1 Samwel
16 U Ġeħova qal lil Samwel: “Kemm se ddum issewwed qalbek minħabba Sawl,+ filwaqt li jien, min-naħa tiegħi, warrabtu biex ma jsaltanx fuq Israel?+ Imla l-qarn tiegħek biż-żejt+ u mur. Se nibagħtek għand Ġesse,+ il-Betlehemi, għaliex minn fost uliedu jien għażilt sultan għalija.”+ 2 Imma Samwel qal: “Kif nistaʼ mmur? Malli Sawl jismaʼ b’dan żgur li joqtolni.”+ U Ġeħova ssokta jgħidlu: “Għandek tieħu miegħek għoġla mill-merħla, u tgħid, ‘Ġejt biex noffri sagrifiċċju lil Ġeħova.’+ 3 U sejjaħ lil Ġesse għas-sagrifiċċju; u jien, min-naħa tiegħi, ngħarrfek x’għandek tagħmel,+ u int tidlikli+ lil dak li nagħżillek jien.”
4 U Samwel għamel dak li qallu Ġeħova. Meta wasal Betlehem+ ix-xjuħ tal-belt laqgħuh jirtogħdu,+ u għalhekk qalulu: “Ġejt hawnhekk bis-sliem?”+ 5 Qalilhom: “Bis-sliem. Ġejt biex noffri sagrifiċċju lil Ġeħova. Tqaddsu,+ u ejjew miegħi għas-sagrifiċċju.” Imbagħad hu qaddes lil Ġesse u lil uliedu, u wara sejħilhom għas-sagrifiċċju. 6 U ġara li, hekk kif daħlu u hu lemaħ lil Eljab,+ hu qal minnufih: “Żgur li l-midluk taʼ Ġeħova qiegħed quddiemu.” 7 Imma Ġeħova qal lil Samwel: “Tħarisx lejn id-dehra tiegħu u lejn it-tul taʼ l-istatura tiegħu,+ għax jien warrabtu. Għax mhux bħalma jara l-bniedem jara Alla,+ għaliex il-bniedem jara dak li jidher f’għajnejh;+ imma Ġeħova jara l-qalb.”+ 8 Imbagħad Ġesse sejjaħ lil Abinadab+ u għaddieh minn quddiem Samwel, imma dan qal: “Lanqas lil dan m’għażel Ġeħova.” 9 Imbagħad Ġesse għadda lil Sammah,+ imma hu qal: “Lanqas lil dan m’għażel Ġeħova.” 10 Għalhekk, Ġesse għadda lil sebgħa minn uliedu subien minn quddiem Samwel; xorta waħda Samwel qal lil Ġesse: “Ġeħova m’għażilx lil dawn.”
11 Fl-aħħar, Samwel qal lil Ġesse: “Dawn huma s-subien kollha?” U dan wieġbu: “S’issa l-iżgħar wieħed tħalla barra,+ għax qed jirgħa n-nagħaġ.”+ Samwel qal lil Ġesse: “Ibgħat għalih u ġibu, għaliex m’aħniex se noqogħdu bil-qiegħda nieklu qabel ma jiġi hawnhekk.” 12 Għalhekk, bagħat għalih u ġiegħlu jiġi. Issa dan kien żagħżugħ ħamrani,+ b’għajnejh sbieħ u kellu sura sabiħa. Imbagħad Ġeħova qal: “Qum, idilku, għax dan hu!”+ 13 Għaldaqstant, Samwel ħa l-qarn taż-żejt+ u dilku f’nofs ħutu. U l-ispirtu taʼ Ġeħova beda jaħdem fuq David minn dakinhar ’il quddiem.+ Iktar tard Samwel qam u telaq lejn Rama.+
14 U l-ispirtu taʼ Ġeħova telaq+ minn fuq Sawl, u spirtu ħażin+ minn Ġeħova werwru. 15 U l-qaddejja taʼ Sawl bdew jgħidulu: “Ara! Issa l-ispirtu ħażin minn Alla qed iwerwrek. 16 Jekk jogħġbok, ħalli sidna jikkmanda lill-qaddejja tiegħek quddiemek biex ifittxu raġel li jdoqq l-arpa+ bis-sengħa.+ U jiġri li, meta l-ispirtu ħażin minn Alla jiġi fuqek, hu jibda jdoqq b’idu, u int żgur li tħossok aħjar.” 17 Għalhekk, Sawl qal lill-qaddejja tiegħu: “Sibuli, jekk jogħġobkom, raġel li jaf idoqq tajjeb, u ġibuhuli.”+
18 U wieħed mill-qaddejja wieġeb u qal: “Ara! Rajt kemm bin Ġesse, il-Betlehemi, idoqq bis-sengħa,+ u hu raġel qalbieni u setgħan,+ gwerrier,+ kelliemi intelliġenti,+ u raġel mibni tajjeb,+ u Ġeħova qiegħed miegħu.”+ 19 Imbagħad Sawl bagħat xi messaġġiera għand Ġesse u qalulu: “Ibgħatli lil ibnek David, li qiegħed mal-merħla.”+ 20 Għalhekk, Ġesse ħa ħmar, ħobż u flixkun tal-ġild+ mimli nbid u gidi u bagħathom lil Sawl b’id ibnu David.+ 21 B’hekk, David ġie għand Sawl u qagħad jaqdih;+ u hu ħabbu ħafna, u sar dak li kien iġorrlu l-armi.+ 22 Għaldaqstant, Sawl bagħat jgħid lil Ġesse: “Jekk jogħġbok, ħa jibqaʼ jaqdini David, għax sab il-ħniena f’għajnejja.” 23 U kien jiġri li, meta l-ispirtu minn Alla kien jiġi fuq Sawl, David kien jaqbad l-arpa u jibda jdoqq b’idu; u Sawl kien jistrieħ u jħossu aħjar, u l-ispirtu ħażin kien jitlaq minn fuqu.+