-ġganti jibqgħu ħajjin fid-Dilluvju, u x’sar minnhom il-missirijiet tal-ġganti? 
- Xi ġralha l-arka wara ħames xhur? 
- Noè għala tajjar ċawlun ’il barra mill-arka? 
- Noè kif sar jaf li l-ilma beda jonqos fuq l-art? 
- Alla x’qallu lil Noè wara li hu u l-familja tiegħu kienu ilhom iktar minn sena fl-arka? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Ġenesi 7:10-24. 
- Aqra Ġenesi 8:1-17. - Ġenesi 8:17 kif juri li l-iskop li Ġeħova kellu fil-bidu għall-art ma nbidilx? (Ġen. 1:22) 
- Aqra l-1 Pietru 3:19, 20. 
Storja 11
L-Ewwel Qawsalla
- Bħalma jidher fl-istampa, x’għamel Noè malli ħareġ mill-arka? 
- Alla liema kmand ta lil Noè u l-familja tiegħu wara d-Dilluvju? 
- Alla x’wegħda għamel? 
- Fiex għandna niftakru meta naraw qawsalla? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Ġenesi 8:18-22. - Illum kif nistgħu noffru “riħa pjaċevoli” lil Ġeħova? (Ġen. 8:21; Ebr. 13:15, 16) 
- Ġeħova x’qal dwar il-kundizzjoni taʼ qalb il-bniedem, u għalhekk għal xiex irridu noqogħdu attenti? (Ġen. 8:21; Mt. 15:18, 19) 
 
- Aqra Ġenesi 9:9-17. - Liema patt għamel Ġeħova mal-ħlejjaq kollha tal-art? (Ġen. 9:10, 11) 
- Kemm se jdum il-patt tal-qawsalla? (Ġen. 9:16) 
 
Storja 12
In-Nies Jibnu Torri Kbir
- Nimrod min kien, u Alla kif kien iħossu dwaru? 
- Fl-istampa, in-nies għala kienu qed jagħmlu l-briks? 
- Ġeħova għala ma ħax gost bil-bini? 
- Alla kif waqqaf il-bini tat-torri? 
- Il-belt x’kienet tissejjaħ, u l-isem xi jfisser? 
- X’għamlu n-nies wara li Alla ħawdilhom il-lingwi? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Ġenesi 10:1, 8-10. - Liema kwalitajiet kien juri Nimrod, u dan xi twissija jagħtina? (Prov. 3:31) 
- Aqra Ġenesi 11:1-9. - Għala nbena t-torri, u għala żgur kien se jfalli? (Ġen. 11:4; Prov. 16:18; Ġw. 5:44) 
Storja 13
Abraham—Ħabib t’Alla
- Liema xorta taʼ nies kienu jgħixu fil-belt t’Ur? 
- Min hu r-raġel fl-istampa, meta twieled, u fejn kien jgħix? 
- Alla x’qallu biex jagħmel lil Abraham? 
- Abraham għala ssejjaħ il-ħabib t’Alla? 
- Min mar m’Abraham meta telaq minn Ur? 
- Alla x’qal lil Abraham meta wasal fl-art taʼ Kangħan? 
- Meta Abraham kellu 99 sena, Alla x’wiegħdu? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Ġenesi 11:27-32. - Kif kienu jiġu minn xulxin Abraham u Lot? (Ġen. 11:27) 
- Għalkemm il-ktieb tal-Ġenesi jgħid li Teraħ ħa lill-familja tiegħu Kangħan, kif nafu li fil-fatt kien Abraham li ħadhom, u għala għamel dan? (Ġen. 11:31; Atti 7:2-4) 
 
- Aqra Ġenesi 12:1-7. - Ġeħova x’informazzjoni iktar ta dwar il-patt t’Abraham wara li Abraham wasal fl-art taʼ Kangħan? (Ġen. 12:7) 
- Aqra Ġenesi 17:1-8, 15-17. - Meta Abram kellu 99 sena, Alla x’isem ġdid tah, u għala? (Ġen. 17:5) 
- Ġeħova liema barkiet futuri wiegħed lil Sara? (Ġen. 17:15, 16) 
 
- Aqra Ġenesi 18:9-19. - Ġenesi 18:19 liema responsabbiltajiet juri li għandhom il-missirijiet? (Dt. 6:6, 7; Efes. 6:4) 
- Liema esperjenza taʼ Sara turi li ma nistgħu naħbu xejn minn Ġeħova? (Ġen. 18:12, 15; Salm 44:21) 
 
Storja 14
Alla Jgħaddi l-Fidi t’Abraham Minn Prova
- Alla x’wiegħed lil Abraham, u kif żamm il-wegħda tiegħu? 
- Bħalma jidher fl-istampa, Alla kif għadda minn prova l-fidi t’Abraham? 
- Abraham x’għamel għalkemm ma fehemx għala Alla kkmandah biex jagħmel hekk? 
- X’ġara meta Abraham ħareġ is-sikkina biex joqtol lil ibnu? 
- Kemm kienet b’saħħitha l-fidi t’Abraham f’Alla? 
- Alla xi pprovda għal Abraham biex joffri sagrifiċċju, u kif? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Ġenesi 21:1-7. - Abraham għala għamel iċ-ċirkonċiżjoni lil ibnu fit-tmien jum? (Ġen. 17:10-12; 21:4) 
- Aqra Ġenesi 22:1-18. - Iżakk kif wera li kien sottomess lejn missieru, Abraham, u dan kif ta stampa bil-quddiem taʼ ġrajja ħafna iktar importanti li kienet għadha trid isseħħ? (Ġen. 22:7-9; 1 Kor. 5:7; Flp. 2:8, 9) 
Storja 15
Il-Mara taʼ Lot Ħarset Lura
- Għala nfirdu Abraham u Lot? 
- Lot għala għażel li jgħix f’Sodoma? 
- Kif kienu n-nies taʼ Sodoma? 
- Żewġ anġli liema twissija taw lil Lot? 
- Il-mara taʼ Lot għala saret kolonna tal-melħ? 
- X’nistgħu nitgħallmu minn dak li ġara lill-mara taʼ Lot? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Ġenesi 13:5-13. - X’nistgħu nitgħallmu mill-eżempju t’Abraham meta niġu biex nirranġaw xi problema li tinqalaʼ maʼ ħaddieħor? (Ġen. 13:8, 9; Rum. 12:10; Flp. 2:3, 4) 
- Aqra Ġenesi 18:20-33. - Il-mod kif Ġeħova ttratta m’Abraham kif jagħtina l-fiduċja li Ġeħova u Ġesù se jiġġudikaw bis-sewwa? (Ġen. 18:25, 26; Mt. 25:31-33) 
- Aqra Ġenesi 19:1-29. - Dan ir-rakkont Bibliku x’juri dwar kif Alla jqis l-omosesswalità? (Ġen. 19:5, 13; Lev. 20:13) 
- X’differenza naraw bejn il-mod kif Abraham wieġeb għad-direzzjoni t’Alla u l-mod kif wieġeb Lot, u x’nistgħu nitgħallmu minn dan? (Ġen. 19:15, 16, 19, 20; 22:3) 
 
- Aqra Luqa 17:28-32. - Il-mara taʼ Lot x’attitudni kellha f’qalbha lejn l-affarijiet materjali, u dan kif iservi taʼ twissija għalina? (Lq. 12:15; 17:31, 32; Mt. 6:19-21, 25) 
- Aqra t-2 Pietru 2:6-8. - Bħal Lot, x’attitudni għandu jkollna lejn id-dinja bla devozzjoni taʼ madwarna? (Eżek. 9:4; 1 Ġw. 2:15-17) 
Storja 16
Mara Tajba Għal Iżakk
- Min huma r-raġel u l-mara fl-istampa? 
- Abraham x’għamel biex isib mara għal ibnu, u għala? 
- Kif twieġbet it-talba tal-qaddej t’Abraham? 
- Kif wieġbet Rebekka meta staqsewha jekk riditx tiżżewweġ lil Iżakk? 
- X’reġaʼ ferraħ lil Iżakk? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Ġenesi 24:1-67. - Liema kwalitajiet mill-aħjar uriet Rebekka meta ltaqgħet mal-qaddej t’Abraham ħdejn il-bir? (Ġen. 24:17-20; Prov. 31:17, 31) 
- L-arranġament li għamel Abraham għal Iżakk jipprovdi liema eżempju mill-aħjar għall-Kristjani llum? (Ġen. 24:37, 38; 1 Kor. 7:39; 2 Kor. 6:14) 
- Għala għandna nsibu l-ħin għall-meditazzjoni, l-istess bħalma għamel Iżakk? (Ġen. 24:63; Salm 77:12; Flp. 4:8) 
 
Storja 17
Tewmin li Kienu Differenti
- Min kienu Għesaw u Ġakobb, u kif kienu differenti? 
- Kemm kellhom żmien Għesaw u Ġakobb meta miet in-nannu tagħhom, Abraham? 
- X’għamel Għesaw li nikket ħafna lil ommu u missieru? 
- Għesaw għala rrabja ħafna għal ħuh Ġakobb? 
- Iżakk x’qal lil ibnu Ġakobb biex jagħmel? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Ġenesi 25:5-11, 20-34. - Ġeħova xi pprofetizza dwar iż-żewġ ulied taʼ Rebekka? (Ġen. 25:23) 
- Liema kuntrast kien hemm bejn l-attitudni taʼ Ġakobb lejn id-dritt tal-ewwel imwieled u dik t’Għesaw? (Ġen. 25:31-34) 
 
- Aqra Ġenesi 26:34, 35; 27:1-46; u 28:1-5. - Kif deher biċ-ċar in-nuqqas t’apprezzament t’Għesaw għall-affarijiet spiritwali? (Ġen. 26:34, 35; 27:46) 
- Iżakk x’qal lil Ġakobb biex jagħmel ħalli jirċievi l-barka t’Alla? (Ġen. 28:1-4) 
 
- Aqra Ebrej 12:16, 17. - L-eżempju t’Għesaw x’juri dwar dak li jiġri lil dawk li jistmerru affarijiet sagri? 
Storja 18
Ġakobb Imur Ħaran
- Min hi l-mara żagħżugħa fl-istampa, u Ġakobb x’għamel għaliha? 
- X’kien lest li jagħmel Ġakobb biex jiżżewweġ lil Rakele? 
- Laban x’għamel meta wasal iż-żmien biex Ġakobb u Rakele jiżżewġu? 
- Ġakobb x’aċċetta li jagħmel biex jieħu lil Rakele bħala martu? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Ġenesi 29:1-30. - Ġakobb kif wera li kien onorabbli saħansitra meta Laban daħaq bih, u x’nistgħu nitgħallmu minn dan? (Ġen. 25:27; 29:26-28; Mt. 5:37) 
- L-eżempju taʼ Ġakobb kif juri d-differenza bejn l-imħabba u l-infatwazzjoni? (Ġen. 29:18, 20, 30; Għan. 8:6) 
- Liema erbaʼ nisa saru parti mill-familja taʼ Ġakobb u iktar tard kellhom ulied minn tiegħu? (Ġen. 29:23, 24, 28, 29) 
 
Storja 19
Ġakobb Għandu Familja Kbira
- X’kien jisimhom is-sitt subien li kellu Ġakobb mill-ewwel mara tiegħu, Lea? 
- Liema żewġ subien kellha l-qaddejja taʼ Lea, Żilfa, minn Ġakobb? 
- X’kien jisimhom iż-żewġ subien li kellha l-qaddejja taʼ Rakele, Bilħa, minn Ġakobb? 
- Liema żewġ subien kellha Rakele, imma x’ġara waqt li kienet qed tiled it-tieni iben? 
- Skont l-istampa, kemm kellu subien Ġakobb, u x’ġie minnhom? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Ġenesi 29:32-35; 30:1-26; u 35:16-19. - Bħalma jidher fil-każ tat-12-il tifel taʼ Ġakobb, spiss kif kienu jissemmew is-subien Ebrej fiż-żminijiet tal-qedem? 
- Aqra Ġenesi 37:35. - Għalkemm Dina biss tissemma fil-Bibbja, kif nafu li Ġakobb kellu iktar minn tifla waħda? (Ġen. 37:34, 35) 
Storja 20
Dina Tidħol fl-Inkwiet
- Abraham u Iżakk għala ma ridux li wliedhom jiżżewġu nisa mill-art taʼ Kangħan? 
- Ħa gost Ġakobb li bintu kienet qed tagħmel ħbieb maʼ tfajliet Kangħanin? 
- Min hu r-raġel li qed iħares lejn Dina fl-istampa, u liema ħaġa ħażina għamel? 
- Ħut Dina, Simegħon u Levi, x’għamlu meta semgħu b’dak li kien ġara? 
- Ħaseb Ġakobb li għamlu sew Simegħon u Levi? 
- Dan l-inkwiet kollu fil-familja kif beda? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Ġenesi 34:1-31. - Kienet l-assoċjazzjoni li kellha Dina mat-tfajliet tal-art taʼ Kangħan xi ħaġa taʼ darba biss? Spjega. (Ġen. 34:1) 
- Dina għala kellha xi ftit tort talli tilfet il-verġinità tagħha? (Gal. 6:7) 
- Iż-żgħażagħ illum kif jistgħu juru li ħadu bis-serjetà l-eżempju taʼ twissija fil-każ taʼ Dina? (Prov. 13:20; 1 Kor. 15:33; 1 Ġw. 5:19) 
 
Storja 21
Ħut Ġużeppi Jobogħduh
- Ħut Ġużeppi għala kienu jgħiru għalih, u x’għamlu? 
- Ħut Ġużeppi x’riedu jagħmlulu, imma Ruben x’qal? 
- X’ġara meta għaddew minn ħdejhom xi negozjanti Ismagħelin? 
- X’għamlu ħut Ġużeppi biex iġiegħlu lil missierhom jaħseb li Ġużeppi miet? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Ġenesi 37:1-35. - Il-Kristjani kif jistgħu jimitaw l-eżempju taʼ Ġużeppi billi jikxfu xi għemil ħażin li jkun qed iseħħ fil-kongregazzjoni? (Ġen. 37:2; Lev. 5:1; 1 Kor. 1:11) 
- X’wassal biex ħut Ġużeppi ttradewh? (Ġen. 37:11, 18; Prov. 27:4; Ġak. 3:14-16) 
- Ġakobb x’għamel li hu parti normali min-niket meta jmutlek xi ħadd? (Ġen. 37:35) 
 
Storja 22
Ġużeppi Jiġi Mitfugħ il-Ħabs
- Kemm għandu żmien Ġużeppi meta jittieħed l-Eġittu, u x’jiġri meta jasal hemm? 
- Ġużeppi kif jispiċċa l-ħabs? 
- X’responsabbiltà jingħata fil-ħabs Ġużeppi? 
- Ġużeppi x’jagħmel għall-kuppier u l-furnar tal-Fargħun waqt li jkunu l-ħabs? 
- X’jiġri wara li l-kuppier jinħeles mill-ħabs? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Ġenesi 39:1-23. - Ladarba ma kien hemm l-ebda liġi miktuba mingħand Alla li kkundannat l-adulterju fi żmien Ġużeppi, x’qanqlu jaħrab minn mart Potifar? (Ġen. 2:24; 20:3; 39:9) 
- Aqra Ġenesi 40:1-23. - Spjega fil-qosor il-ħolma tal-kuppier u l-interpretazzjoni li Ġeħova ta lil Ġużeppi. (Ġen. 40:9-13) 
- X’kienet il-ħolma tal-furnar, u x’kienet tfisser? (Ġen. 40:16-19) 
- Il-klassi tal-ilsir leali u għaqli llum kif imitat l-attitudni taʼ Ġużeppi? (Ġen. 40:8; Salm 36:9; Ġw. 17:17; Atti 17:2, 3) 
- Ġenesi 40:20 kif jgħinna nifhmu iktar il-ħarsa Kristjana lejn iċ-ċelebrazzjonijiet t’għeluq is-snin? (Ekk. 7:1; Mk. 6:21-28) 
 
Storja 23
Il-Ħolm tal-Fargħun
- X’jiġrilu l-Fargħun lejla minnhom? 
- X’ġiegħel lill-kuppier biex fl-aħħar jiftakar f’Ġużeppi? 
- Bħalma jidher fl-istampa, liema żewġ ħolmiet ikollu l-Fargħun? 
- Ġużeppi x’jgħid li jfisser il-ħolm? 
- Ġużeppi kif isir l-iktar raġel importanti fl-Eġittu wara l-Fargħun? 
- Ħut Ġużeppi għala jiġu l-Eġittu, u għala ma jagħrfuhx? 
- F’liema ħolma jiftakar Ġużeppi, u x’tgħinu jifhem? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Ġenesi 41:1-57. - Ġużeppi kif ġibed l-attenzjoni lejn Ġeħova, u l-Kristjani llum b’liema mod jistgħu jimitaw l-eżempju tiegħu? (Ġen. 41:16, 25, 28; Mt. 5:16; 1 Pt. 2:12) 
- Is-snin tal-abbundanza fl-Eġittu u s-snin tal-ġuħ taʼ wara kif jixbhu bl-eżatt il-kuntrast li hemm bejn il-kundizzjoni spiritwali tan-nies taʼ Ġeħova llum u dik tal-Kristjaneżmu? (Ġen. 41:29, 30; Għam. 8:11, 12) 
 
- Aqra Ġenesi 42:1-8 u 50:20. - Huwa ħażin li aduraturi taʼ Ġeħova jbaxxu rashom quddiem raġel biex jagħtuh unur u juruh rispett għall-pożizzjoni tiegħu jekk din tkun id-drawwa tal-pajjiż? (Ġen. 42:6) 
Storja 24
Ġużeppi Jgħaddi lil Ħutu Minn Prova
- Ġużeppi għala jakkuża ’l ħutu li huma spiji? 
- Ġakobb għala jħalli lil ibnu ż-żgħir Benjamin imur l-Eġittu? 
- It-tazza tal-fidda taʼ Ġużeppi kif tispiċċa fil-basket taʼ Benjamin? 
- Ġuda x’joffri li jagħmel biex jinħeles Benjamin? 
- Kif inbidlu ħut Ġużeppi? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Ġenesi 42:9-38. - Dak li jgħid Ġużeppi f’Ġenesi 42:18, kif inhu tfakkira mill-aħjar għal dawk li għandhom responsabbiltà fl-organizzazzjoni taʼ Ġeħova llum? (Neħ. 5:15; 2 Kor. 7:1, 2) 
- Aqra Ġenesi 43:1-34. - Għalkemm Ruben kien l-ewwel imwieled, kif jidher ċar li Ġuda sar il-kelliemi għal ħutu? (Ġen. 43:3, 8, 9; 44:14, 18; 1 Kron. 5:2) 
- Minn dak li hemm imniżżel fil-Bibbja, Ġużeppi kif għadda lil ħutu minn prova, u għala? (Ġen. 43:33, 34) 
 
- Aqra Ġenesi 44:1-34. - Bħala parti min-nasba biex jaħbi l-identità tiegħu minn ħutu, Ġużeppi x’impressjoni ta tiegħu nnifsu? (Ġen. 44:5, 15; Lev. 19:26) 
- Ħut Ġużeppi kif urew li ma kienx għad għandhom l-ispirtu t’għira li kellhom qabel għal ħuhom? (Ġen. 44:13, 33, 34) 
 
