1 Slaten
19 Imbagħad Aħab+ qal lil Ġeżabel+ b’kulma għamel Elija u kif dan qatel lill-profeti kollha bis-sejf.+ 2 Għalhekk, Ġeżabel bagħtet messaġġier għand Elija, tgħidlu: “Jalla jagħmlu hekk l-allat,+ u iktar minn hekk,+ jekk s’għada bħalissa ma nkunx għamilt minn ruħek bħalma sar minn ruħ kull wieħed minnhom!” 3 U beda jibżaʼ. Għaldaqstant qam u ħarab biex isalva ruħu+ u mar Bir-xeba,+ li hi taʼ Ġuda.+ U ħalla lill-qaddej tiegħu hemmhekk. 4 U mbagħad hu mar fix-xagħri u vvjaġġa għal jum, u fl-aħħar ġie ħdejn siġra tal-ġummar+ u qagħad bil-qiegħda taħtha. U beda jitlob li ruħu tmut u jgħid: “Biżżejjed! Issa, O Ġeħova, ħudli ruħi,+ għax m’iniex aħjar minn missirijieti.”
5 Fl-aħħar imtedd u raqad taħt is-siġra tal-ġummar.+ Imma, ara, anġlu+ beda jmissu!+ U qallu: “Qum u kul.” 6 U hu ħares u lemaħ ħdejn rasu ftira+ fuq xi ġebel sħun u buqar ilma. U qabad jiekol u jixrob, u mbagħad reġaʼ mtedd. 7 Iktar tard l-anġlu+ taʼ Ġeħova reġaʼ ġie t-tieni darba u messu u qallu: “Qum u kul, għax il-vjaġġ huwa wisq għalik.”+ 8 Għalhekk, qam u kiel u xorob, u bis-saħħa taʼ dak in-nutriment baqaʼ sejjer erbgħin jum+ u erbgħin lejl sal-muntanja taʼ l-Alla l-veru, il-Ħoreb.+
9 Fl-aħħar daħal f’għar,+ biex iqattaʼ l-lejl hemmhekk; u ġiet għandu l-kelma taʼ Ġeħova, tgħid: “X’int tagħmel hawn, Elija?”+ 10 U hu qal: “Għert ħafna+ minħabba Ġeħova l-Alla taʼ l-armati; għax ulied Israel telqu l-patt tiegħek,+ l-artali tiegħek ġarrfuhom,+ u lill-profeti tiegħek qatluhom bis-sejf,+ u b’hekk jien biss baqaʼ;+ u qed jipprovaw jiħduli ħajti.”+ 11 Imma Alla qallu: “Mur, u ieqaf fuq il-muntanja quddiem Ġeħova.”+ U, ara! Ġeħova kien għaddej,+ u riħ b’saħħtu u qawwi beda jifraq il-muntanji u jaqsam il-blat quddiem Ġeħova.+ (Ġeħova ma kienx fir-riħ.) U wara r-riħ kien hemm theżżiża.+ (Ġeħova ma kienx fit-theżżiża.) 12 U wara t-theżżiża kien hemm nar.+ (Ġeħova ma kienx fin-nar.) U wara n-nar kien hemm leħen kalm u baxx.+ 13 U ġara li malli semgħu, Elija mill-ewwel għatta wiċċu bil-libsa tiegħu taʼ profeta+ u ħareġ u waqaf fid-daħla taʼ l-għar; u ġie leħen għandu, u qallu: “X’int tagħmel hawn, Elija?”+ 14 U hu qal: “Jien għert ħafna minħabba Ġeħova l-Alla taʼ l-armati; għax ulied Israel telqu l-patt tiegħek,+ l-artali tiegħek ġarrfuhom, u lill-profeti tiegħek qatluhom bis-sejf, u b’hekk jien biss baqaʼ; u qed jipprovaw jiħduli ħajti.”+
15 Issa Ġeħova qallu: “Mur, erġaʼ lura fi triqtek lejn ix-xagħri taʼ Damasku;+ u idħol u idlek+ lil Ħażagħel+ bħala sultan tas-Sirja. 16 U idlek lil Ġeħu,+ li nannuh huwa Nimsi,+ bħala sultan fuq Israel; u lil Eliżew+ bin Safat minn Abel-meħola+ idilku bħala profeta minflokok.+ 17 U jiġri li min jaħrab mis-sejf taʼ Ħażagħel,+ joqtlu Ġeħu,+ u min jaħrab mis-sejf taʼ Ġeħu, joqtlu Eliżew.+ 18 U jien ħallejt sebat elef ruħ f’Israel,+ kull irkoppa li ma niżlitx quddiem Bagħal,+ u kull fomm li ma bisux.”+
19 Għaldaqstant telaq minn hemm u sab lil Eliżew bin Safat waqt li dan kien qed jaħrat+ bi tnax-il par barrin, u hu kien mat-tnax-il wieħed. Għalhekk, Elija qasam għal ħdejh u tefagħlu fuqu l-libsa tiegħu taʼ profeta.+ 20 U hu ħalla l-barrin u mar jiġri wara Elija u qallu: “Jekk jogħġbok, ħallini nagħti bewsa lil missieri u lil ommi.+ Imbagħad niġi warajk.” Għalhekk qallu: “Mur, erġaʼ lura; x’għamiltlek jien biex inżommok?” 21 Għaldaqstant waqaf isegwih u dar lura u ħa żewġ barrin u ssagrifikahom,+ u bl-għodda+ tal-barrin għalla laħamhom u tah lin-nies, u bdew jieklu. Wara dan, qam u mar wara Elija u beda jaqdih.+