Ġob
38 U Ġeħova wieġeb lil Ġob minn ġor-riefnu+ u qallu:
2 “Min hu dan li qed joskura l-pariri
Bi kliem mingħajr għarfien?+
5 Min stabbilixxa l-qisien tagħha, jekk taf,
Jew min medd fuqha l-ħabel tal-kejl?
6 Fiex ġew imdeffsin il-pedestalli tagħha,+
Jew min qiegħed il-ġebla tax-xewka tagħha,
7 Meta l-kwiekeb taʼ fil-għodu+ għajtu bil-ferħ flimkien,
8 U min għalaq il-baħar bil-bibien,+
Li beda jfawwar bħal meta ħareġ b’qawwa mill-ġuf;
9 Meta jien qegħedt is-sħab bħala l-libsa tiegħu
U d-dlam ċappa bħala l-fisqija tiegħu,
10 U stabbilejt ir-regolament tiegħi fuqu
U qegħedt stanga u bibien,+
11 U ssoktajt ngħidlu, ‘S’hawnhekk tasal, u mhux iżjed;+
U s’hawnhekk hu l-limitu tal-mewġ għoli tiegħek’?+
12 Qatt kemm ilek ħaj ikkmandajt lill-għodwa?+
Ġegħeltu int liż-żerniq ikun jaf postu,
13 Biex jaqbad l-art mit-truf tagħha,
U jfarfar minnha l-ħżiena?+
16 Wasalt int sa l-għejun tal-baħar,
Jew imxejt+ ’l hemm u ’l hawn biex tfittex l-ilmijiet fondi?+
19 Fejn hi, issa, it-triq li tagħti għal fejn jgħammar id-dawl?+
U d-dlam, fejn hu, issa, postu,
20 Biex tieħdu sal-fruntiera tiegħu
U tifhem it-toroq li jagħtu għal daru?
22 Dħalt int fl-imħażen tal-borra,+
Jew tarahom l-imħażen tas-silġ,+
23 Li rfajthom għal żmien l-hemm,
Għal jum il-ġlieda u l-gwerra?+
24 Fejn hi, issa, it-triq li biha jitqassam id-dawl,
U r-riħ mil-lvant+ jinxtered ’l hemm u ’l hawn fuq l-art?
25 Min fetaħ kanal għall-għargħar
U triq għas-sħaba tal-maltempata bir-ragħad,+
26 Biex tinżel ix-xita fuq l-art, fejn m’hemm ebda bniedem,+
Fuq ix-xagħri, li fih m’hemm ebda bniedem taʼ l-art,
27 Biex ixebbaʼ postijiet milqutin bil-maltemp u magħmulin ħerba
U biex inibbet il-ħaxix ħalli jikber?+
32 Tistaʼ int toħroġ il-kostellazzjoni Mazzarot* fiż-żmien stabbilit tagħha?
U tistaʼ tmexxi l-kostellazzjoni As* flimkien maʼ wliedha?
35 Tistaʼ int tibgħat is-sajjetti u jmorru
U jgħidulek, ‘Hawn aħna!’?
36 Min qiegħed l-għerf+ fis-saffi tas-sħab,
Jew min ta l-abbiltà li jifhem+ lill-fenomenu tas-sema?
37 Min jistaʼ bl-għerf jgħodd eżatt is-sħab,
Jew il-ġarar taʼ l-ilma tas-sema—min jistaʼ jaqlibhom,+
38 Meta t-trab jagħqad ħaġa waħda,
U t-tub taʼ l-art jeħel flimkien?