Storja 25
Il-Familja Tmur Tgħix l-Eġittu
- X’jiġri meta Ġużeppi jgħid lil ħutu min hu? 
- Ġużeppi x’jispjega b’qalb tajba lil ħutu? 
- Il-Fargħun x’jgħid meta jismaʼ dwar ħut Ġużeppi? 
- Kemm kienet kbira l-familja taʼ Ġakobb meta marru jgħixu l-Eġittu? 
- Il-familja taʼ Ġakobb xi bdiet tissejjaħ, u għala? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Ġenesi 45:1-28. - Ir-rakkont Bibliku taʼ Ġużeppi kif juri li Ġeħova jistaʼ jibdel dak li hu intenzjonat biex iweġġaʼ lill-qaddejja tiegħu f’xi ħaġa tajba? (Ġen. 45:5-8; Is. 8:10; Flp. 1:12-14) 
- Aqra Ġenesi 46:1-27. - Ġeħova x’aċċerta lil Ġakobb meta dan kien fi triqtu lejn l-Eġittu? (Ġen. 46:1-4) 
Storja 26
Ġob Hu Leali Lejn Alla
- Min kien Ġob? 
- Satana xi pprova jagħmel? Irnexxielu? 
- Ġeħova x’ħalla lil Satana jagħmel, u għala? 
- Mart Ġob għala qaltlu biex ‘jisħet ’l Alla u jmut’? (Ara l-istampa.) 
- Bħalma tistaʼ tara fit-tieni stampa, Ġeħova kif bierek lil Ġob, u għala? 
- Jekk bħal Ġob inkunu leali lejn Ġeħova, liema barkiet se nirċievu? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Ġob 1:1-22. - Il-Kristjani llum kif jistgħu jimitaw lil Ġob? (Ġob 1:1; Flp. 2:15; 2 Pt. 3:14) 
- Aqra Ġob 2:1-13. - Ġob u martu b’liema żewġ modi differenti wieġbu għall-persekuzzjoni taʼ Satana? (Ġob 2:9, 10; Prov. 19:3; Mik. 7:7; Mal. 3:14) 
- Aqra Ġob 42:10-17. - Liema xebh hemm bejn il-premju li rċieva Ġob u dak li rċieva Ġesù talli għexu ħajja taʼ lealtà? (Ġob 42:12; Flp. 2:9-11) 
- Kif niġu inkuraġġiti mill-barkiet li rċieva Ġob talli żamm l-integrità tiegħu lejn Alla? (Ġob 42:10, 12; Ebr. 6:10; Ġak. 1:2-4, 12; 5:11) 
 
Storja 27
Sultan Ħażin Jaħkem l-Eġittu
- Fl-istampa, min hu r-raġel bil-frosta, u lil min qed isawwat? 
- Wara li miet Ġużeppi, xi ġralhom l-Iżraelin? 
- L-Eġizzjani għala bdew jibżgħu mill-Iżraelin? 
- Xi kmand ta l-Fargħun lin-nisa li kienu jgħinu lill-ommijiet Iżraelin biex ikollhom it-trabi? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Eżodu 1:6-22. - Ġeħova b’liema mod beda jwettaq il-wegħda li kien għamel lil Abraham? (Eżo. 1:7; Ġen. 12:2; Atti 7:17) 
- Il-qwiebel Ebrej kif urew rispett għall-qdusija tal-ħajja? (Eżo. 1:17; Ġen. 9:6) 
- Kif ġew premjati l-qwiebel għall-fedeltà li wrew lejn Ġeħova? (Eżo. 1:20, 21; Prov. 19:17) 
- Satana kif ipprova jfixkel l-iskop taʼ Ġeħova dwar in-Nisel imwiegħed t’Abraham? (Eżo. 1:22; Mt. 2:16) 
 
Storja 28
Kif Ġie Salvat it-Tarbija Mosè
- Min hu t-tarbija tifel fl-istampa, u s-sabaʼ taʼ min qed iżomm? 
- X’għamlet omm Mosè biex issalvah milli jiġi maqtul? 
- Min hi t-tifla żgħira fl-istampa, u x’għamlet? 
- Meta bint il-Fargħun sabet lit-tarbija, Mirjam x’offritilha biex tagħmel? 
- X’qalet il-prinċipessa lil omm Mosè? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Eżodu 2:1-10. - X’opportunità kellha omm Mosè biex tħarrġu u tgħallmu minn meta kien żgħir, u dan x’eżempju jagħti lill-ġenituri llum? (Eżo. 2:9, 10; Dt. 6:6-9; Prov. 22:6; Efes. 6:4; 2 Tim. 3:15) 
Storja 29
Għala Mosè Ħarab
- Fejn trabba Mosè, imma x’kien jaf dwar il-ġenituri tiegħu? 
- Mosè x’għamel meta kellu 40 sena? 
- X’qal Mosè lil raġel Iżraeli li kien qed jiġġieled, u r-raġel kif wieġbu? 
- Mosè għala ħarab mill-Eġittu? 
- Fejn ħarab Mosè, u maʼ min iltaqaʼ hemmhekk? 
- X’għamel Mosè matul l-40 sena wara li ħarab mill-Eġittu? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Eżodu 2:11-25. - Minkejja s-snin t’edukazzjoni fl-għerf tal-Eġizzjani, Mosè kif wera li kien leali lejn Ġeħova u l-poplu tiegħu? (Eżo. 2:11, 12; Ebr. 11:24) 
- Aqra Atti 7:22-29. - X’lezzjoni nistgħu nitgħallmu mill-fatt li Mosè pprova jeħles lil Iżrael mill-jasar Eġizzjan waħdu? (Atti 7:23-25; 1 Pt. 5:6, 10) 
Storja 30
L-Għollieqa Taqbad
- X’jisimha l-muntanja fl-istampa? 
- Iddeskrivi l-ħaġa mhix tas-soltu li ra Mosè meta mar sal-muntanja bin-nagħaġ tiegħu. 
- X’qal leħen mill-għollieqa taqbad, u leħen min kien? 
- Mosè kif wieġeb meta Alla qallu li hu kien se joħroġ il-poplu t’Alla mill-Eġittu? 
- Alla x’qal lil Mosè biex jgħid jekk in-nies jistaqsu min bagħtu? 
- Mosè kif setaʼ juri li Alla kien bagħtu? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Eżodu 3:1-22. - L-esperjenza taʼ Mosè kif tagħtina l-fiduċja li Ġeħova se jappoġġana anki jekk inħossu li m’aħniex kwalifikati biex inwettqu inkarigu teokratiku? (Eżo. 3:11, 13; 2 Kor. 3:5, 6) 
- Aqra Eżodu 4:1-20. - Kif inbidlet l-attitudni taʼ Mosè matul l-40 sena li qattaʼ f’Midjan, u dawk li qed jirsistu għal privileġġi fil-kongregazzjoni x’lezzjoni jistgħu jitgħallmu minn dan? (Eżo. 2:11, 12; 4:10, 13; Mik. 6:8; 1 Tim. 3:1, 6, 10) 
- Anki jekk niġu dixxiplinati minn Ġeħova permezz tal-organizzazzjoni tiegħu, x’fiduċja jistaʼ jnissel fina l-eżempju taʼ Mosè? (Eżo. 4:12-14; Salm 103:14; Ebr. 12:4-11) 
 
Storja 31
Mosè u Aron Jidħlu Quddiem il-Fargħun
- Il-mirakli li għamlu Mosè u Aron, x’effett kellhom fuq l-Iżraelin? 
- Mosè u Aron x’qalu lill-Fargħun, u l-Fargħun kif wiġibhom? 
- Bħalma jidher fl-istampa, x’ġara meta Aron xeħet il-bastun tiegħu fl-art? 
- Ġeħova kif ta lezzjoni lill-Fargħun, u l-Fargħun x’għamel? 
- X’ġara wara l-għaxar kastig? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Eżodu 4:27-31 u 5:1-23. - X’ried ifisser il-Fargħun meta qal: “Jien assolutament ma nafux lil Ġeħova”? (Eżo. 5:2; 1 Sam. 2:12; Rum. 1:21) 
- Aqra Eżodu 6:1-13, 26-30. - Ġeħova f’liema sens m’għarrafx min kien lil Abraham, Iżakk, u Ġakobb? (Eżo. 3:13, 14; 6:3; Ġen. 12:8) 
- Kif inħossuna meta naħsbu dwar il-fatt li Ġeħova xorta uża lil Mosè għalkemm Mosè ma ħassx li kien kwalifikat għall-inkarigu li ġie mogħti? (Eżo. 6:12, 30; Lq. 21:13-15) 
 
- Aqra Eżodu 7:1-13. - Meta Mosè u Aron bil-kuraġġ wasslu l-ġudizzji taʼ Ġeħova lill-Fargħun, x’mudell ħallew għall-qaddejja t’Alla llum? (Eżo. 7:2, 3, 6; Atti 4:29-31) 
- Ġeħova kif wera li kien is-Suprem fuq l-allat tal-Eġittu? (Eżo. 7:12; 1 Kron. 29:12) 
 
Storja 32
L-10 Kastigi
- Uża l-istampi li hawn u ddeskrivi l-ewwel tliet kastigi li Ġeħova ġab fuq l-Eġittu. 
- X’kienet id-differenza bejn l-ewwel tliet kastigi u l-kumplament tal-kastigi? 
- X’kienu r-rabaʼ, il-ħames, u s-sitt kastig? 
- Iddeskrivi s-sebaʼ, it-tmien, u d-disaʼ kastig. 
- Ġeħova x’qal lill-Iżraelin biex jagħmlu qabel l-għaxar kastig? 
- X’kien l-għaxar kastig, u x’ġara warajh? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Eżodu 7:19–8:23. - Avolja l-qassisin tal-Eġittu li kienu jipprattikaw il-maġija setgħu jimitaw l-ewwel żewġ kastigi taʼ Ġeħova, x’kellhom bilfors jammettu wara t-tielet kastig? (Eżo. 8:18, 19; Mt. 12:24-28) 
- Ir-rabaʼ kastig kif wera biċ-ċar l-abbiltà taʼ Ġeħova biex jipproteġi n-nies tiegħu, u l-fatt li l-poplu t’Alla jafu dan kif iġegħelhom iħossuhom hekk kif jiffaċċjaw it-“tribulazzjoni l-kbira” mbassra? (Eżo. 8:22, 23; Riv. 7:13, 14; 2 Kron. 16:9) 
 
- Aqra Eżodu 8:24; 9:3, 6, 10, 11, 14, 16, 23-25; u 10:13-15, 21-23. - Liema żewġ gruppi ġew mikxufin bl-10 Kastigi, u dan kif jeffettwa l-ħarsa tagħna lejn dawn il-gruppi llum? (Eżo. 8:10, 18, 19; 9:14) 
- Eżodu 9:16 kif jgħinna nifhmu għala Ġeħova ppermetta li Satana jibqaʼ jeżisti s’issa? (Rum. 9:21, 22) 
 
- Aqra Eżodu 12:21-32. - Il-Qbiż kif għamel is-salvazzjoni possibbli għal ħafna wħud, u l-Qbiż lejn xiex kien jipponta bil-quddiem? (Eżo. 12:21-23; Ġw. 1:29; Rum. 5:18, 19, 21; 1 Kor. 5:7) 
Storja 33
Jaqsmu l-Baħar l-Aħmar
- Kemm-il raġel Iżraeli telaq mill-Eġittu, flimkien man-nisa u t-tfal, u min telaq magħhom? 
- Il-Fargħun kif ħassu wara li ħalla lill-Iżraelin jitilqu, u x’għamel? 
- X’għamel Ġeħova biex iwaqqaf lill-Eġizzjani milli jattakkaw il-poplu tiegħu? 
- X’ġara meta Mosè ħareġ il-bastun ’il barra fuq il-Baħar l-Aħmar, u l-Iżraelin x’għamlu? 
- X’ġara meta l-Eġizzjani ġrew għal ġol-baħar wara l-Iżraelin? 
- L-Iżraelin kif urew li kienu ferħanin u grati lejn Ġeħova talli kienu ġew salvati? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Eżodu 12:33-36. - Ġeħova kif ħa ħsieb li l-poplu tiegħu jitħallas għas-snin kollha li qeda fil-jasar taħt l-Eġizzjani? (Eżo. 3:21, 22; 12:35, 36) 
- Aqra Eżodu 14:1-31. - Il-kliem taʼ Mosè mniżżel f’Eżodu 14:13, 14, kif jeffettwa l-qaddejja taʼ Ġeħova llum hekk kif jiffaċċjaw il-gwerra li ġejja t’Armageddon? (2 Kron. 20:17; Salm 91:8) 
- Aqra Eżodu 15:1-8, 20, 21. - Il-qaddejja taʼ Ġeħova għala għandhom ikantawlu għanjiet taʼ tifħir? (Eżo. 15:1, 2; Salm 105:2, 3; Riv. 15:3, 4) 
- Mirjam u n-nisa ħdejn il-Baħar l-Aħmar x’eżempju taw lin-nisa Kristjani llum f’li jfaħħru lil Ġeħova? (Eżo. 15:20, 21; Salm 68:11) 
 
Storja 34
Tip t’Ikel Ġdid
- Fl-istampa, in-nies x’qed jiġbru mill-art, u x’tissejjaħ? 
- Mosè x’jgħidilhom jagħmlu lin-nies dwar il-ġbir tal-manna? 
- Ġeħova x’jgħidilhom jagħmlu lin-nies fis-sitt jum, u għala? 
- Liema miraklu jagħmel Ġeħova meta l-manna tinżamm għas-sebaʼ jum? 
- Ġeħova kemm idum jitmaʼ l-manna lill-poplu? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Eżodu 16:1-36 u Numri 11:7-9. - X’jurina Eżodu 16:8 dwar il-ħtieġa li nirrispettaw il-ħatriet teokratiċi fil-kongregazzjoni Kristjana? (Ebr. 13:17) 
- Fid-deżert, l-Iżraelin kif ġew imfakkrin kuljum dwar il-fatt li jiddependu minn Ġeħova? (Eżo. 16:14-16, 35; Dt. 8:2, 3) 
- Liema tifsir simboliku ta Ġesù lill-manna, u kif nibbenefikaw minn dan il-“ħobż mis-sema”? (Ġw. 6:31-35, 40) 
 
- Aqra Ġożwè 5:10-12. - L-Iżraelin kemm-il sena damu jieklu l-manna, dan kif kien taʼ prova għalihom, u x’nistgħu nitgħallmu minn dan ir-rakkont? (Eżo. 16:35; Num. 11:4-6; 1 Kor. 10:10, 11) 
Storja 35
Ġeħova Jagħti l-Liġijiet Tiegħu
- Xi xahrejn wara li ħarġu mill-Eġittu, l-Iżraelin fejn firxu t-tined? 
- Ġeħova x’jgħid li jridhom jagħmlu lin-nies, u huma kif iwieġbu? 
- Ġeħova għala jagħti lil Mosè żewġ ġebliet ċatti? 
- Minbarra l-Għaxar Kmandamenti, liema liġijiet oħrajn tahom Ġeħova lill-Iżraelin? 
- Ġesù Kristu liema żewġ liġijiet qal li huma l-akbar? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Eżodu 19:1-25; 20:1-21; 24:12-18; u 31:18. - Il-kliem imniżżel f’Eżodu 19:8 kif jgħinna nifhmu x’inhu involut biex nagħmlu d-dedikazzjoni Kristjana? (Mt. 16:24; 1 Pt. 4:1-3) 
- Aqra Dewteronomju 6:4-6; Levitiku 19:18; u Mattew 22:36-40. - Il-Kristjani kif juru l-imħabba tagħhom għal Alla u għall-proxxmu? (Mk. 6:34; Atti 4:20; Rum. 15:2; 1 Ġw. 5:3) 
Storja 36
L-Għoġol tad-Deheb
- Fl-istampa, x’inhuma jagħmlu n-nies, u għala? 
- Ġeħova għala jirrabja, u Mosè x’jagħmel meta jara dak li qed jagħmlu n-nies? 
- Mosè x’jgħidilhom jagħmlu lil xi rġiel? 
- Liema lezzjoni għandha tgħallimna din l-istorja? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Eżodu 32:1-35. - Dan ir-rakkont kif jurina l-attitudni taʼ Ġeħova lejn li r-reliġjon falza tiġi mħallta mal-qima vera? (Eżo. 32:4-10; 1 Kor. 10:7, 11) 
- Għal xiex għandhom joqogħdu attenti l-Kristjani fl-għażla tad-divertiment tagħhom bħall-kant u ż-żfin? (Eżo. 32:18, 19; Efes. 5:15, 16; 1 Ġw. 2:15-17) 
- It-tribù taʼ Levi kif ħalla eżempju mill-aqwa fil-mod kif ħa waqfa għal dak li hu sewwa? (Eżo. 32:25-28; Salm 18:25) 
 
Storja 37
Tinda għall-Qima
- X’jissejjaħ il-bini fl-istampa, u għal xiex jintuża? 
- Ġeħova għala qal lil Mosè biex jagħmel it-tinda b’mod li tkun tistaʼ tiġi żarmata faċilment? 
- X’inhi l-kaxxa fil-kamra ż-żgħira fuq ġewwanett fit-tinda, u x’fiha l-kaxxa? 
- Ġeħova lil min jagħżel biex ikun qassis il-kbir, u l-qassis il-kbir x’jagħmel? 
- Semmi t-tliet affarijiet li hemm fil-kamra akbar tat-tinda. 
- X’inhuma ż-żewġ affarijiet li hemm fil-bitħa tat-tempju, u għal xiex jintużaw? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Eżodu 25:8-40; 26:1-37; 27:1-8; u 28:1. - Il-kerubini fuq “l-arka tat-testimonjanza” x’kienu jirrappreżentaw? (Eżo. 25:20, 22; Num. 7:89; 2 Slat. 19:15) 
- Aqra Eżodu 30:1-10, 17-21; 34:1, 2; u Ebrej 9:1-5. - Ġeħova għala enfasizza li kien importanti li l-qassisin li jaqdu fit-tabernaklu jżommu ruħhom nodfa fiżikament, u dan kif għandu jeffettwana llum? (Eżo. 30:18-21; 40:30, 31; Ebr. 10:22) 
- L-appostlu Pawlu kif juri li t-tabernaklu u l-patt tal-Liġi ma kinux għadhom japplikaw meta kiteb l-ittra tiegħu lill-Kristjani Ebrej? (Ebr. 9:1, 9; 10:1) 
 
Storja 38
It-12-il Spija
- X’tinnota dwar l-għanqud għeneb fl-istampa, u minn fejn ġie? 
- Mosè għala jibgħat 12-il spija fl-art taʼ Kangħan? 
- X’jgħidu 10 mill-ispiji meta jirrapportaw dak li raw lil Mosè? 
- Tnejn mill-ispiji kif juru li jafdaw f’Ġeħova, u x’jisimhom? 
- Ġeħova għala jirrabja, u x’jgħid lil Mosè? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Numri 13:1-33. - Min ġie magħżul biex jitkixxef l-art, u x’opportunità mill-aqwa kellhom? (Num. 13:2, 3, 18-20) 
- Il-ħarsa taʼ Ġożwè u Kaleb għala kienet differenti minn dik tal-ispiji l-oħrajn, u dan x’jgħallimna? (Num. 13:28-30; Mt. 17:20; 2 Kor. 5:7) 
 
- Aqra Numri 14:1-38. - Liema twissija dwar li ngergru kontra r-rappreżentanti taʼ Ġeħova fuq l-art għandna nagħtu kas? (Num. 14:2, 3, 27; Mt. 25:40, 45; 1 Kor. 10:10) 
- Numri 14:24 kif juri li Ġeħova jieħu interess persunali f’kull wieħed mill-qaddejja tiegħu? (1 Slat. 19:18; Prov. 15:3) 
 
Storja 39
Joħorġu l-Fjuri mill-Bastun t’Aron
- Min jirribella kontra l-awtorità taʼ Mosè u Aron, u x’jgħidu lil Mosè? 
- Mosè x’jgħid lil Koraħ u lill-250 segwaċi tiegħu biex jagħmlu? 
- Mosè x’jgħid lin-nies, u x’jiġri malli jieqaf jitkellem? 
- X’jiġri lil Koraħ u lill-250 segwaċi tiegħu? 
- Elegħażar, it-tifel t’Aron, x’jagħmel bir-reċipjenti tal-inċens tal-irġiel mejtin, u għala? 
- Ġeħova għala jġiegħel li joħorġu l-fjuri mill-bastun t’Aron? (Ara l-istampa.) 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Numri 16:1-49. - Koraħ u s-segwaċi tiegħu x’għamlu, u dan għala kien att taʼ ribelljoni kontra Ġeħova? (Num. 16:9, 10, 18; Lev. 10:1, 2; Prov. 11:2) 
- Liema ħarsa żbaljata żviluppaw Koraħ u l-250 ‘kap ewlieni tal-ġemgħa’? (Num. 16:1-3; Prov. 15:33; Is. 49:7) 
 
