Ġob
28 “Hemm post fejn iħaffru għall-fidda
U post fejn jirfinaw id-deheb;
2 Il-ħadid jiħduh mit-trab
U r-ram mill-blat.
3 Il-bniedem jieħu d-dawl fejn hemm id-dlam;
Hu jmur f’post fejn hemm dlam ċappa
Biex isib metall taʼ valur bħal dan.*
4 Hu jħaffer mina ’l bogħod minn fejn jgħixu n-nies,
F’postijiet imwarrbin li n-nies ma jimxux fihom;
Xi nies jinżlu jaħdmu fiha mdendlin b’ħabel.
6 Hemm isfel, fil-ġebel, hemm iż-żaffir,
U fit-trab hemm id-deheb.
7 Ebda għasfur tal-priża ma jaf kif jasal hemm;
L-astun iswed qatt ma ra dan il-post.
8 L-ebda annimal feroċi ma mexa hemm;
L-iljun b’saħħtu m’għaddiex minn hemm.
9 Raġel ikisser il-ġebel taż-żnied;
Hu jaqleb il-muntanji għax iħaffer taħthom.
10 Hu jħaffer fil-blat biex jgħaddi l-ilma,
U jara kull ħaġa prezzjuża.
11 Hu jagħmel ilqugħ biex iżomm l-ilma tax-xmajjar,
U joħroġ fid-dawl affarijiet prezzjużi.
12 Imma l-għerf fejn tistaʼ ssibu?
Minn fejn ġejja l-abbiltà li tifhem?
13 Ebda bniedem ma jaf kemm jiswa verament l-għerf,
U ma jistaʼ jinstab imkien fid-dinja.
14 Dan mhuwiex fl-ilmijiet fondi,
U lanqas fil-baħar.
15 Ma jistax jinxtara bid-deheb pur,
U lanqas ma jistaʼ jitpartat maʼ ħafna fidda.
17 Id-deheb u l-ħġieġ ma jistgħux jitqabblu miegħu,
Lanqas skutella tad-deheb fin* ma tistaʼ titpartat miegħu.
18 Il-korall u l-kristall ma jibdewx miegħu,
Għax l-għerf jiswa iktar minn basket mimli perli.
19 It-topazju taʼ Kus ma jistax jitqabbel miegħu;
Lanqas bid-deheb pur ma jistaʼ jinxtara.
20 Imma minn fejn ġej l-għerf?
Minn fejn ġejja l-abbiltà li tifhem?
21 L-għerf ġie moħbi minn kull ħaġa ħajja,
U hu moħbi mill-għasafar.
22 Il-qerda u l-mewt jgħidu,
‘Smajna biss għajdut dwar l-għerf.’
23 Imma Alla jaf fejn isibu;
Hu biss jaf fejn qiegħed,
24 Għax hu jara sa truf l-art,
U jara kull ħaġa mis-sema ’l isfel.