Salmi Għanja tat-Tlajjaʼ. 126 Meta Ġeħova ġabar lura lill-imjassrin taʼ Sijon,+Aħna sirna qisna wħud qed joħolmu.+ 2 F’dak iż-żmien fommna mtela bid-daħq,+U lsienna b’għajat ferrieħi.+F’dak iż-żmien qalu fost il-ġnus:+“Ġeħova għamel ħaġa kbira f’dak li għamel magħhom.”+ 3 Ġeħova għamel ħaġa kbira f’dak li għamel magħna.+Aħna fraħna.+ 4 O Ġeħova, iġbor lura lill-ġemgħa tagħna taʼ lsiera,+Bħan-nixxigħat fin-Negeb.+ 5 Dawk li jiżirgħu ż-żerriegħa bid-dmugħ+Se jaħsdu b’għajat ferrieħi.+ 6 Dak li joħroġ, saħansitra bil-biki,+U jieħu miegħu borża mimlija żrieragħ,+Żgur jidħol b’għajat ferrieħi,+U jġib miegħu l-qatet tiegħu.+