- Aqra Numri 17:1-11 u 26:10. - X’indika l-fatt li l-bastun t’Aron ħareġ il-fjuri minnu, u Ġeħova għala ordna li kellu jinżamm fl-arka? (Num. 17:5, 8, 10) 
- X’lezzjoni vitali nistgħu nitgħallmu mis-sinjal tal-bastun t’Aron? (Num. 17:10; Atti 20:28; Flp. 2:14; Ebr. 13:17) 
 
Storja 40
Mosè Jħabbat fuq il-Blata
- Ġeħova kif jieħu ħsieb lill-Iżraelin waqt li jkunu fid-deżert? 
- L-Iżraelin dwar xiex igergru meta jkunu qed jikkampjaw f’Kades? 
- Ġeħova kif jipprovdi ilma għan-nies u l-annimali tagħhom? 
- Fl-istampa, min hu r-raġel li qed jipponta lejh innifsu, u għala qed jagħmel hekk? 
- Ġeħova għala jirrabja maʼ Mosè u Aron, u kif jiġu kastigati? 
- X’jiġri fuq il-Muntanja Ħor, u min isir il-qassis il-kbir t’Iżrael? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Numri 20:1-13, 22-29 u Dewteronomju 29:5. - X’nitgħallmu mill-mod kif Ġeħova ħa ħsieb lill-Iżraelin fid-deżert? (Dt. 29:5; Mt. 6:31; Ebr. 13:5; Ġak. 1:17) 
- Ġeħova kif qies il-fatt li Mosè u Aron naqsu li jqaddsuh quddiem Iżrael? (Num. 20:12; 1 Kor. 10:12; Riv. 4:11) 
- X’nistgħu nitgħallmu mill-mod kif Mosè rreaġixxa għad-dixxiplina li rċieva mingħand Ġeħova? (Num. 12:3; 20:12, 27, 28; Dt. 32:4; Ebr. 12:7-11) 
 
Storja 41
Is-Serp tar-Ram Aħmar
- Fl-istampa x’hemm imdawwar mal-arblu, u Ġeħova għala qal lil Mosè biex ipoġġi s-serp hemm? 
- In-nies kif juru li mhumiex grati għal dak kollu li Alla għamel għalihom? 
- In-nies x’jistaqsu lil Mosè biex jagħmel wara li Ġeħova jibgħat is-sriep velenużi biex jikkastigahom? 
- Ġeħova għala jgħid lil Mosè biex jagħmel serp tar-ram aħmar? 
- X’tagħlima nistgħu nitgħallmu minn din l-istorja? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Numri 21:4-9. - Liema twissija nieħdu mill-fatt li n-nies t’Iżrael gergru dwar il-provvedimenti mingħand Ġeħova? (Num. 21:5, 6; Rum. 2:4) 
- Fis-sekli taʼ wara, l-Iżraelin kif użaw is-serp tar-ram aħmar, u x’azzjoni ħa s-Sultan Ħeżekija? (Num. 21:9; 2 Slat. 18:1-4) 
 
- Aqra Ġwanni 3:14, 15. - Il-fatt li s-serp tpoġġa fuq arblu kif ta stampa xierqa bil-quddiem tal-fatt li Ġesù miet fuq zokk? (Gal. 3:13; 1 Pt. 2:24) 
Storja 42
Ħmara Titkellem
- Min hu Balak, u għala jibgħat għal Balgħam? 
- Il-ħmara taʼ Balgħam għala tinxteħet mal-art fit-triq? 
- Balgħam x’jismaʼ lill-ħmara tgħid? 
- L-anġlu x’jgħid lil Balgħam? 
- X’jiġri meta Balgħam jipprova jisħet lil Iżrael? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Numri 21:21-35. - Iżrael għala għeleb lis-Sultan Siħon tal-Amurrin u s-Sultan Għog taʼ Basan? (Num. 21:21, 23, 33, 34) 
- Aqra Numri 22:1-40. - X’kien il-motiv għala Balgħam ried jisħet lil Iżrael, u x’lezzjonijiet nistgħu nitgħallmu minn dan? (Num. 22:16, 17; Prov. 6:16, 18; 2 Pt. 2:15; Ġuda 11) 
- Aqra Numri 23:1-30. - Għalkemm Balgħam tkellem bħallikieku kien aduratur taʼ Ġeħova, l-azzjonijiet tiegħu kif urew li dan ma kienx minnu? (Num. 23:3, 11-14; 1 Sam. 15:22) 
- Aqra Numri 24:1-25. - Dan ir-rakkont Bibliku kif isaħħaħ il-fidi tagħna fit-twettiq tal-iskop taʼ Ġeħova? (Num. 24:10; Is. 54:17) 
Storja 43
Ġożwè Jsir Mexxej
- Fl-istampa, min huma ż-żewġt irġiel bilwieqfa maʼ Mosè? 
- Ġeħova x’jgħid lil Ġożwè? 
- Mosè għala jitlaʼ sal-iktar parti għolja tal-Muntanja Nebo, u Ġeħova x’jgħidlu? 
- Kemm ikollu żmien Mosè meta jmut? 
- In-nies għala huma mnikktin, imma x’raġuni għandhom biex jifirħu? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Numri 27:12-23. - Liema inkarigu serju rċieva Ġożwè mingħand Ġeħova, u Ġeħova kif juri li jimpurtah min-nies Tiegħu llum? (Num. 27:15-19; Atti 20:28; Ebr. 13:7) 
- Aqra Dewteronomju 3:23-29. - Ġeħova għala ma ħalliex lil Mosè u Aron jgħaddu għall-art imwiegħda, u x’lezzjoni nistgħu nitgħallmu minn dan? (Dt. 3:25-27; Num. 20:12, 13) 
- Aqra Dewteronomju 31:1-8, 14-23. - L-aħħar kliem li qal Mosè lil Iżrael kif juri li aċċetta b’umiltà d-dixxiplina mingħand Ġeħova? (Dt. 31:6-8, 23) 
- Aqra Dewteronomju 32:45-52. - Il-Kelma t’Alla kif għandha teffettwa ’l ħajjitna? (Dt. 32:47; Lev. 18:5; Ebr. 4:12) 
- Aqra Dewteronomju 34:1-12. - Għalkemm Mosè qatt ma ra lil Ġeħova letteralment, Dewteronomju 34:10 x’jindika dwar ir-relazzjoni li kellu maʼ Ġeħova? (Eżo. 33:11, 20; Num. 12:8) 
Storja 44
Raħab Taħbi lill-Ispiji
- Raħab fejn tgħix? 
- Min huma ż-żewġt irġiel fl-istampa, u għala qegħdin f’Ġeriko? 
- Is-sultan taʼ Ġeriko x’jikkmanda lil Raħab biex tagħmel, u xi tweġiba tagħti? 
- Raħab kif tgħin liż-żewġt irġiel, u għal liema pjaċir titlob? 
- Iż-żewġ spiji xi jwiegħdu lil Raħab? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Ġożwè 2:1-24. - Il-wegħda taʼ Ġeħova mniżżla f’Eżodu 23:28 kif twettqet meta l-Iżraelin ġew kontra Ġeriko? (Ġoż. 2:9-11) 
- Aqra Ebrej 11:31. - L-eżempju taʼ Raħab kif jenfasizza l-importanza tal-fidi? (Rum. 1:17; Ebr. 10:39; Ġak. 2:25) 
Storja 45
Jaqsmu x-Xmara Ġordan
- Ġeħova x’miraklu jwettaq biex l-Iżraelin ikunu jistgħu jaqsmu x-Xmara Ġordan? 
- X’att taʼ fidi bilfors kellhom jagħmlu l-Iżraelin biex jaqsmu x-Xmara Ġordan? 
- Ġeħova għala jgħid lil Ġożwè biex jiġbor 12-il ġebla mill-qiegħ tax-xmara? 
- X’jiġri malli l-qassisin joħorġu mill-Ġordan? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Ġożwè 3:1-17. - Bħalma juri dan ir-rakkont, x’hemm bżonn nagħmlu biex nirċievu l-għajnuna u l-barka taʼ Ġeħova? (Ġoż. 3:13, 15; Prov. 3:5; Ġak. 2:22, 26) 
- Kif kienet ix-Xmara Ġordan meta l-Iżraelin ġew biex jaqsmu għall-Art Imwiegħda, u dan kif ġab tifħir kbir għall-isem taʼ Ġeħova? (Ġoż. 3:15; 4:18; Salm 66:5-7) 
 
- Aqra Ġożwè 4:1-18. - Għal liema skop ittieħdu 12-il ġebla mill-Ġordan u twaqqfu f’Gilgal? (Ġoż. 4:4-7) 
Storja 46
Is-Swar taʼ Ġeriko
- Ġeħova x’jgħid li għandhom jagħmlu s-suldati u l-qassisin għal sitt ijiem? 
- L-irġiel x’għandhom jagħmlu fis-sebaʼ jum? 
- Bħalma tistaʼ tara fl-istampa, x’qed jiġri lis-swar taʼ Ġeriko? 
- Għala hemm ħabel aħmar imdendel mit-tieqa? 
- Ġożwè x’jgħid li s-suldati għandhom jagħmlu bin-nies u l-belt, imma x’qal dwar id-deheb, il-fidda, ir-ram aħmar, u l-ħadid? 
- Iż-żewġ spiji x’jintqalilhom biex jagħmlu? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Ġożwè 6:1-25. - Il-mod kif l-Iżraelin immarċjaw fis-sebaʼ jum kif inhu simili għall-attivitajiet tal-ippritkar tax-Xhieda taʼ Ġeħova f’dawn l-aħħar jiem? (Ġoż. 6:15, 16; Is. 60:22; Mt. 24:14; 1 Kor. 9:16) 
- Il-profezija mniżżla f’Ġożwè 6:26 kif twettqet xi 500 sena wara, u dan x’jgħallimna dwar il-kelma taʼ Ġeħova? (1 Slat. 16:34; Is. 55:11) 
 
Storja 47
Ħalliel f’Iżrael
- Fl-istampa, min hu r-raġel li qed jaħbi t-teżori li ħa minn Ġeriko, u min huma n-nies li qed jgħinuh? 
- Għala hu daqshekk serju dak li għamlu Għakan u l-familja tiegħu? 
- Ġeħova x’jgħid meta Ġożwè jistaqsi għala l-Iżraelin tilfu l-battalja f’Għaj? 
- X’jiġri lil Għakan u l-familja tiegħu wara li jinġiebu quddiem Ġożwè? 
- X’lezzjoni importanti nitgħallmu mill-ġudizzju li ġie fuq Għakan? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Ġożwè 7:1-26. - It-talb taʼ Ġożwè x’jikxef dwar ir-relazzjoni tiegħu mal-Ħallieq? (Ġoż. 7:7-9; Salm 119:145; 1 Ġw. 5:14) 
- L-eżempju t’Għakan x’juri, u dan kif inhu taʼ twissija għalina? (Ġoż. 7:11, 14, 15; Prov. 15:3; 1 Tim. 5:24; Ebr. 4:13) 
 
- Aqra Ġożwè 8:1-29. - X’responsabbiltà persunali għandna lejn il-kongregazzjoni Kristjana llum? (Ġoż. 7:13; Lev. 5:1; Prov. 28:13) 
Storja 48
Il-Gibegħonin Għaqlin
- In-nies taʼ Gibegħon kif inhuma differenti mill-Kangħanin fil-bliet fil-qrib? 
- Bħalma turi l-istampa, x’jagħmlu l-Gibegħonin, u għala? 
- Ġożwè u l-mexxejja Iżraelin xi jwiegħdu lill-Gibegħonin, imma xi jsiru jafu tlett ijiem wara? 
- X’jiġri meta slaten fi bliet oħrajn isiru jafu li l-Gibegħonin għamlu l-paċi m’Iżrael? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Ġożwè 9:1-27. - Ladarba Ġeħova kien ta l-istruzzjoni lill-ġens t’Iżrael biex ‘jeqirdu għalkollox l-abitanti kollha taʼ l-art,’ liema kwalitajiet tiegħu jispikkaw mill-fatt li ħeles lill-Gibegħonin? (Ġoż. 9:22, 24; Mt. 9:13; Atti 10:34, 35; 2 Pt. 3:9) 
- Ġożwè kif kien t’eżempju mill-aħjar għall-Kristjani llum minħabba l-fatt li żamm mal-patt li kien għamel mal-Gibegħonin? (Ġoż. 9:18, 19; Mt. 5:37; Efes. 4:25) 
 
- Aqra Ġożwè 10:1-5. - Il-folla l-kbira llum kif jimitaw lill-Gibegħonin, u b’hekk min ħadha kontrihom? (Ġoż. 10:4; Żak. 8:23; Mt. 25:35-40; Riv. 12:17) 
Storja 49
Ix-Xemx Ma Tiċċaqlaqx
- Fl-istampa, x’qed jgħid Ġożwè, u għala? 
- Ġeħova kif għen lil Ġożwè u s-suldati tiegħu? 
- Ġożwè kemm jegħleb slaten għedewwa, u kemm idum biex jagħmel dan? 
- Ġożwè għala jqassam l-art taʼ Kangħan? 
- Kemm ikollu żmien Ġożwè meta jmut, u x’jiġri lin-nies wara li jmut? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Ġożwè 10:6-15. - Il-fatt li nafu li Ġeħova waqqaf ix-xemx u l-qamar milli jiċċaqalqu għal Iżrael jagħtina liema fiduċja llum? (Ġoż. 10:8, 10, 12, 13; Salm 18:3; Prov. 18:10) 
- Aqra Ġożwè 12:7-24. - Min tassew kien responsabbli għall-fatt li ntgħelbu 31 sultan f’Kangħan, u dan għala hu importanti għalina llum? (Ġoż. 12:7; 24:11-13; Dt. 31:8; Lq. 21:9, 25-28) 
- Aqra Ġożwè 14:1-5. - L-art kif tqassmet fost it-tribujiet t’Iżrael, u dan x’jindika dwar il-wirt fil-Ġenna tal-art? (Ġoż. 14:2; Is. 65:21; Eżek. 47:21-23; 1 Kor. 14:33) 
- Aqra Mħallfin 2:8-13. - Bħal Ġożwè f’Iżrael, min illum jipprova jikkontrolla l-apostasija? (Mħ. 2:8, 10, 11; Mt. 24:45-47; 2 Tess. 2:3-6; Titu 1:7-9; Riv. 1:1; 2:1, 2) 
Storja 50
Żewġ Nisa Kuraġġużi
- Min huma l-imħallfin, u x’jisimhom uħud minnhom? 
- Xi privileġġ speċjali għandha Debora, u dan x’jinvolvi? 
- Meta Iżrael jiġi mhedded mis-Sultan Ġabin u l-kap tal-armata, Sisera, x’messaġġ mingħand Ġeħova tagħti Debora lill-Imħallef Barak, u hi min tgħid li se jieħu l-krettu? 
- Ġagħel kif turi li hi mara kuraġġuża? 
- X’jiġri wara l-mewt tas-Sultan Ġabin? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Mħallfin 2:14-22. - L-Iżraelin kif ġabu l-korla taʼ Ġeħova fuqhom, u x’lezzjoni nistgħu nitgħallmu minn dan? (Mħ. 2:20; Prov. 3:1, 2; Eżek. 18:21-23) 
- Aqra Mħallfin 4:1-24. - X’lezzjonijiet dwar il-fidi u l-kuraġġ jistgħu n-nisa llum jitgħallmu mill-eżempji taʼ Debora u Ġagħel? (Mħ. 4:4, 8, 9, 14, 21, 22; Prov. 31:30; 1 Kor. 16:13) 
- Aqra Mħallfin 5:1-31. - L-għanja tar-rebħa taʼ Barak u Debora kif tistaʼ tiġi applikata bħala talba dwar il-gwerra li ġejja taʼ Ħar–Magedon? (Mħ. 5:3, 31; 1 Kron. 16:8-10; Riv. 7:9, 10; 16:16; 19:19-21) 
Storja 51
Rut u Nagħomi
- Nagħomi kif sabet ruħha fl-art taʼ Mowab? 
- Min huma Rut u Għorfa? 
- Rut u Għorfa kif iwieġbu meta Nagħomi tgħidilhom biex imorru lura għand nieshom? 
- Min hu Bogħaż, u kif jgħin lil Rut u Nagħomi? 
- X’jismu t-tifel taʼ Rut u Bogħaż, u għala għandna niftakruh? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Rut 1:1-17. - Rut b’liema mod mill-isbaħ tesprimi l-imħabba leali tagħha? (Rut 1:16, 17) 
- L-attitudni taʼ Rut kif tagħti stampa tajba tal-attitudni li għandhom in-“nagħaġ oħrajn” lejn il-midlukin fuq l-art illum? (Ġw. 10:16; Żak. 8:23) 
 
- Aqra Rut 2:1-23. - Rut kif tipprovdi eżempju mill-aħjar għan-nisa żgħażagħ illum? (Rut 2:17, 18; Prov. 23:22; 31:15) 
- Aqra Rut 3:5-13. - Bogħaż kif qies il-fatt li Rut kienet lesta tiżżewweġ lilu minflok raġel iżgħar? 
- L-attitudni taʼ Rut x’tgħallimna dwar l-imħabba leali? (Rut 3:10; 1 Kor. 13:4, 5) 
 
- Aqra Rut 4:7-17. - L-irġiel Kristjani llum kif jistgħu jkunu bħal Bogħaż? (Rut 4:9, 10; 1 Tim. 3:1, 12, 13; 5:8) 
Storja 52
Gidegħon u t-300 Raġel Tiegħu
- L-Iżraelin kif u għala jinsabu f’ħafna inkwiet? 
- Ġeħova għala jgħid lil Gidegħon li għandu wisq irġiel fl-armata tiegħu? 
- Kemm jibqgħu rġiel wara li Gidegħon jgħid lill-irġiel beżgħanin biex imorru lura d-dar? 
- Mill-istampa, spjega kif Ġeħova jnaqqas l-ammont tal-armata taʼ Gidegħon għal 300 raġel biss. 
- Gidegħon kif iqassam it-300 raġel tiegħu, u Iżrael kif jirbaħ il-battalja? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Mħallfin 6:36-40. - Gidegħon kif aċċerta ruħu x’kienet ir-rieda taʼ Ġeħova? 
- Illum kif insiru nafu x’inhi r-rieda taʼ Ġeħova? (Prov. 2:3-6; Mt. 7:7-11; 2 Tim. 3:16, 17) 
 
- Aqra Mħallfin 7:1-25. - X’lezzjoni nistgħu nitgħallmu mit-300 raġel li baqgħu għassa b’kuntrast maʼ dawk li wrew nuqqas taʼ ħsieb? (Mħ. 7:3, 6; Rum. 13:11, 12; Efes. 5:15-17) 
- L-istess bħalma t-300 raġel tgħallmu milli josservaw lil Gidegħon, aħna kif nistgħu nitgħallmu milli nosservaw lil Gidegħon Akbar, Ġesù Kristu? (Mħ. 7:17; Mt. 11:29, 30; 28:19, 20; 1 Pt. 2:21) 
- Imħallfin 7:21 kif jgħinna nkunu kuntenti naqdu kull fejn niġu inkarigati fl-organizzazzjoni taʼ Ġeħova? (1 Kor. 4:2; 12:14-18; Ġak. 4:10) 
 
