LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 84
  • Ġesù kien miżżewweġ? Ġesù kellu ħutu?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġesù kien miżżewweġ? Ġesù kellu ħutu?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-​tweġiba tal-​Bibbja
  • Ġesù kellu ħutu?
  • Ideat żbaljati dwar ħut Ġesù
  • Il-Familja taʼ Ġesù—Min Kienet?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Dak li Nistgħu Nitgħallmu mill-Eżempju taʼ Marija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Il-Ħajja Bikrija taʼ Ġesù mal-Familja
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Ġesù Tgħallem Ikun Ubbidjenti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 84
Ġesù jgħallem folla li tinkludi rġiel, nisa u tfal

Ġesù kien miżżewweġ? Ġesù kellu ħutu?

It-​tweġiba tal-​Bibbja

Il-​Bibbja tagħmilha ċara li Ġesù ma kienx miżżewweġ, avolja ma tgħidx dan b’mod speċifiku.a Ikkunsidra dan li ġej.

  1. Il-​Bibbja taʼ spiss tirreferi għall-​familja taʼ Ġesù u anke nisa li kienu jingħaqdu miegħu fil-​ministeru tiegħu u li kienu weqfin ħdejh meta hu ġie maqtul, però qatt ma ssemmi li hu kellu mara. (Mattew 12:46, 47; Marku 3:31, 32; 15:40; Luqa 8:2, 3, 19, 20; Ġwanni 19:25) L-​iktar raġuni li tagħmel sens rigward għala l-​Bibbja ma tgħid xejn fuq dan is-​suġġett hi li hu qatt ma kien miżżewweġ.

  2. Rigward dawk li jibqgħu ma jiżżewġux sabiex ikunu jistgħu jagħmlu aktar fis-​servizz t’Alla, Ġesù qal lid-​dixxipli tiegħu: “Min jistaʼ [jibqaʼ ma jiżżewwiġx], ħa jagħmel il-​wisaʼ għal dan.” (Mattew 19:10-​12) Hu ħalla l-​eżempju għal dawk li jiddeċiedu li ma jiżżewġux sabiex jiddedikaw lilhom infushom aktar bis-​sħiħ lil Alla.—Ġwanni 13:15; 1 Korintin 7:32-​38.

  3. Eżatt qabel ma miet, Ġesù rranġa biex xi ħadd jieħu ħsieb lil ommu. (Ġwanni 19:25-​27) Li kieku Ġesù kien miżżewweġ jew kellu t-​tfal, hu kien jagħmel ċert li dawn il-​membri immedjati tal-​familja kien ikollhom min jieħu ħsiebhom ukoll.

  4. Il-​Bibbja tuża lil Ġesù bħala eżempju għall-​irġiel miżżewġa, imma ma tirreferix għal kif hu ttratta ma’ martu letterali. Minflok, hi tgħid: “Irġiel, komplu ħobbu lin-​nisa tagħkom, bħalma l-​Kristu wkoll ħabb lill-​kongregazzjoni u ta lilu nnifsu għaliha.” (Efesin 5:25) Li kieku Ġesù kien verament miżżewweġ meta kien fuq l-​art, ma kienx jintuża l-​eżempju perfett tiegħu bħala raġel miżżewweġ letterali f’dak il-​vers?

Ġesù kellu ħutu?

Iva, Ġesù kellu minn tal-​inqas sitt aħwa. Dawn jinkludu ħutu subien Ġakbu, Ġużeppi, Xmun, u Ġuda u minn tal-​inqas żewġ aħwa nisa. (Mattew 13:54-​56; Marku 6:3) Dawn l-​aħwa kienu t-​tfal bijoloġiċi t’omm Ġesù, Marija, u r-​raġel tagħha, Ġużeppi. (Mattew 1:25) Il-​Bibbja ssejjaħ lil Ġesù “l-​ewwel imwieled” taʼ Marija, u dan jimplika li kellha aktar tfal.—Luqa 2:7.

Ideat żbaljati dwar ħut Ġesù

Sabiex isaħħu t-​twemmin tagħhom li Marija baqgħet verġni tul ħajjitha kollha, xi wħud applikaw tifsiriet differenti għat-​terminu “ħutu.” Pereżempju, xi wħud jaħsbu li ħut Ġesù kienu fil-​fatt it-​tfal taʼ Ġużeppi minn żwieġ taʼ qabel. Però, il-​Bibbja turi li Ġesù wiret id-​dritt legali li jsaltan li kien imwiegħed lil David. (2 Samwel 7:12, 13; Luqa 1:32) Li kieku Ġużeppi kien missier taʼ subien akbar minn Ġesù, l-​akbar wieħed minnhom kien ikun il-​werriet legali taʼ Ġużeppi.

Jistaʼ jkun li t-​terminu jirreferi għad-​dixxipli taʼ Ġesù, jew ħutu spiritwali? Din l-​idea mhijiex fi qbil mal-​Iskrittura, peress li l-​Bibbja tgħid li għal xi żmien “fil-​fatt, ħutu ma kinux qed jeżerċitaw il-​fidi fih.” (Ġwanni 7:5) Il-​Bibbja tagħmel differenza bejn ħut Ġesù u d-​dixxipli tiegħu.—Ġwanni 2:12.

Skont teorija oħra, ħut Ġesù kienu fil-​fatt il-​kuġini tiegħu. Iżda, l-​Iskrittura Griega tuża kliem differenti għal “ħu,” “qarib,” u “kuġin.” (Luqa 21:16; Kolossin 4:10) Ħafna studjużi tal-​Bibbja jirrikonoxxu li ħut Ġesù kienu ħutu fil-​vera sens tal-​kelma. Pereżempju, The Expositor’s Bible Commentary jistqarr: “L-​iktar mod naturali kif tifhem il-​kelma ‘ħutu’ . . . hu li t-​terminu jirreferi għal ulied Marija u Ġużeppi, jiġifieri għal ħut Ġesù mill-​omm.”b

a Il-​Bibbja tirreferi għal Kristu bħala għarus, però l-​kuntest jagħmilha ċara li dawn ir-​referenzi huma simboliċi.—Ġwanni 3:28, 29; 2 Korintin 11:2.

b Ara wkoll The Gospel According to St. Mark, Second Edition, minn Vincent Taylor, paġna 249, u A Marginal Jew​—Rethinking the Historical Jesus, minn John P. Meier, Volume 1, paġni 331-​332.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja