2 Korintin
5 Aħna nafu li jekk tiġġarraf+ id-dar tagħna fuq l-art,+ din it-tinda,+ se jkollna bini mingħand Alla, dar li mhix magħmula bl-idejn,+ għal dejjem+ fis-smewwiet. 2 Għax f’din id-dar fejn ngħixu aħna tabilħaqq nokorbu,+ peress li nixtiequ bil-ħeġġa li nilbsu dik li għandna mis-sema,+ 3 u b’hekk, billi nkunu lbisnieha tassew, ma ninstabux għarwenin.+ 4 Fil-fatt, aħna li qegħdin f’din it-tinda nokorbu għax imtaqqlin; mhux għax irridu ninżgħuha, imma għax irridu nilbsu l-oħra,+ biex dak li hu mortali jinbelaʼ mill-ħajja.+ 5 Issa dak li ħejjiena għal dan hu Alla,+ li tana l-garanzija+ taʼ dak li għandu jiġi, jiġifieri, l-ispirtu.+
6 Aħna għalhekk dejjem mimlijin kuraġġ u nafu li dment li għandna darna fil-ġisem m’aħniex preżenti mal-Mulej,+ 7 għax aħna nimxu bil-fidi, mhux b’dak li jaraw għajnejna.+ 8 Imma aħna mimlijin kuraġġ u ninsabu kuntenti ferm li ma nibqgħux preżenti fil-ġisem u mmorru noqogħdu mal-Mulej.+ 9 Għalhekk, qed nagħmluha wkoll il-mira tagħna li, sew jekk noqogħdu miegħu u sew jekk m’aħniex preżenti miegħu,+ inkunu aċċettabbli għalih.+ 10 Għax ilkoll irridu nidhru quddiem it-tron tal-ġudizzju tal-Kristu,+ biex kull wieħed jieħu ħlasu għal dak li għamel permezz tal-ġisem, skond dak li jkun ipprattika, sew jekk tajjeb u sew jekk ħażin.+
11 Għalhekk, peress li nafu x’inhu l-biżaʼ+ tal-Mulej, nibqgħu nipperswadu+ lill-bnedmin, imma dak li aħna jidher ċar għal Alla. Madankollu, nittama li dak li aħna jidher ċar ukoll għall-kuxjenzi tagħkom.+ 12 M’aħniex qed nerġgħu nirrikkmandaw+ lilna nfusna lilkom, imma qed nagħtukom raġuni biex tiftaħru bina,+ sabiex tkunu tistgħu twieġbu lil dawk li jiftaħru bid-dehra taʼ barra,+ u mhux bil-qalb.+ 13 Għax jekk ma konniex f’sensina,+ dan kien għal Alla; jekk aħna moħħna f’loku,+ dan hu għalikom. 14 Għax l-imħabba li għandu l-Kristu ġġegħelna, peress li dan iġġudikajna, li bniedem wieħed miet għal kulħadd;+ mela, allura, kollha mietu; 15 u miet għal kulħadd biex dawk li jgħixu ma jgħixux iktar għalihom infushom,+ imma għal dak+ li miet għalihom u ġie mqajjem.+
16 Għaldaqstant, minn issa ’l quddiem ma nafu lil ħadd skond il-laħam.+ Saħansitra jekk konna nafu lil Kristu skond il-laħam,+ żgur li issa ma nafuhx iktar hekk.+ 17 Għaldaqstant, jekk xi ħadd hu f’unjoni maʼ Kristu, hu ħolqien ġdid;+ l-affarijiet qodma għaddew,+ ara, affarijiet ġodda bdew jeżistu.+ 18 Imma kollox hu minn Alla, li reġaʼ ħabbibna+ miegħu permezz taʼ Kristu u tana l-ministeru+ tar-rikonċiljazzjoni, 19 jiġifieri, li permezz taʼ Kristu,+ Alla kien qed jerġaʼ jħabbeb lid-dinja+ miegħu,+ billi m’għaddilhomx nuqqasijiethom,+ u fada f’idejna l-kelma+ tar-rikonċiljazzjoni.+
20 Għalhekk, aħna+ ambaxxaturi+ li jissostitwixxu lil Kristu,+ bħallikieku Alla qed jitlob bil-ħrara permezz tagħna.+ Bħala sostituti għal Kristu nitolbu bil-ħniena:+ “Erġgħu tħabbu m’Alla.” 21 Lil dak li kien bla dnub+ għamlu dnub+ għalina, sabiex aħna nsiru l-ġustizzja+ t’Alla permezz tiegħu.