- Aqra Mħallfin 8:1-3. - Meta niġu biex nirranġaw differenzi persunali li jkollna maʼ ħu jew oħt, x’nistgħu nitgħallmu mill-mod kif Gidegħon irranġa t-tilwima li kellu mal-Efrajmin? (Prov. 15:1; Mt. 5:23, 24; Lq. 9:48) 
Storja 53
Il-Wegħda taʼ Ġefta
- Min hu Ġefta, u f’liema żmien kien jgħix? 
- Ġefta xi jwiegħed lil Ġeħova? 
- Ġefta għala jitnikket meta jmur lura d-dar wara li rebaħ lill-Għammonin? 
- Bint Ġefta x’tgħid meta ssir taf bil-wegħda taʼ missierha? 
- In-nies għala jħobbu lit-tifla taʼ Ġefta? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Mħallfin 10:6-18. - Xi twissija għandna nieħdu min-nuqqas taʼ lealtà t’Iżrael lejn Ġeħova? (Mħ. 10:6, 15, 16; Rum. 15:4; Riv. 2:10) 
- Aqra Mħallfin 11:1-11, 29-40. - Kif nafu li l-fatt li Ġefta ta lil bintu bħala “offerta tal-ħruq” ma jfissirx li offrieha billi għaddieha min-nar bħala sagrifiċċju uman? (Mħ. 11:31; Lev. 16:24; Dt. 18:10, 12) 
- Ġefta f’liema sens offra ’l bintu bħala sagrifiċċju? 
- X’nistgħu nitgħallmu mill-attitudni li wera Ġefta lejn il-wegħda li għamel lil Ġeħova? (Mħ. 11:35, 39; Ekk. 5:4, 5; Mt. 16:24) 
- It-tifla taʼ Ġefta kif inhi t’eżempju mill-aħjar għaż-żgħażagħ Kristjani dwar li jistinkaw għal karriera fis-servizz full-time? (Mħ. 11:36; Mt. 6:33; Flp. 3:8) 
 
Storja 54
L-Iktar Raġel b’Saħħtu
- X’jismu l-iktar raġel b’saħħtu li qatt għex, u min tah is-saħħa li kellu? 
- Darba minnhom Sansun x’jagħmillu lil iljun kbir, bħalma tistaʼ tara fl-istampa? 
- Liema sigriet qed jgħid Sansun lil Dalila fl-istampa, u dan kif iwassal biex jinqabad mill-Filistin? 
- Sansun kif joqtol 3,000 għadu Filisti fil-jum li jmut? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Mħallfin 13:1-14. - Manogħa u martu kif jagħtu eżempju tajjeb lill-ġenituri fit-trobbija taʼ wliedhom? (Mħ. 13:8; Salm 127:3; Efes. 6:4) 
- Aqra Mħallfin 14:5-9 u 15:9-16. 
- Aqra Mħallfin 16:18-31. - Sansun kif ġie effettwat minn sħubija ħażina, u x’nistgħu nitgħallmu minn dan? (Mħ. 16:18, 19; 1 Kor. 15:33) 
Storja 55
Tifel Żgħir Jaqdi lil Alla
- X’jismu t-tfajjel fl-istampa, u min huma l-oħrajn? 
- Liema talba tgħid Ħanna darba minnhom meta tkun qed iżżur it-tabernaklu taʼ Ġeħova, u Ġeħova kif iwiġibha? 
- Kemm għandu żmien Samwel meta jittieħed biex jaqdi fit-tinda taʼ Ġeħova u ommu x’tagħmillu kull sena? 
- X’jisimhom ulied Eli, u x’tip taʼ rġiel huma? 
- Ġeħova kif isejjaħlu lil Samwel, u x’messaġġ jagħtih? 
- Samwel xi jsir meta jikber, u x’jiġri meta jixjieħ? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra l-1 Samwel 1:1-28. - Elkana jagħti liema eżempju mill-aqwa għall-kapijiet tal-familja f’li jieħdu t-tmexxija fil-qima vera? (1 Sam. 1:3, 21; Mt. 6:33; Flp. 1:10) 
- Liema tagħlima nistgħu nieħdu mill-eżempju taʼ Ħanna mill-mod kif ittrattat problema diffiċli? (1 Sam. 1:10, 11; Salm 55:22; Rum. 12:12) 
 
- Aqra l-1 Samwel 2:11-36. - Eli kif ta ġieħ lil uliedu iktar milli lil Ġeħova, u dan kif jistaʼ jkun taʼ twissija għalina? (1 Sam. 2:22-24, 27, 29; Dt. 21:18-21; Mt. 10:36, 37) 
- Aqra l-1 Samwel 4:16-18. - Liema messaġġ b’erbaʼ aħbarijiet t’għawġ jiġi mill-battalja, u x’effett ikollu fuq Eli? 
- Aqra l-1 Samwel 8:4-9. - Iżrael kif offenda lil Ġeħova bil-kbir, u kif nistgħu nappoġġaw lealment is-Saltna tiegħu llum? (1 Sam. 8:5, 7; Ġw. 17:16; Ġak. 4:4) 
Storja 56
Sawl—L-Ewwel Sultan t’Iżrael
- Fl-istampa x’qed jagħmel Samwel, u għala? 
- Ġeħova għala jħobb lil Sawl, u x’tip taʼ persuna hu? 
- X’jismu t-tifel taʼ Sawl, u x’jagħmel? 
- Sawl għala joffri s-sagrifiċċju minflok ma jistenna lil Samwel biex joffrih hu? 
- X’lezzjonijiet nistgħu nitgħallmu mir-rakkont dwar Sawl? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra l-1 Samwel 9:15-21 u 10:17-27. - L-attitudni modesta taʼ Sawl kif għenitu biex ma jaġixxix bla ħsieb meta xi rġiel tkellmu b’nuqqas taʼ rispett dwaru? (1 Sam. 9:21; 10:21, 22, 27; Prov. 17:27) 
- Aqra l-1 Samwel 13:5-14. - X’kien id-dnub li għamel Sawl f’Gilgal? (1 Sam. 10:8; 13:8, 9, 13) 
- Aqra l-1 Samwel 15:1-35. - Liema dnub serju wettaq Sawl b’konnessjoni m’Agag, is-sultan t’Għamalek? (1 Sam. 15:2, 3, 8, 9, 22) 
- Sawl kif ipprova jiskuża l-mod kif aġixxa u anki jitfaʼ l-ħtija fuq ħaddieħor? (1 Sam. 15:24) 
- Illum, liema twissija għandna nagħtu kas meta ningħataw xi parir? (1 Sam. 15:19-21; Salm 141:5; Prov. 9:8, 9; 11:2) 
 
Storja 57
Alla Jagħżel lil David
- X’jismu t-tifel fl-istampa, u kif nafu li hu kuraġġuż? 
- Fejn jgħix David, u x’jisimhom missieru u nannuh? 
- Ġeħova għala jgħid lil Samwel biex imur id-dar taʼ Ġesse f’Betlehem? 
- X’jiġri meta Ġesse jġib is-sebaʼ wlied subien tiegħu quddiem Samwel? 
- Ġeħova x’jgħid lil Samwel meta jidħol David? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra l-1 Samwel 17:34, 35. - Dawn il-ġrajjiet kif jenfasizzaw il-kuraġġ taʼ David u l-fatt li kien jistrieħ fuq Ġeħova? (1 Sam. 17:37) 
- Aqra l-1 Samwel 16:1-14. - Il-kliem taʼ Ġeħova fl-1 Samwel 16:7 kif jgħinna nkunu imparzjali u nevitaw li nuru preġudizzju minħabba d-dehra taʼ barra? (Atti 10:34, 35; 1 Tim. 2:4) 
- L-eżempju taʼ Sawl kif jurina li meta Ġeħova jneħħi l-ispirtu qaddis tiegħu minn fuq persuna, il-vojt li jħalli jistaʼ jimtela bi spirtu ħażin, jew b’inklinazzjoni ġewwinija biex tagħmel il-ħażen? (1 Sam. 16:14; Mt. 12:43-45; Gal. 5:16) 
 
Storja 58
David u Gulija
- Gulija liema sfida jagħmel lill-armata Iżraelija? 
- Kemm hu twil Gulija, u s-Sultan Sawl xi jwiegħed lill-wieħed li joqtol lil Gulija? 
- David x’jgħid lil Sawl meta jgħidlu li ma jistax jiġġieled kontra Gulija għax għadu daqsxejn taʼ tifel? 
- Meta David iwieġeb lil Gulija kif juri li jafda f’Ġeħova? 
- Bħalma tistaʼ tara fl-istampa, David x’juża biex joqtol lil Gulija, u x’jiġri lill-Filistin wara li jiġri dan? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra l-1 Samwel 17:1-54. - David għala kien daqshekk kuraġġuż, u aħna kif nistgħu nimitawh? (1 Sam. 17:37, 45; Efes. 6:10, 11) 
- Il-Kristjani għala għandhom jevitaw spirtu kompetittiv bħalma kellu Gulija meta jieħdu sehem f’logħob jew matul ir-rikreazzjoni? (1 Sam. 17:8; Gal. 5:26; 1 Tim. 4:8) 
- Il-kliem taʼ David kif wera li kellu fidi fl-appoġġ t’Alla? (1 Sam. 17:45-47; 2 Kron. 20:15) 
- Dan ir-rakkont kif juri li l-battalja kienet bejn l-allat foloz u l-Alla l-veru Ġeħova, u mhux sempliċement ġlieda bejn żewġ armati? (1 Sam. 17:43, 46, 47) 
- Il-fdal midluk kif jimitaw l-eżempju taʼ David f’li jafdaw f’Ġeħova? (1 Sam. 17:37; Ġer. 1:17-19; Riv. 12:17) 
 
Storja 59
Għala David Ikollu Jaħrab
- Sawl għala jgħir għal David, imma t-tifel taʼ Sawl, Ġonatan, kif inhu differenti? 
- X’jiġri ġurnata minnhom meta David ikun idoqq l-arpa għal Sawl? 
- Sawl x’jgħid li jrid jagħmel David biex ikun jistaʼ jieħu lil bint Sawl, Mikal, bħala martu, u Sawl għala jgħid dan? 
- Bħalma tistaʼ tara fl-istampa, meta David idoqq l-arpa għal Sawl, x’jiġri għat-tielet darba? 
- Mikal kif issalva l-ħajja taʼ David, u mbagħad xi jkollu jagħmel David għal sebaʼ snin? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra l-1 Samwel 18:1-30. - L-imħabba li ma titkissirx taʼ Ġonatan għal David kif uriet bil-quddiem l-imħabba li hemm bejn in-“nagħaġ oħrajn” u l-“merħla żgħira”? (1 Sam. 18:1; Ġw. 10:16; Lq. 12:32; Żak. 8:23) 
- Meta tqis il-fatt li Ġonatan kieku kien se jsir sultan wara Sawl, il-kliem fl-1 Samwel 18:4 kif juri sottomissjoni li tispikka min-naħa taʼ Ġonatan lejn dak li kien magħżul biex ikun is-sultan? 
- L-eżempju taʼ Sawl kif juri li l-għira tistaʼ twassal għal dnub serju, u dan xi twissija jagħtina? (1 Sam. 18:7-9, 25; Ġak. 3:14-16) 
 
- Aqra l-1 Samwel 19:1-17. - Ġonatan kif issogra ħajtu meta ffaċċja lil Sawl? (1 Sam. 19:1, 4-6; Prov. 16:14) 
Storja 60
Abigajl u David
- X’jisimha l-mara fl-istampa li ġejja tiltaqaʼ maʼ David, u x’tip taʼ persuna hi? 
- Min hu Nabal? 
- David għala jibgħat xi ftit mill-irġiel tiegħu biex jitolbu pjaċir mingħand Nabal? 
- Nabal x’jgħid lill-irġiel taʼ David, u David x’jagħmel? 
- Abigajl kif turi li hi mara għaqlija? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra l-1 Samwel 22:1-4. - Il-familja taʼ David kif taw eżempju tajjeb taʼ kif għandna nappoġġaw lil xulxin fil-fratellanza Kristjana? (Prov. 17:17; 1 Tess. 5:14) 
- Aqra l-1 Samwel 25:1-43. - Nabal għala jiġi deskritt bi tmaqdir? (1 Sam. 25:2-5, 10, 14, 21, 25) 
- In-nisa Kristjani tal-lum x’jistgħu jitgħallmu mill-eżempju t’Abigajl? (1 Sam. 25:32, 33; Prov. 31:26; Efes. 5:24) 
- Abigajl żammet lil David milli jagħmel liema żewġ affarijiet ħżiena? (1 Sam. 25:31, 33; Rum. 12:19; Efes. 4:26) 
- Il-mod kif David irreaġixxa għall-kliem t’Abigajl kif jgħin lill-irġiel illum biex ikollhom l-istess ħarsa taʼ Ġeħova lejn in-nisa? (Atti 21:8, 9; Rum. 2:11; 1 Pt. 3:7) 
 
Storja 61
David Isir Sultan
- David u Abisaj x’jagħmlu waqt li Sawl ikun rieqed fil-kamp tiegħu? 
- David x’mistoqsijiet isaqsi lil Sawl? 
- Wara li jitlaq minn ħdejn Sawl, David fejn imur? 
- Xi jnikket ħafna lil David, tant li jikteb għanja sabiħa? 
- David kemm ikollu żmien meta jsir sultan f’Ħebron, u x’jisimhom xi wħud minn uliedu s-subien? 
- Iktar tard, David minn fejn jaħkem bħala sultan? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra l-1 Samwel 26:1-25. - Il-kliem taʼ David imniżżel fl-1 Samwel 26:11 juri liema attitudni lejn l-ordni teokratiku? (Salm 37:7; Rum. 13:2) 
- Il-kliem taʼ David li nsibu fl-1 Samwel 26:23 kif jgħinna nżommu attitudni xierqa meta nagħmlu sforz ħabrieki biex nuru l-qalb tajba bl-imħabba imma ma jintweriex apprezzament? (1 Slat. 8:32; Salm 18:20) 
 
- Aqra t-2 Samwel 1:26. - Il-Kristjani llum kif jistgħu jikkultivaw l-istess kwalità taʼ “mħabba profonda lejn xulxin” li kellhom David u Ġonatan? (1 Pt. 4:8; Kol. 3:14; 1 Ġw. 4:12) 
- Aqra t-2 Samwel 5:1-10. - David kemm dam isaltan bħala sultan, u dan it-tul taʼ żmien kif kien maqsum? (2 Sam. 5:4, 5) 
- Min jieħu l-krettu għall-kobor taʼ David, u dan kif iservi taʼ tfakkira għalina llum? (2 Sam. 5:10; 1 Sam. 16:13; 1 Kor. 1:31; Flp. 4:13) 
 
Storja 62
Inkwiet fid-Dar taʼ David
- Fl-aħħar x’jiġri mill-art taʼ Kangħan, bl-għajnuna taʼ Ġeħova? 
- X’jiġri lejla waħda meta David ikun fuq il-bejt tal-palazz tiegħu? 
- Ġeħova għala hu rrabjat ħafna maʼ David? 
- Fl-istampa, Ġeħova lil min jibgħat biex jgħid lil David bi dnubietu, u r-raġel x’jgħid li se jiġrilu David? 
- X’inkwiet ikollu David? 
- Min isir is-sultan t’Iżrael wara David? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra t-2 Samwel 11:1-27. - Il-fatt li nżommu ruħna beżlin fis-servizz taʼ Ġeħova, kif inhu taʼ protezzjoni għalina? 
- David kif wasal biex jidneb, u dan xi twissija jagħti lill-qaddejja taʼ Ġeħova llum? (2 Sam. 11:2; Mt. 5:27-29; 1 Kor. 10:12; Ġak. 1:14, 15) 
 
- Aqra t-2 Samwel 12:1-18. - X’lezzjoni jistgħu jitgħallmu l-anzjani u l-ġenituri mill-mod kif Natan offra l-parir lil David? (2 Sam. 12:1-4; Prov. 12:18; Mt. 13:34) 
- Ġeħova għala aġixxa bi ħniena maʼ David? (2 Sam. 12:13; Salm 32:5; 2 Kor. 7:9, 10) 
 
Storja 63
Is-Sultan Għaref Salamun
- Ġeħova x’jistaqsi lil Salamun, u dan kif iwieġeb? 
- Peress li Ġeħova togħġbu t-talba taʼ Salamun, xi jwiegħed li jagħtih? 
- Liema problema diffiċli jġibu żewġ nisa quddiem Salamun? 
- Bħalma tistaʼ tara fl-istampa, Salamun kif isolvi l-problema? 
- X’tip taʼ ħakma jkollu Salamun, u għala? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra l-1 Slaten 3:3-28. - Irġiel li jingħataw responsabbiltajiet fil-kongregazzjoni llum x’jistgħu jitgħallmu mill-kliem mill-qalb li Salamun jgħid fl-1 Slaten 3:7? (Salm 119:105; Prov. 3:5, 6) 
- It-talba taʼ Salamun kif inhi eżempju mill-aħjar tal-affarijiet xierqa li għandna nitolbu għalihom? (1 Slat. 3:9, 11; Prov. 30:8, 9; 1 Ġw. 5:14) 
- Meta nqisu l-mod kif Salamun ittratta mat-tilwima bejn iż-żewġ nisa, liema fiduċja jistaʼ jkollna dwar il-ħakma futura taʼ Salamun Akbar, Ġesù Kristu? (1 Slat. 3:28; Is. 9:6, 7; 11:2-4) 
 
- Aqra l-1 Slaten 4:29-34. - Ġeħova kif wieġeb it-talba taʼ Salamun għal qalb ubbidjenti? (1 Slat. 4:29) 
- Meta nqisu kemm kien isir sforz min-naħa tan-nies biex jisimgħu l-għerf taʼ Salamun, x’attitudni għandu jkollna lejn l-istudju tal-Kelma t’Alla? (1 Slat. 4:29, 34; Ġw. 17:3; 2 Tim. 3:16) 
 
Storja 64
Salamun Jibni t-Tempju
- Kemm jiħodlu żmien lil Salamun biex ilesti l-bini tat-tempju taʼ Ġeħova, u għala jiswa daqshekk flus? 
- Kemm hemm kmamar prinċipali fit-tempju, u x’jitpoġġa fil-kamra taʼ ġewwa? 
- Salamun x’jgħid fit-talba tiegħu meta jitlesta t-tempju? 
- Ġeħova kif juri li jieħu pjaċir bit-talba taʼ Salamun? 
- In-nisa taʼ Salamun xi jġegħluh jagħmel, u x’jiġrilu Salamun? 
- Ġeħova għala hu rrabjat maʼ Salamun, u Ġeħova x’jgħidlu? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra l-1 Kronaki 28:9, 10. - Meta nqisu l-kliem taʼ David imniżżel fl-1 Kronaki 28:9, 10, x’għandna nħabirku biex nagħmlu fil-ħajja tagħna taʼ kuljum? (Salm 19:14; Flp. 4:8, 9) 
- Aqra t-2 Kronaki 6:12-21, 32-42. - Salamun kif wera li l-ebda bini magħmul mill-bniedem ma jistaʼ jesaʼ lil Alla l-Iktar Għoli? (2 Kronaki 6:18; Atti 17:24, 25) 
- Il-kliem taʼ Salamun imniżżel fit-2 Kronaki 6:32, 33 x’jgħallimna dwar Ġeħova? (Atti 10:34, 35; Gal. 2:6) 
 
