Reviżjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu kunsidrati fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fil-25 taʼ Ġunju, 2012. Ġiet imniżżla d-data meta l-punt se jiġi diskuss fl-iskola. B’hekk, kull ġimgħa tkun tistaʼ tagħmel riċerka fuq dan il-punt waqt il-preparazzjoni tiegħek.
1. Il-fatt li Ġeremija baqaʼ ħaj matul żminijiet ekonomiċi diffiċli jagħtina liema assiguranza? (Ġer. 37:21) [7 taʼ Mej., w97 10/1 p. 3 para. 4–p. 4 para. 1]
2. X’kien dak li għamel lil Għebed-Melek ħabib tal-qalb taʼ Ġeremija? (Ġer. 38:8-13) [7 taʼ Mej., jr p. 62 para. 13; p. 65 para. 16]
3. Ladarba Ġeħova uża l-gwardji persunali taʼ Nebukadressar biex jipproteġi lil Ġeremija u lil Baruk, huwa xieraq li llum il-ġurnata Kristjan ifittex il-protezzjoni taʼ uffiċjali tal-pulizija armati? (Ġer. 39:11-14) [14 taʼ Mej., w83-E 7/15 p. 31]
4. Baruk kien qed ifittex liema “ħwejjeġ kbar” għalih innifsu, u t-tweġiba tiegħu għall-parir taʼ Ġeħova tgħinna niffokaw fuq xiex? (Ġer. 45:5) [21 taʼ Mej., w06 8/15 p. 18 para. 1; p. 19 para. 6]
5. Il-profezija taʼ Ġeremija 49:7-10, 17, 18, x’tikkonfermalna dwar Ġeħova? [28 taʼ Mej., jr pp. 163-164 para. 18-19]
6. X’lezzjoni li ġġiegħlek taħseb nistgħu nitgħallmu minn dak li ġara lis-Sultan Sedekija wara li “rribella kontra s-sultan taʼ Babilonja”? (Ġer. 52:3, 7-11) [4 taʼ Ġun., w89 1/1 p. 8 para. 8]
7. X’inhuma l-‘banketta għal saqajn’ Ġeħova u “l-għarix” tiegħu? (Lam. 2:1, 6) [11 taʼ Ġun., w07 6/1 p. 9 para. 1]
8. Ġeremija x’ried ifisser meta qal li Ġeħova kien se ‘jiftakar u jitbaxxa lejh,’ u dan għala hu sinifikanti ħafna għalina? (Lam. 3:20) [18 taʼ Ġun., w07 6/1 p. 11 para. 2]
9. Għala hu taʼ ġid li raġel jitgħallem iġorr madmad taʼ tbatija f’żgħożitu? (Lam. 3:27) [18 taʼ Ġun., w07 6/1 p. 11 para. 4]
10. L-eżempju t’Eżekjel kif jgħinna nitkellmu bi qlubija minkejja l-apatija t’oħrajn? (Eżek. 3:8, 9) [18 taʼ Ġun., w08 7/15 pp. 8-9 para. 6-7]