Proverbji
29 Bniedem li jitwiddeb kemm-il darba+ imma jibqaʼ jwebbes rasu,*+ f’daqqa waħda jitkisser u ma jkunx hemm fejqan+ għalih.
2 Meta l-ġusti joktru, in-nies jifirħu;+ imma meta jaħkem xi ħadd mill-agħar, in-nies jitniehdu.+
3 Min iħobb l-għerf iferraħ lil missieru,+ imma min qed jissieħeb mal-prostituti jeqred affarijiet taʼ valur.+
4 Permezz tal-ġustizzja sultan iżomm il-pajjiż wieqaf,+ imma wieħed li jaċċetta t-tixħim iġarrfu.+
5 Ir-raġel b’saħħtu li qed imelles lil sieħbu bi kliemu+ jkun qed jifrixlu xibka għal saqajh.+
6 Billi jikser il-liġi, il-ħażin jinqabad f’nassa;+ imma l-ġust jgħajjat bil-ferħ u jithenna.+
7 Il-ġust jagħraf id-dritt legali tal-batut.+ Min hu mill-agħar ma jagħtix kas dan l-għarfien.+
8 In-nies li jiftaħru jġiegħlu lil belt tixgħel bir-rabja,+ imma l-għorrief ireġġgħu lura r-rabja.+
9 L-għaref jidħol f’kawża legali maʼ wieħed iblah—dan jagħmel l-istorbju u jidħaq, u ma jkunx hemm kwiet.+
10 Nies għatxana għad-demm jobogħdu lil kulmin hu bla ħtija;+ filwaqt li r-retti jieħdu ħsieb ruħ xulxin.+
11 L-istupidu jisfoga r-rabja għalkollox, imma l-għaref iżomm kalm sa l-aħħar.+
12 Meta ħakkiem jagħti kas il-kliem falz, dawk kollha li jaqduh ikunu mill-agħar.+
13 Dak taʼ ftit mezzi u l-bniedem li jaħqar iltaqgħu;+ imma Ġeħova lit-tnejn idawlilhom għajnejhom.+
14 Meta s-sultan jiġġudika bil-verità lill-batut,+ it-tron tiegħu jkun stabbilit fis-sod għal dejjem.+
15 Il-ħatar u t-twiddib jagħtu l-għerf;+ imma tifel mitluq għal riħu jkun taʼ mistħija għal ommu.+
16 Meta joktru n-nies mill-agħar, joktor il-ksur tal-liġi; imma l-ġusti għad jaraw il-waqgħa tagħhom.+
17 Ikkastiga lil ibnek u jġiblek serħan, u ruħek titgħaxxaq ħafna bih.+
18 Fejn m’hemm ebda gwida divina n-nies isiru bla rażan,+ imma henjin dawk li qed iżommu l-liġi.+
19 Qaddej ma jħallix lil min jikkoreġih bil-kliem biss,+ għax hu jifhem imma ma jagħtix kas.+
20 Rajt bniedem li jitkellem bla ma jaħsibha?+ Hemm iktar tama għal xi ħadd stupidu milli għalih.+
21 Jekk xi ħadd ifissed qaddej minn mindu jkun għadu żgħir, iktar tard fil-ħajja dan se jsir ingrat.
22 Min jirrabja malajr jaqlaʼ l-ġlied,+ u kulmin għandu t-tendenza li jinkorla jiżbalja ħafna.+
23 Is-suppervja tal-bniedem tumiljah,+ imma min għandu spirtu umli jikseb il-glorja.+
24 Min jissieħeb maʼ ħalliel jobgħod lilu nnifsu.+ Jismaʼ ħalfa li tinvolvi saħta, imma ma jgħid xejn.+
25 It-tregħid mill-bniedem huwa nassa,+ imma min jafda f’Ġeħova jkun protett.+
26 Ħafna jfittxu li jaraw* lil ħakkiem,+ imma hu Ġeħova li jiġġudika lill-bniedem.+
27 Il-bniedem inġust hu xi ħaġa mistkerrha għall-ġusti,+ u min jimxi b’mod rett hu xi ħaġa mistkerrha għall-bniedem mill-agħar.+