- Aqra t-2 Kronaki 7:1-5. - L-istess bħalma wlied Iżrael ġew imqanqlin biex ifaħħru lil Ġeħova meta raw il-glorja tiegħu, illum aħna kif għandna niġu effettwati meta naħsbu dwar il-barka taʼ Ġeħova fuq il-poplu tiegħu? (2 Kron. 7:3; Salm 22:22; 34:1; 96:2) 
- Aqra l-1 Slaten 11:9-13. - Il-ħajja taʼ Salamun kif turi l-importanza taʼ li wieħed jibqaʼ leali sal-aħħar? (1 Slat. 11:4, 9; Mt. 10:22; Riv. 2:10) 
Storja 65
Is-Saltna Tinqasam
- X’jisimhom iż-żewġt irġiel fl-istampa, u min huma? 
- Aħija x’jagħmel bil-libsa li jkun liebes, u dan xi jfisser? 
- Salamun x’jipprova jagħmillu lil Ġerobogħam? 
- In-nies għala jagħmlu lil Ġerobogħam sultan fuq 10 tribujiet? 
- Ġerobogħam għala għamel żewġ għoġiela tad-deheb, u x’jiġri f’dak il-pajjiż ftit wara dan? 
- X’jiġri lis-saltna taż-żewġ tribujiet u lit-tempju taʼ Ġeħova f’Ġerusalemm? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra l-1 Slaten 11:26-43. - X’tip taʼ persuna kien Ġerobogħam, u Ġeħova x’wiegħdu jekk iżomm mal-liġijiet t’Alla? (1 Slat. 11:28, 38) 
- Aqra l-1 Slaten 12:1-33. - Il-ġenituri u l-anzjani x’jistgħu jitgħallmu dwar l-abbuż mill-awtorità mill-eżempju ħażin taʼ Reħobogħam? (1 Slat. 12:13; Ekk. 7:7; 1 Pt. 5:2, 3) 
- Iż-żgħażagħ illum lejn min għandhom iduru għal gwida taʼ min joqgħod fuqha meta jieħdu deċiżjonijiet serji f’ħajjithom? (1 Slat. 12:6, 7; Prov. 1:8, 9; 2 Tim. 3:16, 17; Ebr. 13:7) 
- X’qanqal lil Ġerobogħam biex jagħmel żewġ postijiet għall-qima tal-għoġol, u dan kif wera nuqqas kbir taʼ fiduċja f’Ġeħova? (1 Slat. 11:37; 12:26-28) 
- Min mexxa lin-nies tas-saltna b’10 tribujiet f’ribelljoni kontra l-qima vera? (1 Slat. 12:32, 33) 
 
Storja 66
Ġeżabel—Reġina mill-Agħar
- Min hi Ġeżabel? 
- Għala jkun imdejjaq is-Sultan Aħab darba minnhom? 
- Ġeżabel x’tagħmel biex tieħu l-għalqa tad-dwieli taʼ Nabot għar-raġel tagħha, Aħab? 
- Ġeħova lil min jibgħat biex jikkastiga lil Ġeżabel? 
- Bħalma tistaʼ tara fl-istampa, x’jiġri meta Ġeħu jasal ħdejn il-palazz taʼ Ġeżabel? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra l-1 Slaten 16:29-33 u 18:3, 4. - Kemm kienet ħażina l-kundizzjoni t’Iżrael fi żmien is-Sultan Aħab? (1 Slat. 14:9) 
- Aqra l-1 Slaten 21:1-16. - Nabot kif wera kuraġġ u lealtà lejn Ġeħova? (1 Slat. 21:1-3; Lev. 25:23-28) 
- X’nistgħu nitgħallmu dwar li nkampaw mad-diżappunt mill-eżempju t’Aħab? (1 Slat. 21:4; Rum. 5:3-5) 
 
- Aqra t-2 Slaten 9:30-37. - X’nistgħu nitgħallmu miż-żelu taʼ Ġeħu f’li jwettaq ir-rieda t’Alla? (2 Slat. 9:4-10; 2 Kor. 9:1, 2; 2 Tim. 4:2) 
Storja 67
Ġeħosafat Jafda f’Ġeħova
- Min hu Ġeħosafat, u f’liema perijodu jgħix? 
- L-Iżraelin għala huma mbeżżgħin, u ħafna minnhom x’jagħmlu? 
- Ġeħova kif iwieġeb it-talba taʼ Ġeħosafat? 
- Ġeħova xi jġiegħel li jiġri qabel il-battalja? 
- X’nistgħu nitgħallmu minn Ġeħosafat? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra t-2 Kronaki 20:1-30. - Ġeħosafat kif wera x’għandhom jagħmlu l-qaddejja leali t’Alla meta jiffaċċjaw ċirkustanzi taʼ theddid? (2 Kron. 20:12; Salm 25:15; 62:1) 
- Ladarba Ġeħova dejjem uża mezz taʼ komunikazzjoni meta ttratta mal-poplu tiegħu, liema mezz juża llum? (2 Kron. 20:14, 15; Mt. 24:45-47; Ġw. 15:15) 
- Meta Alla jagħti bidu għall-“jum il-kbir t’Alla li Jistaʼ Kollox,” is-sitwazzjoni tagħna kif se tkun simili għal dik taʼ Ġeħosafat? (2 Kron. 20:15, 17; 32:8; Riv. 16:14, 16) 
- Illum, il-pijunieri u l-missjunarji li jimitaw lil-Leviti jagħmlu liema tip taʼ kontribuzzjoni għax-xogħol tal-ippritkar li qed isir madwar id-dinja? (2 Kron. 20:19, 21; Rum. 10:13-15; 2 Tim. 4:2) 
 
Storja 68
Żewġ Subien li Jgħixu mill-Ġdid
- Min huma n-nies fl-istampa, u x’jiġrilu t-tifel żgħir? 
- Elija x’jitlob dwar it-tifel, u mbagħad x’jiġri? 
- X’jismu dak li jgħin lil Elija? 
- Eliżew għala jiġi mitlub imur id-dar taʼ mara f’Sunem? 
- Eliżew x’jagħmel, u x’jiġri lit-tifel mejjet? 
- Ġeħova x’qawwa għandu bħalma ntwera minn Elija u Eliżew? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra l-1 Slaten 17:8-24. - Kif ġew imġarrbin l-ubbidjenza u l-fidi t’Elija? (1 Slat. 17:9; 19:1-4, 10) 
- Il-fidi tal-armla taʼ Sarefat għala kienet tispikka? (1 Slat. 17:12-16; Lq. 4:25, 26) 
- L-esperjenza tal-armla taʼ Sarefat kif turi l-verità tal-kliem taʼ Ġesù mniżżel f’Mattew 10:41, 42? (1 Slat. 17:10-12, 17, 23, 24) 
 
- Aqra t-2 Slaten 4:8-37. - Il-mara taʼ Sunem x’tgħallimna dwar l-ospitalità? (2 Slat. 4:8; Lq. 6:38; Rum. 12:13; 1 Ġw. 3:17) 
- B’liema modi nistgħu nagħmlu atti taʼ qalb tajba lill-qaddejja t’Alla llum? (Atti 20:35; 28:1, 2; Gal. 6:9, 10; Ebr. 6:10) 
 
Storja 69
Tifla Tgħin lil Raġel Setgħan
- Fl-istampa, it-tifla żgħira x’qed tgħid lis-sinjura? 
- Min hi s-sinjura fl-istampa, u t-tifla żgħira x’qed tagħmel fid-dar tas-sinjura? 
- Eliżew x’jgħid lill-qaddej tiegħu biex jgħid lil Nagħman, u Nagħman għala jirrabja? 
- X’jiġri meta Nagħman jismaʼ mill-qaddejja tiegħu? 
- Eliżew għala ma jaċċettax ir-rigal taʼ Nagħman, imma Geħażi x’jagħmel? 
- X’jiġrilu Geħażi, u x’nistgħu nitgħallmu minn dan? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra t-2 Slaten 5:1-27. - L-eżempju tat-tifla żgħira Iżraelija kif jistaʼ jinkuraġġixxi liż-żgħażagħ illum? (2 Slat. 5:3; Salm 8:2; 148:12, 13) 
- Għala jkun tajjeb li nżommu l-eżempju taʼ Nagħman f’moħħna meta ningħataw parir mill-Iskrittura? (2 Slat. 5:15; Ebr. 12:5, 6; Ġak. 4:6) 
- X’lezzjonijiet nistgħu nitgħallmu meta nqabblu l-eżempju t’Eliżew maʼ dak taʼ Geħażi? (2 Slat. 5:9, 10, 14-16, 20; Mt. 10:8; Atti 5:1-5; 2 Kor. 2:17) 
 
Storja 70
Ġona u l-Ħuta Kbira
- Min hu Ġona, u Ġeħova x’jgħidlu jagħmel? 
- Peress li ma jridx imur fejn jgħidlu Ġeħova, Ġona x’jagħmel? 
- Ġona x’jgħid lill-baħrin jagħmlu ħalli tieqaf il-maltempata? 
- Bħalma tistaʼ tara fl-istampa, x’jiġri meta Ġona jinżel taħt l-ilma? 
- Ġona kemm idum ġol-ħuta kbira, u x’jagħmel waqt li jkun hemm? 
- Fejn imur Ġona wara li joħroġ mill-ħuta kbira, u dan x’jgħallimna? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Ġona 1:1-17. - Milli jidher, Ġona kif ħassu dwar l-inkarigu li jipprietka lin-Ninwin? (Ġona 1:2, 3; Prov. 3:7; Ekk. 8:12) 
- Aqra Ġona 2:1, 2, 10. - L-esperjenza taʼ Ġona kif tagħtina l-fiduċja li Ġeħova se jwieġeb it-talb tagħna? (Salm 22:24; 34:6; 1 Ġw. 5:14) 
- Aqra Ġona 3:1-10. - X’inkuraġġiment nieħdu mill-fatt li Ġeħova baqaʼ juża lil Ġona għalkemm għall-ewwel naqas li jwettaq l-inkarigu tiegħu? (Salm 103:14; 1 Pt. 5:10) 
- L-esperjenza taʼ Ġona man-Ninwin x’tgħallimna dwar li niġġudikaw minn qabel lin-nies fit-territorju tagħna? (Ġona 3:6-9; Ekk. 11:6; Atti 13:48) 
 
Storja 71
Alla Jwiegħed Ġenna tal-Art
- Isaija min kien, fejn kien jgħix, u Ġeħova x’urieh? 
- Il-kelma “ġenna” xi tfisser, u dwar xiex tfakkrek? 
- Ġeħova x’qal lil Isaija biex jikteb dwar il-Ġenna tal-art ġdida? 
- Adam u Eva għala tilfu d-dar mill-isbaħ tagħhom? 
- Ġeħova xi jwiegħed lil dawk li jħobbuh? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Isaija 11:6-9. - Il-Kelma t’Alla kif tiddeskrivi l-paċi li se jkun hemm bejn l-annimali u l-bnedmin fid-dinja l-ġdida? (Salm 148:10, 13; Is. 65:25; Eżek. 34:25) 
- Illum, liema twettiq spiritwali qed ikollu kliem Isaija fost in-nies taʼ Ġeħova? (Rum. 12:2; Efes. 4:23, 24) 
- Min jistħoqqlu l-krettu għall-bidliet fil-personalitajiet tal-bnedmin kemm issa kif ukoll fid-dinja l-ġdida? (Is. 48:17, 18; Gal. 5:22, 23; Flp. 4:7) 
 
- Aqra Rivelazzjoni 21:3, 4. - L-Iskrittura kif turi li l-fatt li Alla jgħammar mal-bnedmin ifisser li jkun preżenti fuq l-art b’mod figurattiv u mhux b’mod fiżiku? (Lev. 26:11, 12; 2 Kron. 6:18; Is. 66:1; Riv. 21:2, 3, 22-24) 
- Liema tip taʼ biki u wġigħ se jkunu spiċċaw? (Lq. 8:49-52; Rum. 8:21, 22; Riv. 21:4) 
 
Storja 72
Alla Jgħin lis-Sultan Ħeżekija
- Min hu r-raġel fl-istampa, u għala jinsab f’ħafna inkwiet? 
- X’inhuma l-ittri li Ħeżekija poġġa quddiem Alla, u Ħeżekija x’jitlob? 
- X’tip taʼ sultan hu Ħeżekija, u x’messaġġ jibgħatlu Ġeħova permezz tal-profeta Isaija? 
- L-anġlu taʼ Ġeħova x’jagħmel lill-Assirjani, kif jidher fl-istampa? 
- Għalkemm is-saltna b’żewġ tribujiet ikollha l-paċi għal xi żmien, x’jiġri wara li Ħeżekija jmut? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra t-2 Slaten 18:1-36. - Il-kelliemi Assirjan Rabsake kif ipprova jdgħajjef il-fidi tal-Iżraelin? (2 Slat. 18:19, 21; Eżo. 5:2; Salm 64:3) 
- Meta x-Xhieda taʼ Ġeħova jittrattaw maʼ dawk li jopponuhom kif jimitaw l-eżempju taʼ Ħeżekija? (2 Slat. 18:36; Salm 39:1; Prov. 26:4; 2 Tim. 2:24) 
 
- Aqra t-2 Slaten 19:1-37. - In-nies taʼ Ġeħova llum kif jimitaw lil Ħeżekija fi żminijiet taʼ niket? (2 Slat. 19:1, 2; Prov. 3:5, 6; Ebr. 10:24, 25; Ġak. 5:14, 15) 
- Is-Sultan Sennakerib kif ġie megħlub bi tliet modi, u taʼ min jagħti stampa profetika? (2 Slat. 19:32, 35, 37; Riv. 20:2, 3) 
 
- Aqra t-2 Slaten 21:1-6, 16. - Għala jistaʼ jingħad li Manasse kien wieħed mill-iktar slaten mill-agħar li qatt ħakem f’Ġerusalemm? (2 Kron. 33:4-6, 9) 
Storja 73
L-Aħħar Sultan Tajjeb t’Iżrael
- Kemm ikollu żmien Ġosija meta jsir sultan, u x’jibda jagħmel meta jkun ilu sultan għal sebaʼ snin? 
- X’inhu jagħmel Ġosija fl-ewwel stampa? 
- Xi jsib il-qassis il-kbir meta l-irġiel ikunu qed isewwu t-tempju? 
- Ġosija għala jċarrat ħwejġu? 
- Il-profetessa Ħulda x’messaġġ tagħti lil Ġosija mingħand Ġeħova? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra t-2 Kronaki 34:1-28. - Ġosija jipprovdi liema eżempju għal dawk li forsi kellhom ikampaw maʼ trobbija diffiċli? (2 Kron. 33:21-25; 34:1, 2; Salm 27:10) 
- Ġosija liema passi importanti ħa biex javanza l-qima vera matul it-8, it-12, u t-18-il sena tal-ħakma tiegħu? (2 Kron. 34:3, 8) 
- Liema lezzjonijiet nistgħu nitgħallmu dwar li nieħdu ħsieb il-postijiet tal-qima tagħna mill-eżempji tas-Sultan Ġosija u l-Qassis il-Kbir Ħilkija? (2 Kron. 34:9-13; Prov. 11:14; 1 Kor. 10:31) 
 
Storja 74
Raġel li Ma Jibżax
- Min hu r-raġel żagħżugħ fl-istampa? 
- Ġeremija kif iħossu dwar li jsir profeta, imma Ġeħova x’jgħidlu? 
- X’messaġġ jibqaʼ jgħid Ġeremija lin-nies? 
- Il-qassisin kif jipprovaw iwaqqfu lil Ġeremija, imma kif juri li ma jibżax? 
- X’jiġri meta l-Iżraelin jibqgħu jagħmlu l-ħażen? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Ġeremija 1:1-8. - Bħalma juri l-eżempju taʼ Ġeremija, x’jikkwalifika lil persuna għas-servizz taʼ Ġeħova? (2 Kor. 3:5, 6) 
- L-eżempju taʼ Ġeremija x’inkuraġġiment jagħti liż-żgħażagħ Kristjani llum? (Ekk. 12:1; 1 Tim. 4:12) 
 
- Aqra Ġeremija 10:1-5. - Liema tixbiha b’saħħitha juża Ġeremija biex juri kemm tkun frugħa li tafda fl-idoli? (Ġer. 10:5; Is. 46:7; Ħab. 2:19) 
- Aqra Ġeremija 26:1-16. - Meta jixxandar il-messaġġ taʼ twissija llum, il-fdal midluk kif jieħdu bis-serjetà l-kmand li Ġeħova ta lil Ġeremija biex ‘ma jħallix kelma waħda barra’? (Ġer. 26:2; Dt. 4:2; Atti 20:27) 
- Ġeremija x’eżempju mill-aħjar ipprovda għax-Xhieda taʼ Ġeħova llum fejn tidħol id-dikjarazzjoni tat-twissija taʼ Ġeħova lill-ġnus? (Ġer. 26:8, 12, 14, 15; 2 Tim. 4:1-5) 
 
- Aqra t-2 Slaten 24:1-17. - In-nuqqas taʼ lealtà li Ġuda wera lejn Ġeħova wassal għal liema konsegwenzi taʼ niket? (2 Slat. 24:2-4, 14) 
Storja 75
Erbaʼ Subien f’Babilonja
- Min huma l-erbaʼ subien fl-istampa, u għala qegħdin Babilonja? 
- Nebukadnessar x’bi ħsiebu jagħmel bl-erbaʼ subien, u x’ordni jagħti lill-qaddejja tiegħu? 
- Danjel x’jitlob li jagħtu lilu u lit-tlett iħbieb tiegħu bħala ikel u xorb? 
- Wara li jieklu l-ħaxix għal 10 ijiem, Danjel u t-tliet sħabu kif jidhru meta mqabblin mal-irġiel żgħażagħ l-oħrajn? 
- Danjel u t-tlett iħbieb tiegħu kif jispiċċaw fil-palazz tas-sultan, u b’liema mod huma aħjar mill-qassisin u l-irġiel għorrief? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Danjel 1:1-21. - X’tip taʼ sforz hu meħtieġ jekk irridu nirreżistu t-tentazzjonijiet u negħlbu d-dgħufijiet? (Dan. 1:8; Ġen. 39:7, 10; Gal. 6:9) 
- B’liema mod jistgħu ż-żgħażagħ illum jiġu mħajrin jew issirilhom pressjoni biex igawdu dawk li jitqiesu bħala affarijiet “mill-aqwa”? (Dan. 1:8; Prov. 20:1; 2 Kor. 6:17–7:1) 
- Ir-rakkont tal-Bibbja dwar l-erbaʼ żgħażagħ Ebrej x’jgħinna nifhmu dwar li nirċievu għarfien sekulari? (Dan. 1:20; Is. 54:13; 1 Kor. 3:18-20) 
 
Storja 76
Ġerusalemm Tinqered
- X’qed jiġri lil Ġerusalemm u lill-Iżraelin li jidhru fl-istampa? 
- Min hu Eżekjel, u Ġeħova jurih liema affarijiet li jkexkxuh? 
- Peress li l-Iżraelin m’għandhomx rispett għal Ġeħova, hu xi jwiegħed? 
- Is-Sultan Nebukadnessar x’jagħmel wara li l-Iżraelin jirribellaw kontrih? 
- Ġeħova għala jħalliha tiġri din il-qerda terribbli lill-Iżraelin? 
- L-art t’Iżrael kif titħalla mingħajr nies, u għal kemm żmien? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra t-2 Slaten 25:1-26. - Min kien Sedekija, xi ġralu, u dan kif wettaq profezija Biblika? (2 Slat. 25:5-7; Eżek. 12:13-15) 
- Ġeħova mingħand min talab kont għaż-żlealtà kollha li għamel il-ġens t’Iżrael? (2 Slat. 25:9, 11, 12, 18, 19; 2 Kron. 36:14, 17) 
 
- Aqra Eżekjel 8:1-18. - Il-Kristjaneżmu kif imita lill-Iżraelin apostati li qiemu x-xemx? (Eżek. 8:16; Is. 5:20, 21; Ġw. 3:19-21; 2 Tim. 4:3) 
Storja 77
Ma Ridux Imilu
- Nebukadnessar, is-Sultan taʼ Babilonja, liema kmand ta lin-nies? 
- It-tlett iħbieb taʼ Danjel għala mhumiex imilu quddiem ix-xbieha tad-deheb? 
- Meta Nebukadnessar jagħti ċans ieħor lit-tliet Ebrej biex imilu, dawn kif juru li jafdaw f’Ġeħova? 
- Nebukadnessar xi jġiegħel lill-irġiel tiegħu jagħmlu lil Sidrak, Mesak, u Għabednego? 
- X’jara Nebukadnessar meta jittawwal ġol-forn? 
- Is-sultan għala jfaħħar lill-Alla taʼ Sidrak, Mesak, u Għabednego, u dawn x’eżempju jagħtuna? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Danjel 3:1-30. - Liema attitudni li wrew it-tliet Ebrej żgħażagħ għandha tiġi imitata mill-qaddejja kollha t’Alla meta tiġi mġarrba l-integrità tagħhom? (Dan. 3:17, 18; Mt. 10:28; Rum. 14:7, 8) 
- Liema tagħlima importanti għallem Alla Ġeħova lil Nebukadnessar? (Dan. 3:28, 29; 4:34, 35) 
 
