Isaija
63 Min hu dan li ġej minn Edom,+ dan li ġej minn Bosra liebes ħwejjeġ b’kuluri jgħajtu,+ dan li lbiesu hu onorabbli, jimmarċja bil-qawwa kotrana li għandu?
“Jien, Dak li jitkellem bis-sewwa,+ li għandu ħafna qawwa biex isalva.”+
2 Għalfejn hu aħmar ilbiesek, u ħwejġek huma bħal dawk taʼ wieħed li jgħaffeġ fil-magħsar taʼ l-inbid?+
3 “Fil-magħsar taʼ l-inbid għasart jien waħdi,+ u ma kien hemm ħadd miegħi mill-popli. U bqajt nagħsarhom fir-rabja tiegħi,+ u bqajt ngħaffiġhom fil-korla tiegħi.+ U d-demm li beda jtir minnhom traxxax fuq ħwejġi,+ u niġġist ilbiesi kollu. 4 Għax jum il-vendetta qiegħed f’qalbi,+ u waslet is-sena tal-mixtrijin lura tiegħi. 5 U bqajt inħares, imma ma kienx hemm min jgħin; u dhert imbellah, imma ma kien hemm ħadd joffri l-appoġġ.+ Għalhekk, permezz taʼ driegħi ġibt salvazzjoni,+ u l-korla tiegħi+ appoġġatni. 6 U bqajt nirfes il-popli fir-rabja tiegħi, u ġegħelthom jiskru bil-korla tiegħi+ u xerridt maʼ l-art id-demm li beda jtir minnhom.”+
7 L-atti taʼ qalb tajba bl-imħabba taʼ Ġeħova se nsemmi,+ it-tifħir taʼ Ġeħova, skond kulma għamel magħna Ġeħova,+ iva, it-tjubija abbundanti li wera mad-dar taʼ Israel+ skond il-ħniniet tiegħu+ u skond l-abbundanza taʼ l-atti taʼ qalb tajba bl-imħabba tiegħu. 8 U kompla jgħid: “Żgur li huma l-poplu tiegħi,+ ulied li mhux se jkunu foloz.”+ U b’hekk hu sar Salvatur għalihom.+ 9 Kulmeta kienu mnikktin hu kien imnikket.+ U l-messaġġier persunali tiegħu stess salvahom.+ Fi mħabbtu u fil-mogħdrija tiegħu hu xtrahom lura,+ u refagħhom u ġarrhom tul il-jiem kollha taʼ żmien twil ilu.+
10 Imma huma rribellaw+ u weġġgħu l-ispirtu qaddis tiegħu.+ Hu issa nbidel f’għadu+ tagħhom; hu nnifsu ggwerra kontrihom.+ 11 U wieħed beda jiftakar fil-jiem taʼ żmien twil ilu, f’Mosè l-qaddej tiegħu: “Fejn hu Dak li ħariġhom mill-baħar+ permezz tar-rgħajja tal-merħla tiegħu?+ Fejn hu Dak li poġġa fih l-ispirtu qaddis Tiegħu?+ 12 Dak li qed iqiegħed id-driegħ sabiħ Tiegħu+ fuq il-leminija taʼ Mosè, li qed jifraq l-ilmijiet minn quddiemhom+ sabiex jagħmel għalih isem għal dejjem,+ 13 li mexxiehom minn ilmijiet għoljin sabiex, bħal żiemel fix-xagħri, ma jitfixklux?+ 14 Bħal meta bhima tinżel fil-pjanura fil-wied, l-istess spirtu taʼ Ġeħova tahom il-mistrieħ.”+
B’hekk, int mexxejt lill-poplu tiegħek sabiex tagħmel isem sabiħ għalik innifsek.+
15 Ħares mis-sema+ u ttawwal mill-post eżaltat fejn toqgħod taʼ qdusija u sbuħija.+ Fejn huma ż-żelu+ u s-setgħa kollha tiegħek, it-tqanqil tal-ġewwieni tiegħek,+ u l-ħniniet tiegħek?+ Int żammejthom lura minna.+ 16 Għax int Missierna;+ għalkemm Abraham innifsu ma kienx jafna u Israel innifsu ma jagħrafniex, int, O Ġeħova, int Missierna. Dak li sa minn żmien twil ilu xtrana lura kemm-il darba, dan hu ismek.+ 17 Għalfejn tiżvijana minn triqatek, O Ġeħova? Għala twebbsilna qalbna biex ma nibżgħux minnek?+ Erġaʼ lura minħabba l-qaddejja tiegħek, it-tribujiet taʼ wirtek.+ 18 Għax għal ftit żmien dan kien tal-poplu tiegħek.+ L-avversarji tagħna għaffġu s-santwarju tiegħek taħt saqajhom.+ 19 Għal żmien twil sirna bħal dawk li ma kontx taħkem fuqhom, bħal dawk li ismek ma ssejjaħx fuqhom.+