Ġob
30 “Imma issa rġiel iżgħar minni jidħqu bija,
Irġiel li missirijiethom lanqas għal mal-klieb li jgħassuli l-merħla
Ma kont narahom tajbin.
2 Dawn iż-żgħażagħ m’użawx is-saħħa tagħhom biex jgħinuni.
L-enerġija tagħhom ġiet fix-xejn.
3 Huma spiċċaw bla saħħa minħabba l-ġuħ kbir li għandhom.
Jomogħdu dak li jsibu f’art niexfa,
Li diġà kienet saret ħerba u nqerdet.
4 Dawn jiġbru weraq mielaħ minn ġos-siġar
U għeruq morri biex jikluhom.
5 Huma jitkeċċew mill-bliet;
In-nies jgħajtu magħhom bħalma jgħajtu maʼ ħalliel.
7 Jgħajtu minn qalb is-siġar
U jinġabru flimkien qalb il-ħurrieq.
9 Imma issa jwaqqgħuni għaċ-ċajt anki fil-kant tagħhom;
Huma jidħqu bija.
10 Huma jobogħduni u jżommu ’l bogħod minni;
Ma jiddejqux jobżquli f’wiċċi.
12 Huma jqumu kontrija biex jattakkawni mil-lemin;
Iġegħluni naħrab u jagħlquli t-triq biex jeqirduni.
14 Huma jiġu bħallikieku minn ġo fetħa wiesgħa f’ħajt;
Jiġu waqt li nkun f’sitwazzjoni gravi.
15 Taqbadni biżaʼ kbira;
Id-dinjità tiegħi tittajjar mar-riħ bħat-trab,
U t-tama tiegħi għall-għajnuna tisparixxi bħal sħaba.
19 Alla tefagħni fil-ħama;
Sirt trab u rmied.
20 Alla tiegħi, jien nitolbok għall-għajnuna, imma ma twiġibnix;
Jien noqgħod quddiemek, imma int tibqaʼ tħares lejja.
21 Int ħadtha kontrija bi ħdura;
Int tattakkani bil-qawwa kollha tiegħek.
23 Għax jien naf li int se ġġegħelni mmut,
U mmur fil-post fejn se jmur kulħadd.
24 Imma ħadd ma jeqred għalkollox lil raġel li ma jistaʼ jagħmel xejn
Hekk kif jgħajjat għall-għajnuna fi żmien taʼ niket.
25 Ma bkejtx jien għal min kien għaddej minn żmien diffiċli?*
Ma ddispjaċinix jien* għal min hu fqir?
26 Jien xtaqt inkun ferħan, imma batejt ħafna;
Stennejt li se nara d-dawl, imma esperjenzajt id-dlam.
27 Jien inbati kuljum;
Jien ansjuż u inkwetat ħafna.
28 Nimxi ’l hemm u ’l hawn b’qalbi sewda; inħossni ddisprat.
Inqum fil-folla u ngħajjat għall-għajnuna.
31 L-arpa tiegħi tintuża biss għaż-żmien taʼ dwejjaq,
U l-flawt tiegħi jintuża biss mal-ħoss tal-biki.