Storja 78
Kitba fuq il-Ħajt
- X’jiġri meta s-sultan taʼ Babilonja jagħmel festa kbira u juża t-tazzi u r-reċipjenti meħudin mit-tempju taʼ Ġeħova f’Ġerusalemm? 
- Belsassar x’jgħid lill-irġiel għorrief tiegħu, imma x’ma jistgħux jagħmlu? 
- Omm is-sultan x’tgħidlu jagħmel? 
- Skont dak li Danjel jgħid lis-sultan, Alla għala bagħat id biex tikteb fuq il-ħajt? 
- Danjel kif jispjega t-tifsir tal-kliem fuq il-ħajt? 
- X’jiġri waqt li Danjel ikun għadu qed jitkellem? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Danjel 5:1-31. - X’inhi d-differenza bejn il-biżaʼ minn Alla u l-biżaʼ li ħass Belsassar meta ra l-kitba fuq il-ħajt? (Dan. 5:6, 7; Salm 19:9; Rum. 8:35-39) 
- Danjel kif wera kuraġġ kbir meta kellem lil Belsassar u l-kbarat tiegħu? (Dan. 5:17, 18, 22, 26-28; Atti 4:29) 
- Danjel kapitlu ħamsa kif jenfasizza s-sovranità universali taʼ Ġeħova? (Dan. 4:17, 25; 5:21) 
 
Storja 79
Danjel fil-Ħofra tal-Iljuni
- Min hu Darju, u kif iqisu lil Danjel? 
- Xi rġiel għajjurin xi jwassluh biex jagħmel lil Darju? 
- Danjel x’jagħmel meta jsir jaf bil-liġi l-ġdida? 
- Darju għala tant jitnikket li ma jkunx jistaʼ jorqod, u x’jagħmel l-għada filgħodu? 
- Danjel kif iwieġeb lil Darju? 
- X’jiġrilhom l-irġiel ħżiena li pprovaw joqtlu lil Danjel, u Darju x’jiktbilhom lin-nies kollha fis-saltna tiegħu? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Danjel 6:1-28. - Il-konfoffa kontra Danjel kif tfakkarna f’dak li għamlu l-opponenti biex jipprovaw iwaqqfu x-xogħol tax-Xhieda taʼ Ġeħova fi żmienna? (Dan. 6:7; Salm 94:20; Is. 10:1; Rum. 8:31) 
- Kif jistgħu l-qaddejja t’Alla llum jimitaw lil Danjel f’li jibqgħu sottomessi lejn “l-awtoritajiet superjuri”? (Dan. 6:5, 10; Rum. 13:1; Atti 5:29) 
- Kif nistgħu nimitaw l-eżempju taʼ Danjel f’li naqdu lil Ġeħova “kontinwament”? (Dan. 6:16, 20; Flp. 3:16; Riv. 7:15) 
 
Storja 80
Il-Poplu t’Alla Jitlaq Minn Babilonja
- Bħalma qed tara fl-istampa, x’inhuma jagħmlu l-Iżraelin? 
- Ċiru kif wettaq il-profezija li qal Ġeħova permezz t’Isaija? 
- Ċiru x’jgħidilhom lill-Iżraelin li ma jistgħux imorru lura Ġerusalemm? 
- Ċiru x’jagħtihom lin-nies biex jiħduhom magħhom Ġerusalemm? 
- Kemm idumu l-Iżraelin biex jaslu lura Ġerusalemm? 
- Kemm-il sena għaddiet minn meta l-art tħalliet vojta għalkollox min-nies? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Isaija 44:28 u 45:1-4. - Ġeħova kif enfasizza ċ-ċertezza tat-twettiq tal-profezija dwar Ċiru? (Is. 55:10, 11; Rum. 4:17) 
- Il-profezija t’Isaija dwar Ċiru x’turi dwar l-abbiltà t’Alla Ġeħova li jbassar il-futur? (Is. 42:9; 45:21; 46:10, 11; 2 Pt. 1:20) 
 
- Aqra Esdra 1:1-11. - Biex insegwu l-eżempju taʼ dawk li ma setgħux imorru lura Ġerusalemm, kif nistgħu aħna llum ‘nappoġġaw’ lil dawk li jistgħu jaqdu fis-servizz full-time? (Esd. 1:4, 6; Rum. 12:13; Kol. 4:12) 
Storja 81
Fiduċja fl-Għajnuna t’Alla
- Kemm hemm nies li jagħmlu l-vjaġġ twil minn Babilonja sa Ġerusalemm, imma xi jsibu meta jaslu? 
- L-Iżraelin x’jibdew jibnu wara li jaslu, imma l-għedewwa tagħhom x’jagħmlu? 
- Min huma Ħaggaj u Żakkarija, u x’jgħidulhom lin-nies? 
- Tattenaj għala jibgħat ittra Babilonja u liema tweġiba jirċievi? 
- Esdra x’jagħmel meta jsir jaf dwar il-bżonn li t-tempju t’Alla jsirulu t-tiswijiet? 
- Esdra għal xiex qed jitlob fl-istampa, kif tiġi mwieġba t-talba tiegħu, u dan x’jgħallimna? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Esdra 3:1-13. - Jekk qatt insibu ruħna f’post fejn m’hemmx kongregazzjoni tal-poplu t’Alla, x’għandna nkomplu nagħmlu? (Esd. 3:3, 6; Atti 17:16, 17; Ebr. 13:15) 
- Aqra Esdra 4:1-7. - Żerubbabel liema eżempju ħalla għan-nies taʼ Ġeħova dwar taħlit taʼ twemmin differenti? (Eżo. 34:12; 1 Kor. 15:33; 2 Kor. 6:14-17) 
- Aqra Esdra 5:1-5, 17 u 6:1-22. - L-opponenti għala ma rnexxilhomx iwaqqfu x-xogħol tal-bini tat-tempju? (Esd. 5:5; Is. 54:17) 
- Dak li għamlu l-irġiel ixjeħ tal-Lhud kif iħeġġeġ lill-anzjani Kristjani jfittxu l-gwida taʼ Ġeħova meta jiffaċċjaw l-opponenti? (Esd. 6:14; Salm 32:8; Rum. 8:31; Ġak. 1:5) 
 
- Aqra Esdra 8:21-23, 28-36. - Qabel ma nieħdu xi azzjoni, liema eżempju t’Esdra jkun għaqli għalina li nimitaw? (Esd. 8:23; Salm 127:1; Prov. 10:22; Ġak. 4:13-15) 
Storja 82
Mordekaj u Ester
- Min huma Mordekaj u Ester? 
- Is-Sultan Aħasweru għala jrid mara oħra, u lil min jagħżel? 
- Min hu Ħaman, u x’jirrabjah ħafna? 
- Liema liġi ssir, u Ester x’tagħmel wara li tirċievi messaġġ mingħand Mordekaj? 
- X’jiġrilu Ħaman, u x’jiġrilu Mordekaj? 
- L-Iżraelin kif jinħelsu minn taħt idejn l-għedewwa tagħhom? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Ester 2:12-18. - Ester kif uriet kemm hu taʼ valur li nikkultivaw “spirtu kwiet u ġwejjed”? (Est. 2:15; 1 Pt. 3:1-5) 
- Aqra Ester 4:1-17. - Sewwasew bħalma Ester ngħatat opportunità biex taġixxi għall-qima vera, liema opportunità ningħataw aħna llum biex nesprimu d-devozzjoni u l-lealtà tagħna lejn Ġeħova? (Est. 4:13, 14; Mt. 5:14-16; 24:14) 
- Aqra Ester 7:1-6. - Ħafna min-nies t’Alla llum kif irriskjaw li jiġu persegwitati, bħalma għamlet Ester? (Est. 7:4; Mt. 10:16-22; 1 Pt. 2:12) 
Storja 83
Is-Swar taʼ Ġerusalemm
- L-Iżraelin kif ħassewhom dwar li ma kellhomx swar madwar il-belt tagħhom taʼ Ġerusalemm? 
- Min hu Neħemija? 
- X’inhu x-xogħol taʼ Neħemija, u għala hu importanti? 
- Liema aħbar issewwed qalb Neħemija, u x’jagħmel? 
- Is-Sultan Artaserse kif juri qalb tajba maʼ Neħemija? 
- Neħemija kif jirranġa x-xogħol tal-bini b’tali mod li l-għedewwa tal-Iżraelin ma jkunux jistgħu jwaqqfuh? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Neħemija 1:4-6 u 2:1-20. - Neħemija kif fittex il-gwida taʼ Ġeħova? (Neħ. 2:4, 5; Rum. 12:12; 1 Pt. 4:7) 
- Aqra Neħemija 3:3-5. - L-anzjani u l-qaddejja ministerjali x’jistgħu jitgħallmu mill-kuntrast li hemm bejn it-Tekogħin u “l-kbarat” tagħhom? (Neħ. 3:5, 27; 2 Tess. 3:7-10; 1 Pt. 5:5) 
- Aqra Neħemija 4:1-23. - X’qanqal lill-Iżraelin ikomplu jibnu minkejja l-oppożizzjoni ħarxa? (Neħ. 4:6, 8, 9; Salm 50:15; Is. 65:13, 14) 
- B’liema mod jinkuraġġina llum l-eżempju tal-Iżraelin? 
 
- Aqra Neħemija 6:15. - Il-fatt li s-swar taʼ Ġerusalemm tlestew f’xahrejn x’juri dwar il-qawwa tal-fidi? (Salm 56:3, 4; Mt. 17:20; 19:26) 
Storja 84
Anġlu Jżur lil Marija
- Min hi l-mara fl-istampa? 
- Gabrijel x’jgħidilha lil Marija? 
- Gabrijel kif jispjega lil Marija li se jkollha tarbija minkejja li qatt m’għexet maʼ raġel? 
- X’jiġri meta Marija żżur lill-qariba tagħha Eliżabetta? 
- Ġużeppi x’jaħseb meta jsir jaf li Marija se jkollha tarbija, imma għala jibdel fehemtu? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Luqa 1:26-56. - Luqa 1:35 x’jindika dwar kwalunkwe imperfezzjoni t’Adam fil-bajda taʼ Marija meta l-ħajja tal-Iben t’Alla ġiet trasferita mill-qasam tal-ispirti? (Ħag. 2:11-13; Ġw. 6:69; Ebr. 7:26; 10:5) 
- Ġesù kif ġie onorat anki qabel twieled? (Lq. 1:41-43) 
- Marija liema eżempju mill-aqwa pprovdiet għall-Kristjani llum li jingħataw privileġġi speċjali taʼ servizz? (Lq. 1:38, 46-49; 17:10; Prov. 11:2) 
 
- Aqra Mattew 1:18-25. - Għalkemm Ġesù ma ngħatax l-isem persunali Emmanuwel, l-irwol tiegħu bħala bniedem kif wettaq it-tifsir taʼ dan l-isem? (Mt. 1:22, 23; Ġw. 14:8-10; Ebr. 1:1-3) 
Storja 85
Ġesù Jitwieled fi Stalla
- Min hu t-tifel ċkejken fl-istampa, u Marija fejn qed tpoġġih? 
- Ġesù għala twieled fi stalla tal-annimali? 
- Fl-istampa, min huma l-irġiel deħlin fl-istalla, u anġlu x’qalilhom? 
- Ġesù għala hu speċjali? 
- Ġesù għala jistaʼ jissejjaħ l-Iben t’Alla? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Luqa 2:1-20. - Liema sehem kellu Ċesari Awgustu fit-twettiq tal-profezija dwar it-twelid taʼ Ġesù? (Lq. 2:1-4; Mik. 5:2) 
- Individwu kif għandu mnejn jiġi inkluż fost dawk li jissejħu “bnedmin taʼ rieda tajba”? (Lq. 2:14; Mt. 16:24; Ġw. 17:3; Atti 3:19; Ebr. 11:6) 
- Jekk dawn ir-rgħajja minn Ġuda kellhom għal xiex jifirħu minħabba t-twelid taʼ Salvatur, liema raġuni akbar għandhom il-qaddejja t’Alla llum biex jifirħu? (Lq. 2:10, 11; Efes. 3:8, 9; Riv. 11:15; 14:6) 
 
Storja 86
Irġiel Gwidati Minn Kewkba
- Min huma l-irġiel fl-istampa, u wieħed minnhom għala qed jipponta lejn kewkba tiddi? 
- B’liema ħaġa ma jiħux pjaċir is-Sultan Erodi, u x’jagħmel? 
- Il-kewkba tiddi fejn tiggwida lill-irġiel, imma għala jmorru lura lejn il-pajjiż tagħhom minn triq oħra? 
- Erodi x’jikkmanda, u għala? 
- Ġeħova x’jgħid lil Ġużeppi biex jagħmel? 
- Min ġiegħel il-kewkba ġdida tiddi, u għala? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Mattew 2:1-23. - Kemm kellu żmien Ġesù u fejn kien qed jgħix meta l-astroloġi żaruh? (Mt. 2:1, 11, 16) 
Storja 87
Iż-Żagħżugħ Ġesù fit-Tempju
- Kemm għandu żmien Ġesù fl-istampa, u fejn qiegħed? 
- Ġużeppi x’jagħmel mal-familja tiegħu kull sena? 
- Wara li kienu ilhom ġurnata jivvjaġġaw lura d-dar, Ġużeppi u Marija għala jmorru lura Ġerusalemm? 
- Ġużeppi u Marija fejn isibu lil Ġesù u n-nies hemmhekk għala jibqgħu skantati? 
- Ġesù x’jgħid lil ommu, Marija? 
- Kif nistgħu nkunu bħal Ġesù f’li nitgħallmu dwar Alla? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Luqa 2:41-52. - Għalkemm il-liġi kienet tirrikjedi li l-irġiel biss jattendu l-festi taʼ kull sena, x’eżempju mill-aħjar taw Ġużeppi u Marija għall-ġenituri llum? (Lq. 2:41; Dt. 16:16; 31:12; Prov. 22:6) 
- Ġesù kif ta eżempju tajjeb liż-żgħażagħ illum biex ikunu sottomessi lejn il-ġenituri tagħhom? (Lq. 2:51; Dt. 5:16; Prov. 23:22; Kol. 3:20) 
 
- Aqra Mattew 13:53-56. - Liema erbaʼ aħwa taʼ Ġesù mill-omm huma msemmijin fil-Bibbja, u tnejn minnhom kif intużaw iktar ’il quddiem fil-kongregazzjoni Kristjana? (Mt. 13:55; Atti 12:17; 15:6, 13; 21:18; Gal. 1:19; Ġak. 1:1; Ġuda 1) 
Storja 88
Ġwanni Jgħammed lil Ġesù
- Min huma ż-żewġt irġiel fl-istampa? 
- Persuna kif tiġi mgħammda? 
- Ġwanni lil min jgħammed is-soltu? 
- Għal liema raġuni speċjali Ġesù jitlob lil Ġwanni biex jgħammdu? 
- Alla kif juri li jieħu gost bil-magħmudija taʼ Ġesù? 
- X’jiġri meta Ġesù jitlaq lejn post għall-kwiet għal 40 jum? 
- Min huma xi wħud mill-ewwel segwaċi, jew dixxipli, taʼ Ġesù, u x’inhu l-ewwel miraklu tiegħu? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Mattew 3:13-17. - Liema eżempju ħalla Ġesù għall-magħmudija tad-dixxipli tiegħu? (Salm 40:7, 8; Mt. 28:19, 20; Lq. 3:21, 22) 
- Aqra Mattew 4:1-11. - Il-mod tas-sengħa kif Ġesù uża l-Iskrittura kif jinkuraġġina biex nistudjaw il-Bibbja regolarment? (Mt. 4:5-7; 2 Pt. 3:17, 18; 1 Ġw. 4:1) 
- Aqra Ġwanni 1:29-51. - Ġwanni l-Għammied lejn min idderieġa d-dixxipli tiegħu, u kif nistgħu nimitawh illum? (Ġw. 1:29, 35, 36; 3:30; Mt. 23:10) 
- Aqra Ġwanni 2:1-12. - L-ewwel miraklu taʼ Ġesù kif wera li Ġeħova ma jżommx lura kwalunkwe ħaġa tajba mill-qaddejja Tiegħu? (Ġw. 2:9, 10; Salm 84:11; Ġak. 1:17) 
Storja 89
Ġesù Jnaddaf it-Tempju
- Għala qed jinbiegħu l-annimali fit-tempju? 
- X’jirrabja lil Ġesù? 
- Bħalma tistaʼ tara fl-istampa, x’jagħmel Ġesù, u liema ordni jagħti lill-irġiel li qed ibigħu l-ħamiem? 
- Meta s-segwaċi taʼ Ġesù jaraw x’inhu jagħmel, fiex jiftakru? 
- Minn liema distrett jgħaddi Ġesù hu u sejjer lura lejn il-Galilija? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Ġwanni 2:13-25. - Meta nqisu li Ġesù rrabja minħabba s-sarrafa tal-flus fit-tempju, liema hi l-ħarsa xierqa lejn attivitajiet kummerċjali fis-Sala tas-Saltna? (Ġw. 2:15, 16; 1 Kor. 10:24, 31-33) 
Storja 90
Mal-Mara Ħdejn il-Bir
- Ġesù għala waqaf ħdejn bir fis-Samarija, u x’qed jgħidilha lill-mara hawnhekk? 
- Il-mara għala hi sorpriża, u Ġesù x’jgħidilha, u għala? 
- Liema tip t’ilma l-mara taħseb li qed jitkellem dwaru Ġesù, imma hu għal liema ilma qed jirreferi fir-realtà? 
- Il-mara għala tibqaʼ skantata dwar dak li jaf fuqha Ġesù, u kif ġab din l-informazzjoni? 
- Liema tagħlim nistgħu nitgħallmu mir-rakkont tal-mara ħdejn il-bir? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Ġwanni 4:5-43. - Biex insegwu l-eżempju taʼ Ġesù, liema attitudni għandu jkollna lejn nies taʼ razza jew soċjetà differenti? (Ġw. 4:9; 1 Kor. 9:22; 1 Tim. 2:3, 4; Titu 2:11) 
- Liema benefiċċji spiritwali jkollu individwu li jsir dixxiplu taʼ Ġesù? (Ġw. 4:14; Is. 58:11; 2 Kor. 4:16) 
- Kif nistgħu nuru apprezzament bħal tal-mara Samaritana li kienet ħerqana taqsam m’oħrajn dak li tgħallmet? (Ġw. 4:7, 28; Mt. 6:33; Lq. 10:40-42) 
 
