Rumani
3 Allura, x’inhi s-superjorità tal-Lhudi,+ jew x’inhu l-benefiċċju taċ-ċirkonċiżjoni?+ 2 Ħafna u b’kull mod. L-ewwelnett, għax huma kienu fdati bid-dikjarazzjonijiet sagri t’Alla.+ 3 Allura, xi jfisser dan? Jekk xi wħud m’esprimewx fidi,+ in-nuqqas taʼ fidi tagħhom forsi se jagħmel il-fedeltà+ t’Alla bla effett?+ 4 Jalla qatt ma jkun dan! Imma ħa jintwera li Alla hu veru,+ għalkemm kull bniedem jintwera li hu giddieb,+ bħalma hu miktub: “Sabiex jintwera li int ġust fi kliemek u tirbaħ meta tiġi ġudikat.”+ 5 Madankollu, x’ngħidu jekk bl-inġustizzja tagħna tispikka l-ġustizzja+ t’Alla? Alla mhux inġust+ meta jisfoga l-korla tiegħu, hux hekk? (Qed nitkellem taʼ bniedem.)+ 6 Jalla qatt ma jkun dan! Inkella Alla kif se jiġġudika d-dinja?+
7 Iżda jekk minħabba l-gidba tiegħi l-verità t’Alla+ saret tidher iktar, u dan għall-glorja tiegħu, għala jien ukoll għadni niġi ġudikat bħala midneb?+ 8 U għala ma ngħidux, bħalma jakkużawna+ b’mod falz u bħalma xi wħud jgħidu li aħna ngħidu: “Ħa nagħmlu l-ħażin biex jiġi t-tajjeb”?+ Il-ġudizzju+ kontra dawn in-nies hu fi qbil mal-ġustizzja.+
9 Allura, x’qed ngħidu? Qegħdin aħna f’pożizzjoni+ aħjar? Lanqas xejn! Għax hawn fuq għamilna l-akkuża li kemm il-Lhud kif ukoll il-Griegi qegħdin ilkoll taħt id-dnub;+ 10 bħalma hu miktub: “M’hemm ebda bniedem ġust, lanqas wieħed li hu wieħed;+ 11 m’hemm ħadd li għandu d-dehen, m’hemm ħadd li jfittex lil Alla.+ 12 Il-bnedmin kollha żvijaw, ilkoll flimkien saru bla siwi; m’hemm ħadd li juri qalb tajba, lanqas biss wieħed.”+ 13 “Gerżumithom qabar miftuħ, ilsienhom+ użawh għall-qerq.” “Velenu tas-sriep hemm wara xofftejhom.”+ 14 “U fommhom mimli saħta u espressjonijiet taʼ mrar.”+ 15 “Saqajhom ħfief biex ixerrdu d-demm.”+ 16 “Ħerba u miżerja hemm fi triqathom,+ 17 u t-triq tal-paċi+ m’għarfuhiex.” 18 “M’għandhomx il-biżaʼ t’Alla quddiem għajnejhom.”+
19 Issa aħna nafu li kulma tgħid il-Liġi+ tgħidu lil dawk li huma taħt il-Liġi, sabiex kulħadd jagħlaq ħalqu+ u d-dinja kollha ssir suġġetta+ għall-kastig+ mingħand Alla. 20 Għalhekk, bl-għemejjel tal-liġi ebda bniedem ma jiġi dikjarat ġust+ quddiemu, għax permezz tal-liġi+ jiġi l-għarfien eżatt dwar id-dnub.+
21 Imma issa, mingħajr liġi, dehret il-ġustizzja+ t’Alla skond kif jixhdulha+ l-Liġi+ u l-Profeti;+ 22 iva, il-ġustizzja t’Alla permezz tal-fidi f’Ġesù Kristu,+ għal dawk kollha li għandhom il-fidi.+ Għax m’hemmx distinzjoni.+ 23 Għax kollha dinbu+ u jonqsu milli jilħqu l-glorja t’Alla,+ 24 u bħala għotja+ b’xejn qed jiġu dikjarati ġusti bil-qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħu+ permezz tal-ħelsien bil-fidwa+ mħallsa minn Kristu Ġesù. 25 Alla tah bħala offerta propizjatorja*+ permezz tal-fidi f’demmu.+ Dan kien sabiex juri l-ġustizzja tiegħu, għax kien qed jaħfer id-dnubiet+ li seħħew fil-passat waqt li Alla kien qed jeżerċita t-tolleranza;+ 26 sabiex juri l-ġustizzja tiegħu+ f’dan iż-żmien stabbilit, biex ikun ġust anki meta jiddikjara ġust+ lill-bniedem li jkollu fidi f’Ġesù.
27 Allura, fejn hu l-ftaħir?+ Spiċċa. Permezz taʼ liema liġi?+ Taʼ l-għemejjel?+ Dażgur li le; imma permezz tal-liġi tal-fidi.+ 28 Għax aħna tal-fehma li bniedem jiġi dikjarat ġust bil-fidi mingħajr għemejjel tal-liġi.+ 29 Jew hu l-Alla tal-Lhud biss?+ M’huwiex ukoll tan-nies tal-ġnus?+ Iva, tan-nies tal-ġnus ukoll,+ 30 jekk tassew Alla hu wieħed,+ li jiddikjara ġusti lin-nies ċirkonċiżi+ b’riżultat tal-fidi u lin-nies mhux ċirkonċiżi+ permezz tal-fidi tagħhom. 31 Allura, bil-fidi tagħna qed inneħħu l-liġi?+ Jalla qatt ma jkun dan! Għall-kuntrarju, aħna qed nistabbilixxu l-liġi.+