Rumani
5 Għalhekk, issa li ġejna dikjarati ġusti minħabba l-fidi,+ ħa ngawdu l-paċi+ m’Alla permezz tal-Mulej tagħna Ġesù Kristu, 2 li permezz tiegħu wkoll aħna ksibna l-mezz biex nersqu+ bil-fidi lejn din il-qalb tajba mhix mistħoqqa li ninsabu fiha issa; u ħa nifirħu bit-tama+ tal-glorja t’Alla. 3 U mhux hekk biss, imma ħa nifirħu meta nkunu f’xi tribulazzjoni,+ ladarba nafu li t-tribulazzjoni tipproduċi s-sabar;+ 4 imbagħad, is-sabar jipproduċi l-approvazzjoni+ t’Alla, u l-approvazzjoni t’Alla tipproduċi t-tama,+ 5 u t-tama ma twassalx għal diżappunt;+ għax l-imħabba t’Alla+ tferrgħet fi qlubna+ permezz taʼ l-ispirtu qaddis+ li kien mogħti lilna.
6 Għax, tabilħaqq, waqt li konna għadna dgħajfin,+ Kristu miet fiż-żmien stabbilit+ għal nies mhux devoti. 7 Bilkemm xi ħadd ikun irid imut għal bniedem ġust;+ iva, għat-tajjeb+ forsi xi ħadd jissogra jmut.+ 8 Imma Alla jirrikkmandalna mħabbtu+ għax, waqt li konna għadna midinbin, Kristu miet għalina.+ 9 Għalhekk, la issa ġejna dikjarati ġusti b’demmu,+ kemm iktar se niġu salvati mill-korla+ permezz tiegħu! 10 Għax jekk, meta konna għedewwa,+ erġajna tħabbibna m’Alla permezz tal-mewt taʼ Ibnu,+ kemm iktar issa li rġajna tħabbibna se niġu salvati permezz taʼ ħajtu!+ 11 U mhux hekk biss, imma qed nifirħu f’Alla permezz tal-Mulej tagħna Ġesù Kristu, li permezz tiegħu issa rċivejna dan it-tħabbib.+
12 Huwa għalhekk li bħalma permezz taʼ bniedem wieħed+ id-dnub daħal fid-dinja, u permezz tad-dnub il-mewt,+ u b’hekk il-mewt infirxet fuq il-bnedmin kollha għax kollha dinbu+—. 13 Għax sal-Liġi d-dnub kien fid-dinja, imma ħadd ma jistaʼ jiġi akkużat bid-dnub meta m’hemmx liġi.+ 14 Madankollu, il-mewt saltnet minn Adam sa Mosè,+ anki fuq dawk li ma dinbux b’mod simili għal kif kiser il-liġi Adam,+ li jixbah lil dak li kellu jiġi.+
15 Imma l-għotja m’hijiex bħalma kien in-nuqqas. Għax bin-nuqqas taʼ bniedem wieħed mietu ħafna. Madankollu, il-qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla u l-għotja b’xejn tiegħu flimkien mal-qalb tajba mhix mistħoqqa taʼ bniedem wieħed,+ Ġesù Kristu, kotru ferm iktar għal ħafna.+ 16 Ukoll, l-għotja b’xejn+ m’hijiex bħall-mod kif ġraw l-affarijiet permezz taʼ dak li dineb.+ Għax il-ġudizzju+ rriżulta minn nuqqas wieħed f’kundanna,+ imma l-għotja rriżultat minn ħafna nuqqasijiet f’dikjarazzjoni taʼ ġustizzja.+ 17 Għax jekk bin-nuqqas taʼ bniedem wieħed+ il-mewt saltnet+ permezz tiegħu, kemm iktar dawk li jirċievu l-abbundanza tal-qalb tajba mhix mistħoqqa+ u taʼ l-għotja b’xejn+ tal-ġustizzja se jsaltnu+ fil-ħajja permezz taʼ persuna waħda, Ġesù Kristu.+
18 Għalhekk, mela, bħalma b’nuqqas wieħed ir-riżultat għall-bnedmin taʼ kull xorta kien il-kundanna,+ hekk ukoll b’att wieħed taʼ ġustifikazzjoni+ r-riżultat għall-bnedmin taʼ kull xorta+ hu li jiġu dikjarati ġusti għall-ħajja.+ 19 Għax bħalma bid-diżubbidjenza taʼ bniedem wieħed ħafna+ saru midinbin, hekk ukoll bl-ubbidjenza+ taʼ persuna waħda ħafna+ se jsiru ġusti.+ 20 Issa l-Liġi+ daħlet ukoll sabiex in-nuqqasijiet joktru.+ Imma fejn kotor id-dnub,+ kotrot iktar u iktar il-qalb tajba mhix mistħoqqa.+ 21 Għal liema għan? Sabiex bħalma d-dnub saltan mal-mewt,+ hekk ukoll il-qalb tajba mhix mistħoqqa+ ssaltan bil-ġustizzja għall-ħajja taʼ dejjem+ permezz taʼ Ġesù Kristu, il-Mulej tagħna.