Storja 91
Ġesù Jgħallem fuq Muntanja
- Fl-istampa, fejn qed jgħallem Ġesù, u min huma dawk li qegħdin bilqiegħda l-iktar viċin tiegħu? 
- X’inhuma l-ismijiet tat-12-il appostlu? 
- X’inhi s-Saltna li qed jipprietka dwarha Ġesù? 
- Ġesù għal xiex jgħallimhom jitolbu lin-nies? 
- Ġesù x’jgħid dwar kif in-nies għandhom jittrattaw lil xulxin? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Mattew 5:1-12. - B’liema modi nistgħu nuru li aħna konxji tal-bżonn spiritwali tagħna? (Mt. 5:3; Rum. 10:13-15; 1 Tim. 4:13, 15, 16) 
- Aqra Mattew 5:21-26. - Mattew 5:23, 24 kif jenfasizza li r-relazzjoni tagħna maʼ ħutna spiritwali teffettwa r-relazzjoni tagħna maʼ Ġeħova? (Mt. 6:14, 15; Salm 133:1; Kol. 3:13; 1 Ġw. 4:20) 
- Aqra Mattew 6:1-8. - Liema huma xi modi, li l-Kristjani għandhom jevitaw għalkollox, taʼ kif individwu juri li hu tajjeb f’għajnejh stess? (Lq. 18:11, 12; 1 Kor. 4:6, 7; 2 Kor. 9:7) 
- Aqra Mattew 6:25-34. - Ġesù x’għallem dwar il-bżonn li nafdaw f’Ġeħova għall-provvedimenti materjali tagħna? (Eżo. 16:4; Salm 37:25; Flp. 4:6) 
- Aqra Mattew 7:1-11. - X’tgħallimna t-tixbiha ħajja li tinsab f’Mattew 7:5? (Prov. 26:12; Rum. 2:1; 14:10; Ġak. 4:11, 12) 
Storja 92
Ġesù Jqajjem lill-Mejtin
- Min hu missier it-tifla fl-istampa, u hu u martu għala huma inkwetati ħafna? 
- Ġajru x’jagħmel meta jsib lil Ġesù? 
- X’jiġri meta Ġesù jkun sejjer f’dar Ġajru, u liema messaġġ jirċievi Ġajru hu u sejjer? 
- In-nies f’dar Ġajru għala jidħqu b’Ġesù? 
- Wara li jieħu tlieta mill-appostli u l-ġenituri tat-tifla fil-kamra tat-tifla, x’jagħmel Ġesù? 
- Ġesù lil min iktar qajjem mill-mewt, u dan x’jurina? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Luqa 8:40-56. - Ġesù kif wera mogħdrija u raġunevolezza lill-mara bi tnixxija tad-demm, u l-anzjani Kristjani llum x’jistgħu jitgħallmu minn dan? (Lq. 8:43, 44, 47, 48; Lev. 15:25-27; Mt. 9:12, 13; Kol. 3:12-14) 
- Aqra Luqa 7:11-17. - Dawk li tilfu lil xi ħadd maħbub fil-mewt għala jistgħu jsibu ħafna faraġ fil-mod kif Ġesù rreaġixxa mal-armla minn Najn? (Lq. 7:13; 2 Kor. 1:3, 4; Ebr. 4:15) 
- Aqra Ġwanni 11:17-44. - Ġesù kif wera li hu normali li tibki minħabba l-mewt taʼ xi ħadd maħbub? (Ġw. 11:33-36, 38; 2 Sam. 18:33; 19:1-4) 
Storja 93
Ġesù Jitmaʼ Ħafna Nies
- Liema ħaġa terribbli tiġri lil Ġwanni l-Għammied, u Ġesù kif iħossu dwar dan? 
- Ġesù kif jitmaʼ lill-folol li ġew warajh, u kemm jifdal ikel? 
- Id-dixxipli għala jibżgħu matul il-lejl, u x’jiġri lil Pietru? 
- Ġesù kif jitmaʼ eluf taʼ nies għal darba oħra? 
- Għala se jkun tal-għaġeb meta Ġesù jaħkem l-art bħala s-Sultan t’Alla? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Mattew 14:1-32. - Ir-rakkont f’Mattew 14:23-32 x’jgħallimna dwar il-personalità taʼ Pietru? 
- Ir-rakkont Skritturali kif jindika li Pietru mmatura u ma baqax jaġixxi bla ħsieb? (Mt. 14:27-30; Ġw. 18:10; 21:7; Atti 2:14, 37-40; 1 Pt. 5:6, 10) 
 
- Aqra Mattew 15:29-38. - Ġesù kif wera rispett għall-provvedimenti materjali mingħand Missieru? (Mt. 15:37; Ġw. 6:12; Kol. 3:15) 
- Aqra Ġwanni 6:1-21. - Il-Kristjani llum kif jistgħu jsegwu l-eżempju taʼ Ġesù fejn jidħol il-gvern? (Ġw. 6:15; Mt. 22:21; Rum. 12:2; 13:1-4) 
Storja 94
Hu Jħobb lit-Tfal Żgħar
- L-appostli dwar xiex qed jargumentaw fit-triq lura minn vjaġġ twil? 
- Ġesù għala jsejjaħ lil tifel żgħir u jqiegħdu f’nofs l-appostli? 
- L-appostli b’liema mod għandhom jitgħallmu jkunu bħal tfal żgħar? 
- Ftit xhur wara, Ġesù kif juri li jħobb lit-tfal? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Mattew 18:1-4. - Ġesù għala uża t-tixbihat biex jgħallem? (Mt. 13:34, 36; Mk. 4:33, 34) 
- Aqra Mattew 19:13-15. - Liema kwalitajiet tat-tfal żgħar għandna nimitaw jekk irridu jkollna l-barkiet tas-Saltna? (Salm 25:9; 138:6; 1 Kor. 14:20) 
- Aqra Marku 9:33-37. - Ġesù x’għallem lid-dixxipli tiegħu dwar li jkunu jridu pożizzjonijiet għoljin? (Mk. 9:35; Mt. 20:25, 26; Gal. 6:3; Flp. 2:5-8) 
- Aqra Marku 10:13-16. - Kemm kien avviċinabbli Ġesù, u l-anzjani Kristjani x’jistgħu jitgħallmu mill-eżempju tiegħu? (Mk. 6:30-34; Flp. 2:1-4; 1 Tim. 4:12) 
Storja 95
Kif Jgħallem Ġesù
- X’mistoqsija jistaqsi raġel lil Ġesù, u għala? 
- Ġesù x’juża xi kultant biex jgħallem, u x’diġà tgħallimna dwar il-Lhud u s-Samaritani? 
- Fl-istorja li jgħid Ġesù, x’jiġri lir-raġel Lhudi li jkun qed jivvjaġġa fit-triq lejn Ġeriko? 
- X’jiġri meta jgħaddu mit-triq qassis Lhudi u Levita? 
- Fl-istampa, min qed jgħin lil-Lhudi mweġġaʼ? 
- Wara li Ġesù jispiċċa l-istorja, x’mistoqsija jistaqsi, u r-raġel kif iwieġeb? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Luqa 10:25-37. - Minflok ma ta tweġiba diretta, Ġesù kif għen lil raġel midħla tal-liġi biex jirraġuna fuq ċerta kwistjoni? (Lq. 10:26; Mt. 16:13-16) 
- Ġesù kif uża t-tixbihat biex jegħleb il-preġudizzju min-naħa tas-semmiegħa tiegħu? (Lq. 10:36, 37; 18:9-14; Titu 1:9) 
 
Storja 96
Ġesù Jfejjaq lill-Morda
- Ġesù x’jagħmel hekk kif jivvjaġġa tul il-pajjiż? 
- Ġesù x’jgħid lill-appostli tiegħu xi tliet snin wara li tgħammed? 
- Min huma n-nies fl-istampa, u Ġesù x’jagħmel għall-mara? 
- It-tweġiba taʼ Ġesù għal dak li jgħidu l-mexxejja reliġjużi għala ġġegħelhom jistħu? 
- Ġesù x’jagħmel għal żewġ tallaba għomja meta hu u l-appostli tiegħu jaslu ħdejn Ġeriko? 
- Ġesù għala jagħmel il-mirakli? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Mattew 15:30, 31. - X’turija mill-isbaħ tal-qawwa taʼ Ġeħova tintwera permezz taʼ Ġesù, u kif għandha teffettwa l-fehma tagħna dwar dak li wiegħed Ġeħova għad-dinja l-ġdida? (Salm 37:29; Is. 33:24) 
- Aqra Luqa 13:10-17. - Il-fatt li Ġesù wettaq xi ftit mill-iktar mirakli li jispikkaw f’jum is-Sabat kif juri t-tip taʼ serħan li hu se jġib għall-umanità matul il-Ħakma Millenjali tiegħu? (Lq. 13:10-13; Salm 46:9; Mt. 12:8; Kol. 2:16, 17; Riv. 21:1-4) 
- Aqra Mattew 20:29-34. - Dan ir-rakkont kif juri li Ġesù qatt ma kellu wisq x’jagħmel biex jgħin lin-nies, u x’nistgħu nitgħallmu minn dan? (Dt. 15:7; Ġak. 2:15, 16; 1 Ġw. 3:17) 
Storja 97
Ġesù Jiġi Bħala s-Sultan
- Meta Ġesù jasal f’raħal żgħir ħdejn Ġerusalemm, x’jgħid lid-dixxipli tiegħu biex jagħmlu? 
- Fl-istampa x’jiġri meta Ġesù jasal qrib il-belt taʼ Ġerusalemm? 
- X’jagħmlu t-tfal żgħar meta jaraw lil Ġesù jfejjaq lin-nies għomja u zopop? 
- Ġesù x’jgħid lill-qassisin irrabjati? 
- Kif nistgħu nkunu bħat-tfal li jfaħħru lil Ġesù? 
- Xi jridu jkunu jafu d-dixxipli? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Mattew 21:1-17. - Id-dħul taʼ Ġesù f’Ġerusalemm bħala s-Sultan kif kien differenti mid-dħul tal-ġenerali rebbiħin taż-żminijiet Rumani? (Mt. 21:4, 5; Żak. 9:9; Flp. 2:5-8; Kol. 2:15) 
- X’lezzjoni jistgħu jitgħallmu t-tfal mis-subien Iżraelin li kkwotaw minn Salm 118 hekk kif Ġesù daħal fit-tempju? (Mt. 21:9, 15; Salm 118:25, 26; 2 Tim. 3:15; 2 Pt. 3:18) 
 
- Aqra Ġwanni 12:12-16. - Xi ssimbolizza l-użu tal-friegħi tal-palm min-nies li laqgħu lil Ġesù? (Ġw. 12:13; Flp. 2:10; Riv. 7:9, 10) 
Storja 98
Fuq il-Muntanja taż-Żebbuġ
- Fl-istampa, liema raġel hu Ġesù, u min hemm miegħu? 
- Il-qassisin xi pprovaw jagħmlu lil Ġesù fit-tempju, u Ġesù x’qalilhom? 
- L-appostli x’jistaqsu lil Ġesù? 
- Ġesù għala jgħid lill-appostli tiegħu ftit mill-affarijiet li se jkunu qed jiġru fuq l-art meta jkun qed jaħkem bħala s-Sultan mis-sema? 
- Ġesù x’jgħid li se jiġri qabel ma jġib fi tmiem il-ħażen kollu fuq l-art? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Mattew 23:1-39. - Għalkemm l-Iskrittura turi li l-użu taʼ titli sekulari jistaʼ jkun xieraq, il-kliem taʼ Ġesù f’Mattew 23:8-11 x’juri dwar l-użu taʼ titli taʼ tifħir fil-kongregazzjoni Kristjana? (Atti 26:25; Rum. 13:7; 1 Pt. 2:13, 14) 
- Il-Fariżej x’użaw biex jipprovaw iwaqqfu lin-nies milli jsiru Kristjani, u l-mexxejja reliġjużi kif użaw metodi simili fi żminijiet moderni? (Mt. 23:13; Lq. 11:52; Ġw. 9:22; 12:42; 1 Tess. 2:16) 
 
- Aqra Mattew 24:1-14. - Kif tiġi enfasizzata l-importanza tas-sabar f’Mattew 24:13? 
- Xi tfisser l-espressjoni “t-tmiem” f’Mattew 24:13? (Mt. 16:27; Rum. 14:10-12; 2 Kor. 5:10) 
 
- Aqra Marku 13:3-10. - Liema espressjoni f’Marku 13:10 turi kemm hu urġenti li nippritkaw l-aħbar tajba, u kliem Ġesù kif għandu jeffettwana? (Rum. 13:11, 12; 1 Kor. 7:29-31; 2 Tim. 4:2) 
Storja 99
F’Kamra taʼ Fuq
- Bħalma jidher fl-istampa, Ġesù u t-12-il appostlu tiegħu għala qegħdin f’kamra taʼ fuq kbira? 
- Min hu r-raġel li ħiereġ, u x’sejjer jagħmel? 
- Liema ikla speċjali jibda Ġesù wara li tispiċċa l-ikla tal-Qbiż? 
- Il-Qbiż dwar liema ġrajja kien ifakkar lill-Iżraelin, u din l-ikla speċjali dwar xiex tfakkar lis-segwaċi taʼ Ġesù? 
- Wara l-Ikla taʼ Filgħaxija tal-Mulej, Ġesù x’jgħid lis-segwaċi tiegħu, u x’jagħmlu? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Mattew 26:14-30. - Mattew 26:15 kif juri li Ġuda ttradixxa lil Ġesù għax ried hu? 
- Id-demm imxerred taʼ Ġesù liema skop doppju jwettaq? (Mt. 26:27, 28; Ġer. 31:31-33; Efes. 1:7; Ebr. 9:19, 20) 
 
- Aqra Luqa 22:1-39. - Satana f’liema sens daħal f’Ġuda? (Lq. 22:3; Ġw. 13:2; Atti 1:24, 25) 
- Aqra Ġwanni 13:1-20. - Meta nqisu r-rakkont fi Ġwanni 13:2, jistaʼ jingħata t-tort Ġuda għal dak li għamel, u x’lezzjoni jistgħu jitgħallmu l-qaddejja t’Alla minn dan? (Ġen. 4:7; 2 Kor. 2:11; Gal. 6:1; Ġak. 1:13, 14) 
- X’lezzjoni bi prinċipju ta Ġesù? (Ġw. 13:15; Mt. 23:11; 1 Pt. 2:21) 
 
- Aqra Ġwanni 17:1-26. - Ġesù f’liema sens talab biex is-segwaċi tiegħu jkunu “ħaġa waħda”? (Ġw. 17:11, 21-23; Rum. 13:8; 14:19; Kol. 3:14) 
Storja 100
Ġesù fil-Ġnien
- Ġesù u l-appostli tiegħu fejn imorru wara li jitilqu mill-kamra taʼ fuq, u x’jgħidilhom biex jagħmlu? 
- Xi jkunu qed jagħmlu l-appostli meta Ġesù jiġi lura ħdejhom, u kemm-il darba jiġri dan? 
- Min jidħol fil-ġnien, u Ġuda l-Iskarjota x’jagħmel, kif jidher fl-istampa? 
- Ġuda għala jbus lil Ġesù, u Pietru x’jagħmel? 
- Ġesù x’jgħid lil Pietru, imma Ġesù għala ma jitlobx lil Alla biex jibgħatlu xi anġli? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Mattew 26:36-56. - Il-mod kif Ġesù ta parir lid-dixxipli tiegħu kif inhu t’eżempju mill-aħjar għall-anzjani Kristjani llum? (Mt. 20:25-28; 26:40, 41; Gal. 5:17; Efes. 4:29, 31, 32) 
- Ġesù kif qies l-użu tal-armi kontra l-proxxmu? (Mt. 26:52; Lq. 6:27, 28; Ġw. 18:36) 
 
- Aqra Luqa 22:39-53. - Indika l-fatt li deher anġlu lil Ġesù fil-ġnien tal-Ġetsemani biex isaħħu li Ġesù kien qed jiddgħajjef fil-fidi? Spjega. (Lq. 22:41-43; Is. 49:8; Mt. 4:10, 11; Ebr. 5:7) 
- Aqra Ġwanni 18:1-12. - Ġesù kif ipproteġa lid-dixxipli tiegħu minn dawk li opponewh, u x’nistgħu nitgħallmu minn dan l-eżempju? (Ġw. 10:11, 12; 18:1, 6-9; Ebr. 13:6; Ġak. 2:25) 
Storja 101
Ġesù Jiġi Maqtul
- Min hu responsabbli primarjament għall-mewt taʼ Ġesù? 
- L-appostli x’jagħmlu meta Ġesù jittieħed mill-mexxejja reliġjużi? 
- X’jiġri fid-dar taʼ Kajfa, il-qassis il-kbir? 
- Pietru għala joħroġ u jibki? 
- Wara li Ġesù reġaʼ ntbagħat għand Pilatu, il-qassisin ewlenin x’jgħajtu? 
- X’jiġri lil Ġesù kmieni l-Ġimgħa waranofsinhar, u xi jwiegħed lil raġel kriminali li jkun imdendel fuq zokk maġenbu? 
- Fejn se tkun il-Ġenna li tkellem dwarha Ġesù? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Mattew 26:57-75. - Il-membri tal-qorti superjuri Lhudija kif urew li qalbhom kienet mill-agħar? (Mt. 26:59, 67, 68) 
- Aqra Mattew 27:1-50. - Għala nistgħu ngħidu li r-rimors li ħass Ġuda ma kienx ġenwin? (Mt. 27:3, 4; Mk. 3:29; 14:21; 2 Kor. 7:10, 11) 
- Aqra Luqa 22:54-71. - X’lezzjoni nistgħu nitgħallmu mill-fatt li Pietru ċaħad lil Ġesù fil-lejla li ġie tradut u arrestat? (Lq. 22:60-62; Mt. 26:31-35; 1 Kor. 10:12) 
- Aqra Luqa 23:1-49. - Ġesù kif irreaġixxa għall-inġustizzja li saritlu, u x’nistgħu nitgħallmu minn dan? (Lq. 23:33, 34; Rum. 12:17-19; 1 Pt. 2:23) 
- Aqra Ġwanni 18:12-40. - X’nistgħu nitgħallmu mill-fatt li għalkemm Pietru għal mument ġie megħlub mill-biżaʼ tal-bniedem iktar tard sar appostlu li jispikka? (Ġw. 18:25-27; 1 Kor. 4:2; 1 Pt. 3:14, 15; 5:8, 9) 
- Aqra Ġwanni 19:1-30. - Liema ħarsa bilanċjata kellu Ġesù lejn l-affarijiet materjali? (Ġw. 2:1, 2, 9, 10; 19:23, 24; Mt. 6:31, 32; 8:20) 
- L-aħħar kliem li lissen Ġesù qabel ma miet kif kien dikjarazzjoni trijonfanti li kien appoġġa s-sovranità taʼ Ġeħova? (Ġw. 16:33; 19:30; 2 Pt. 3:14; 1 Ġw. 5:4) 
 
Storja 102
Ġesù Hu Ħaj
- Min hi l-mara fl-istampa, min huma ż-żewġt irġiel, u fejn huma? 
- Pilatu għala jgħid lill-qassisin biex jibagħtu xi suldati għassa mal-qabar taʼ Ġesù? 
- X’jagħmel anġlu kmieni fit-tielet jum wara l-mewt taʼ Ġesù, imma l-qassisin x’jagħmlu? 
- Xi nisa għala jibqgħu skantati meta jżuru l-qabar taʼ Ġesù? 
- Pietru u Ġwanni għala jiġru lejn il-qabar taʼ Ġesù, u xi jsibu? 
- X’ġara mill-ġisem taʼ Ġesù, imma x’jagħmel biex juri lid-dixxipli li hu ħaj? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Mattew 27:62-66 u 28:1-15. - Il-qassisin ewlenin, il-Fariżej, u l-irġiel ixjeħ kif dinbu kontra l-ispirtu qaddis fiż-żmien tal-irxoxt taʼ Ġesù? (Mt. 12:24, 31, 32; 28:11-15) 
- Aqra Luqa 24:1-12. - Ir-rakkont tal-irxoxt taʼ Ġesù kif juri li Ġeħova jqis lin-nisa bħala xhieda taʼ min joqgħod fuqhom? (Lq. 24:4, 9, 10; Mt. 28:1-7) 
- Aqra Ġwanni 20:1-12. - Ġwanni 20: 8, 9 kif jgħinna naraw il-bżonn taʼ li nkunu paċenzjużi jekk ma nifhmux bis-sħiħ it-twettiq taʼ profezija Biblika? (Prov. 4:18; Mt. 17:22, 23; Lq. 24:5-8; Ġw. 16:12) 
Storja 103
F’Kamra Msakkra
- Marija x’tgħid lil wieħed raġel li taħsbu dak li jieħu ħsieb il-ġnien, imma xi jġegħelha tinduna li hu fil-fatt Ġesù? 
- X’jiġri lil żewġ dixxipli li huma mexjin lejn ir-raħal t’Għemmaws? 
- Liema ħaġa tal-għaġeb tiġri meta żewġ dixxipli jgħidu lill-appostli li raw lil Ġesù? 
- Ġesù kemm-il darba deher lis-segwaċi tiegħu? 
- Tumas x’jgħid meta jsir jaf li d-dixxipli raw il-Mulej, imma x’jiġri tmint ijiem wara? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Ġwanni 20:11-29. - Fi Ġwanni 20:23, kien Ġesù qed jgħid li l-bnedmin għandhom l-awtorità biex jaħfru d-dnubiet? Spjega. (Salm 49:2, 7; Is. 55:7; 1 Tim. 2:5, 6; 1 Ġw. 2:1, 2) 
- Aqra Luqa 24:13-43. - Kif nistgħu nħejju qalbna biex tkun lesta taċċetta l-veritajiet tal-Bibbja? (Lq. 24:32, 33; Esd. 7:10; Mt. 5:3; Atti 16:14; Ebr. 5:11-14) 
Storja 104
Ġesù Jmur Lura s-Sema
- Kemm-il dixxiplu jara lil Ġesù darba minnhom, u dwar xiex ikellimhom? 
- X’inhi s-Saltna t’Alla, u l-ħajja fuq l-art kif se tkun meta Ġesù jaħkem bħala Sultan għal elf sena? 
- Ġesù kemm ilu jidher lid-dixxipli tiegħu, imma issa x’għandu jagħmel? 
- Eżatt qabel ma jitlaq lid-dixxipli tiegħu, Ġesù x’jgħidilhom biex jagħmlu? 
- X’qed jiġri fl-istampa, u x’jgħattih lil Ġesù? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra l-1 Korintin 15:3-8. - L-appostlu Pawlu għala setaʼ jitkellem b’daqstant fiduċja dwar l-irxoxt taʼ Ġesù, u llum il-Kristjani dwar liema affarijiet jistgħu jitkellmu bil-fiduċja? (1 Kor. 15:4, 7, 8; Is. 2:2, 3; Mt. 24:14; 2 Tim. 3:1-5) 
- Aqra Atti 1:1-11. - Ix-xogħol tal-ippritkar kemm infirex, bħalma kien imbassar f’Atti 1:8? (Atti 6:7; 9:31; 11:19-21; Kol. 1:23) 
Storja 105
Jistennew f’Ġerusalemm
- Bħalma turi l-istampa, x’jiġri lis-segwaċi taʼ Ġesù li kienu qed jistennew f’Ġerusalemm? 
- Biex jibqgħu mbellhin il-viżitaturi f’Ġerusalemm? 
- Pietru x’jispjega lin-nies? 
- In-nies kif iħossuhom wara li semgħu lil Pietru, u x’jgħidilhom jagħmlu? 
- Kemm jitgħammdu nies dakinhar taʼ Pentekoste tas-sena 33 E.K.? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Atti 2:1-47. - Kliem Pietru li nsibu f’Atti 2:23, 36 kif juri li l-ġens Lhudi kollu kemm hu kien responsabbli għall-mewt taʼ Ġesù? (1 Tess. 2:14, 15) 
- Pietru kif kien t’eżempju tajjeb f’li jirraġuna mill-Iskrittura? (Atti 2:16, 17, 29, 31, 36, 39; Kol. 4:6) 
- Pietru kif uża l-ewwel wieħed mill-“imfietaħ tas-saltna tas-smewwiet” li Ġesù kien wiegħdu li jagħtih? (Atti 2:14, 22-24, 37, 38; Mt. 16:19) 
 
