AGĦMEL DIXXIPLI
LEZZJONI 12
Kun Kuraġġuż
Prinċipju: “Iż-żejt u l-inċens iferrħu l-qalb bħal ħabib li jagħti parir b’mod sinċier.”—Prov. 27:9.
Dak li Għamel Ġesù
1. Ara l-VIDJOW jew aqra Marku 10:17-22. Imbagħad aħseb sew dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:
- a. Ġesù liema kwalitajiet tajbin setaʼ ra fiż-żagħżugħ sinjur? 
- b. Ġesù għala kellu bżonn l-imħabba u l-kuraġġ biex jagħtih parir? 
X’Nitgħallmu minn Ġesù?
2. Irridu nuru l-imħabba, imma rridu wkoll nispjegaw b’mod ċar lill-istudent x’għandu jagħmel biex ikabbar il-ħbiberija tiegħu maʼ Ġeħova.
Imita lil Ġesù
3. Għin lill-istudent jagħmel miri u jilħaqhom.
- a. Uża l-parti “Ipprova Dan” li hemm f’kull lezzjoni tal-ktieb Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem! 
- b. Għin lill-istudent jifhem x’għandu jagħmel biex jilħaq miri żgħar u miri kbar. 
- ċ. Faħħar lill-istudent spiss għall-progress li jkun qed jagħmel. 
4. Ipprova sir af għala l-istudent tiegħek mhux jagħmel progress u għinu jegħleb l-isfidi li jkollu.
- a. Staqsi lilek innifsek: - ‘X’inhi r-raġuni li l-istudent mhux jagħmel progress biex jasal għall-magħmudija?’ 
- ‘X’nistaʼ nagħmel biex ngħinu?’ 
 
- b. Itlob għall-kuraġġ biex titkellem miegħu b’mod ċar u bi mħabba turih x’għandu bżonn jagħmel. 
5. Jekk l-istudent mhux jagħmel progress waqqaf l-istudju.
- a. Staqsi lilek innifsek il-mistoqsijiet li ġejjin biex tkun taf għandekx twaqqaf l-istudju: - ‘L-istudent qed japplika dak li qed jitgħallem?’ 
- ‘Jattendi l-laqgħat u jitkellem dwar dak li qed jitgħallem m’oħrajn?’ 
- ‘Jekk ilu jistudja għal żmien twil, irid isir wieħed mix-Xhieda taʼ Ġeħova?’ 
 
- b. Jekk student tal-Bibbja mhux lest li jagħmel progress: - Ipprova għinu jara x’qed iżommu lura. 
- Bi mħabba spjegalu għala se twaqqaf l-istudju. 
- Spjegalu x’għandu jagħmel jekk jixtieq ikompli jistudja.