Storja 106
Jinħelsu mill-Ħabs
- X’jiġri lil Pietru u Ġwanni darba waranofsinhar waqt li jkunu deħlin fit-tempju? 
- Pietru x’jgħid lil raġel zopp, u Pietru x’jagħtih li hu iktar taʼ valur mill-flus? 
- Il-mexxejja reliġjużi għala jirrabjaw, u x’jagħmlu lil Pietru u Ġwanni? 
- Pietru x’jgħid lill-mexxejja reliġjużi, u xi twissija jingħataw l-appostli? 
- Il-mexxejja reliġjużi għala jgħiru, imma x’jiġri meta l-appostli jiġu mitfugħin il-ħabs it-tieni darba? 
- L-appostli kif iwieġbu meta jittieħdu fis-sala tas-Sinedriju? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Atti 3:1-10. - Għalkemm ma ngħatajniex il-qawwa biex inwettqu l-mirakli llum, il-kliem taʼ Pietru mniżżel f’Atti 3:6 kif jgħinna napprezzaw il-valur tal-messaġġ tas-Saltna? (Ġw. 17:3; 2 Kor. 5:18-20; Flp. 3:8) 
- Aqra Atti 4:1-31. - Meta niffaċċjaw l-oppożizzjoni fil-ministeru, b’liema mod għandna nimitaw lil ħutna Kristjani tal-ewwel seklu? (Atti 4:29, 31; Efes. 6:18-20; 1 Tess. 2:2) 
- Aqra Atti 5:17-42. - Nies li mhumiex xhieda kif urew li huma raġunevoli fejn jidħol ix-xogħol tal-ippritkar, kemm fil-passat kif ukoll fil-preżent? (Atti 5:34-39) 
Storja 107
Stiefnu Jiġi Mħaġġar
- Min hu Stiefnu, u Alla x’kien qed jgħinu jagħmel? 
- Stiefnu x’jgħid li jirrabja ħafna lill-mexxejja reliġjużi? 
- Meta l-irġiel ikaxkru lil Stiefnu ’l barra mill-belt, x’jagħmlulu? 
- Fl-istampa, min hu r-raġel żagħżugħ li qiegħed bilwieqfa ħdejn l-ilbiesi? 
- Stiefnu x’jitlob lil Ġeħova qabel ma jmut? 
- Bħal Stiefnu x’għandna nagħmlu meta xi ħadd jagħmlilna xi ħaġa ħażina? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Atti 6:8-15. - Liema prattiki qarriqin użaw il-mexxejja reliġjużi biex jipprovaw iwaqqfu x-xogħol tal-ippritkar tax-Xhieda taʼ Ġeħova? (Atti 6:9, 11, 13) 
- Aqra Atti 7:1-60. - X’għen lil Stiefnu jkun effettiv f’li jiddefendi l-aħbar tajba quddiem is-Sinedriju, u x’nistgħu nitgħallmu mill-eżempju tiegħu? (Atti 7:51-53; Rum. 15:4; 2 Tim. 3:14-17; 1 Pt. 3:15) 
- X’attitudni għandna nikkultivaw lejn dawk li jopponu xogħolna? (Atti 7:58-60; Mt. 5:44; Lq. 23:33, 34) 
 
Storja 108
Fit-Triq Lejn Damasku
- Sawl x’jagħmel wara li jiġi maqtul Stiefnu? 
- Meta Sawl ikun fi triqtu lejn Damasku, liema ħaġa tal-għaġeb tiġri? 
- Ġesù x’jgħid lil Sawl biex jagħmel? 
- Ġesù x’jgħid lil Ananija biex jagħmel, u Sawl kif jerġaʼ jibda jara? 
- B’liema isem isir magħruf Sawl, u mbagħad hu kif jiġi użat? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Atti 8:1-4. - Il-ħafna persekuzzjoni li qamet kontra l-kongregazzjoni Kristjana bikrija kif serviet biex tinxtered il-fidi Kristjana, u liema ħaġa simili ġrat fi żminijiet moderni? (Atti 8:4; Is. 54:17) 
- Aqra Atti 9:1-20. - Ġesù liema missjoni bi tliet għanijiet kellu pjanat għal Sawl? (Atti 9:15; 13:5; 26:1; 27:24; Rum. 11:13) 
- Aqra Atti 22:6-16. - Kif nistgħu nkunu bħal Ananija, u dan għala hu importanti? (Atti 22:12; 1 Tim. 3:7; 1 Pt. 1:14-16; 2:12) 
- Aqra Atti 26:8-20. - Il-konverżjoni taʼ Sawl għall-Kristjanità kif inhi taʼ inkuraġġiment għal dawk illum li għandhom is-sieħeb jew is-sieħba fiż-żwieġ li mhumiex tal-istess twemmin? (Atti 26:11; 1 Tim. 1:14-16; 2 Tim. 4:2; 1 Pt. 3:1-3) 
Storja 109
Pietru Jmur Għand Kornelju
- Min hu r-raġel fl-istampa li qed imil? 
- X’jgħid anġlu lil Kornelju? 
- Alla xi jġiegħel li jara Pietru meta dan ikun fuq il-bejt taʼ dar Xmun f’Ġaffa? 
- Pietru għala jgħid lil Kornelju li m’għandux imil u jqimu? 
- Għala jistagħġbu d-dixxipli Lhud li huma maʼ Pietru? 
- X’lezzjoni importanti għandna nitgħallmu miż-żjara taʼ Pietru lil Kornelju? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Atti 10:1-48. - Kliem Pietru f’Atti 10:42 x’juri dwar ix-xogħol tal-ippritkar tal-aħbar tajba tas-Saltna? (Mt. 28:19; Mk. 13:10; Atti 1:8) 
- Aqra Atti 11:1-18. - X’attitudni wera Pietru meta d-direzzjoni taʼ Ġeħova għall-Ġentili saret ovvja, u kif nistgħu nimitaw l-eżempju tiegħu? (Atti 11:17, 18; 2 Kor. 10:5; Efes. 5:17) 
Storja 110
Timotju—Għajnuna Ġdida Għal Pawlu
- Min hu r-raġel żagħżugħ fl-istampa, fejn jgħix, u x’jisimhom ommu u nanntu? 
- Timotju x’jgħid meta Pawlu jistaqsih jekk iridx jingħaqad maʼ Sila u Pawlu biex jipprietka lin-nies li jgħixu ’l bogħod? 
- Is-segwaċi taʼ Ġesù f’liema post jissejħu Kristjani għall-ewwel darba? 
- Wara li Pawlu, Sila, u Timotju jitilqu minn Listra, liema huma xi bliet li jżuru? 
- Timotju kif jgħin lil Pawlu, u ż-żgħażagħ x’mistoqsija għandhom jistaqsu lilhom infushom? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Atti 9:19-30. - L-appostlu Pawlu kif wera l-għaqal meta ffaċċja l-oppożizzjoni għall-aħbar tajba? (Atti 9:22-25, 29, 30; Mt. 10:16) 
- Aqra Atti 11:19-26. - Ir-rakkont imniżżel f’Atti 11:19-21, 26 kif juri li l-ispirtu taʼ Ġeħova qed jiggwida u jidderieġi x-xogħol tal-ippritkar? 
- Aqra Atti 13:13-16, 42-52. - Atti 13:51, 52 kif juri li d-dixxipli ma ħallewx l-oppożizzjoni taqtgħalhom qalbhom? (Mt. 10:14; Atti 18:6; 1 Pt. 4:14) 
- Aqra Atti 14:1-6, 19-28. - L-espressjoni “rħewhom f’idejn Ġeħova” kif tgħinna ma nkunux ansjużi bla bżonn hekk kif ngħinu lil uħud ġodda? (Atti 14:21-23; 20:32; Ġw. 6:44) 
- Aqra Atti 16:1-5. - Il-fatt li Timotju kien lest jissottometti ruħu u jiġi ċirkonċiż kif jenfasizza l-importanza taʼ li ‘nagħmlu kollox minħabba l-aħbar tajba’? (Atti 16:3; 1 Kor. 9:23; 1 Tess. 2:8) 
- Aqra Atti 18:1-11, 18-22. - Atti 18:9, 10 x’jindika dwar l-involviment persunali taʼ Ġesù f’li jidderieġi x-xogħol tal-ippritkar, u dan x’fiduċja jagħtina llum? (Mt. 28:20) 
Storja 111
Tifel li Marret Għajnu Bih
- Fl-istampa, min hu t-tifel mixħut fl-art u xi ġralu? 
- Pawlu x’jagħmel meta jara li t-tifel hu mejjet? 
- Fejn sejrin Pawlu, Timotju, u dawk li qed jivvjaġġaw magħhom, u x’jiġri meta jieqfu Miletu? 
- Il-profeta Agabu xi twissija jagħti lil Pawlu, u kif jiġri eżatt kif qal il-profeta? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Atti 20:7-38. - Skont il-kliem taʼ Pawlu mniżżel f’Atti 20:26, 27, kif nistgħu nibqgħu ‘nodfa mid-demm tal-bnedmin kollha’? (Eżek. 33:8; Atti 18:6, 7) 
- L-anzjani għala għandhom ‘iżommu sod mal-kelma li tistaʼ tafdaha’ meta jgħallmu? (Atti 20:17, 29, 30; Titu 1:7-9; 2 Tim. 1:13) 
 
- Aqra Atti 26:24-32. - Pawlu kif uża ċ-ċittadinanza Rumana tiegħu biex iwettaq l-inkarigu taʼ ppritkar li rċieva mingħand Ġesù? (Atti 9:15; 16:37, 38; 25:11, 12; 26:32; Lq. 21:12, 13) 
Storja 112
Nawfraġju fuq Gżira
- X’jiġrilu l-bastiment li jkun fuqu Pawlu meta jgħaddi minn ħdejn il-gżira taʼ Kreta? 
- Pawlu x’jgħid lil dawk fuq il-bastiment? 
- Il-bastiment kif jitfarrak biċċiet? 
- L-uffiċjal tal-armata li qed jieħu ħsieb liema istruzzjonijiet jagħti, u kemm-il persuna tasal sax-xatt qawwija u sħiħa? 
- X’jisimha l-gżira fejn jaslu, u x’jiġri minn Pawlu meta t-temp jitjieb? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Atti 27:1-44. - Kif tissaħħaħ il-fiduċja tagħna fl-eżattezza tar-rakkont Bibliku meta naqraw dwar il-vjaġġ taʼ Pawlu lejn Ruma? (Atti 27:16-19, 27-32; Lq. 1:3; 2 Tim. 3:16, 17) 
- Aqra Atti 28:1-14. - Jekk in-nies pagani li kienu jgħixu Malta tqanqlu jittrattaw lill-appostlu Pawlu u lil dawk taʼ miegħu b’“qalb tajba li ma bħalha,” il-Kristjani x’għandhom jiġu mqanqlin juru u speċjalment b’liema mod? (Atti 28:1, 2; Ebr. 13:1, 2; 1 Pt. 4:9) 
Storja 113
Pawlu f’Ruma
- Pawlu lil min jipprietka waqt li hu priġunier f’Ruma? 
- Fl-istampa, min hu l-viżitatur mal-mejda, u x’qed jagħmel għal Pawlu? 
- Min hu Epafroditu, u x’jieħu miegħu meta jmur lura Filippi? 
- Pawlu għala jikteb ittra lill-ħabib tal-qalb tiegħu Filemon? 
- X’jagħmel Pawlu meta jinħeles, u wara x’jiġrilu? 
- Ġeħova lil min juża biex jikteb l-aħħar kotba tal-Bibbja, u l-ktieb tar-Rivelazzjoni dwar xiex jitkellem? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Atti 28:16-31 u Filippin 1:13. - Pawlu kif uża l-ħin tiegħu waqt li kien arrestat f’Ruma, u x’effett kellha l-fidi li ma titħarrikx tiegħu fuq il-kongregazzjoni Kristjana? (Atti 28:23, 30; Flp. 1:14) 
- Aqra Filippin 2:19-30. - X’espressjonijiet t’apprezzament għamel Pawlu dwar Timotju u Epafroditu, u kif nistgħu nimitaw l-eżempju taʼ Pawlu? (Flp. 2:20, 22, 25, 29, 30; 1 Kor. 16:18; 1 Tess. 5:12, 13) 
- Aqra Filemon 1-25. - Pawlu fuq liema bażi ħeġġeġ lil Filemon biex jagħmel dak li hu xieraq, u dan kif iservi taʼ gwida għall-anzjani llum? (Flm. 9; 2 Kor. 8:8; Gal. 5:13) 
- L-espressjoni taʼ Pawlu li nsibu f’Filemon 13, 14 kif turi li rrispetta l-kuxjenza t’oħrajn fil-kongregazzjoni? (1 Kor. 8:7, 13; 10:31-33) 
 
- Aqra t-2 Timotju 4:7-9. - Bħall-appostlu Pawlu kif jistaʼ jkollna l-fiduċja li Ġeħova se jippremjana jekk nibqgħu leali sat-tmiem? (Mt. 24:13; Ebr. 6:10) 
Storja 114
It-Tmiem tal-Ħażen Kollu
- Il-Bibbja għala titkellem dwar żwiemel fis-sema? 
- X’tissejjaħ il-gwerra li Alla se jkollu man-nies ħżiena fuq l-art, u għala se ssir din il-gwerra? 
- Mill-istampa, min hu Dak li se jieħu t-tmexxija f’li jiġġieled, għala jilbes kuruna, u s-sejf tiegħu xi jfisser? 
- Meta nqisu Stejjer 10, 15, u 33, għala m’għandniex niskantaw li Alla se jeqred lin-nies ħżiena? 
- Stejjer 36 u 76 kif juruna li Alla se jeqred lill-ħżiena anki jekk jgħidu li jqimuh? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Rivelazzjoni 19:11-16. - L-Iskrittura kif tagħmilha ċara li Ġesù Kristu huwa dak li riekeb fuq iż-żiemel l-abjad? (Riv. 1:5; 3:14; 19:11; Is. 11:4) 
- It-traxxix tad-demm fuq il-mantar taʼ Ġesù kif jikkonferma li r-rebħa tiegħu hi żgura u kompluta? (Riv. 14:18-20; 19:13) 
- X’aktarx min hu inkluż mal-armati li se jsegwu lil Ġesù fuq iż-żiemel abjad tiegħu? (Riv. 12:7; 19:14; Mt. 25:31, 32) 
 
Storja 115
Ġenna Ġdida fuq l-Art
- Skont il-Bibbja, liema kundizzjonijiet se ngawdu fil-Ġenna tal-art? 
- X’inhi l-wegħda tal-Bibbja għal dawk li jgħixu fil-Ġenna tal-art? 
- Ġesù meta se jagħmel ċert li din il-bidla meraviljuża ssir? 
- Meta Ġesù kien fuq l-art, x’għamel biex juri x’kien se jagħmel bħala s-Sultan tas-Saltna t’Alla? 
- Ġesù u dawk li jmexxu miegħu fis-sema x’se jagħmlu ċert li jiġri meta jaħkmu l-art? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Rivelazzjoni 5:9, 10. - Għala jistaʼ jkollna fiduċja li dawk li jaħkmu l-art matul ir-Renju Millenjali se jkunu slaten u qassisin simpatiċi u li juru ħniena? (Efes. 4:20-24; 1 Pt. 1:7; 3:8; 5:6-10) 
- Aqra Rivelazzjoni 14:1-3. - Xi jfisser il-fatt li isem il-Missier u isem il-Ħaruf huma miktubin fuq ġbin il-144,000? (1 Kor. 3:23; 2 Tim. 2:19; Riv. 3:12) 
Storja 116
Kif Nistgħu Ngħixu Għal Dejjem
- Xi rridu nkunu nafu jekk irridu ngħixu għal dejjem? 
- Bħalma turina t-tifla ċkejkna u ħbiebha fl-istampa, kif nistgħu nitgħallmu dwar Alla Ġeħova u Ġesù? 
- Liema ktieb ieħor tara fl-istampa, u għala għandna naqrawh spiss? 
- Minbarra li nitgħallmu dwar Ġeħova u Ġesù, x’hemm bżonn iktar biex nieħdu l-ħajja taʼ dejjem? 
- X’lezzjoni nitgħallmu minn Storja 69? 
- X’jurina l-eżempju tajjeb taċ-ċkejken Samwel fi Storja 55? 
- Kif nistgħu nimitaw l-eżempju taʼ Ġesù Kristu, u jekk nagħmlu dan, x’se nkunu nistgħu nagħmlu fil-futur? 
Iktar mistoqsijiet:
- Aqra Ġwanni 17:3. - L-Iskrittura kif turi li l-fatt li nieħdu l-għarfien dwar Alla Ġeħova u Ġesù Kristu jfisser iktar milli sempliċement nitgħallmu bl-amment xi fatti? (Mt. 7:21; Ġak. 2:18-20; 1 Ġw. 2:17) 
- Aqra Salm 145:1-21. - X’inhuma ftit mill-ħafna raġunijiet li għandna biex infaħħru lil Ġeħova? (Salm 145:8-11; Riv. 4:11) 
- Ġeħova kif inhu “tajjeb maʼ kulħadd,” u dan kif għandu jressaqna eqreb lejh? (Salm 145:9; Mt. 5:43-45) 
- Jekk Ġeħova hu għażiż għalina, x’se niġu mqanqlin nagħmlu? (Salm 119:171, 172, 175; 145:11, 12, 21)