Ġob
3 Se jitolbok biex tħenn għalih?
Se joqgħod ikellmek bil-ħlewwa?
4 Sejjer hu jagħmel patt miegħek
Biex tagħmlu lsir tiegħek għal dejjem?
5 Se tilgħab miegħu bħalma tilgħab m’għasfur?
Se torbtu b’ċinga biex jilagħbu miegħu l-bniet tiegħek?
6 Se jbigħuh is-sajjieda?
Se jaqsmuh bejniethom in-negozjanti?
7 Se ttaqqablu l-ġilda tiegħu b’ħafna vleġeġ,
Jew rasu b’lanza tas-sajd?
8 Poġġi jdejk fuqu u żgur tiftakarha l-ġlieda!
Qatt ma terġaʼ tagħmel hekk!
9 Jekk se tipprova trażżnu mhux se jirnexxilek.
Anki jekk tarah biss, se titwerwer u taqaʼ mal-art.
10 Ħadd ma jażżarda jqajmu.
Allura min jistaʼ jiħodha kontrija?
11 Min tani xi ħaġa biex ikolli nagħtih xi ħaġa lura?
Kulma hemm taħt is-sema hu tiegħi.
12 Se nkompli nitkellem dwar saqajh,
Dwar il-qawwa tiegħu, u dwar id-disinn impressjonanti taʼ ġismu.
13 Min se jirnexxilu jaqlaʼ l-ġilda ħoxna tiegħu?
Min se jersaq viċin ħalqu?
14 Min jistaʼ jiftaħlu x-xedaq kbir tiegħu?
Is-snien tiegħu huma tal-biżaʼ.
16 Tant huma viċin xulxin
Li lanqas l-arja ma tgħaddi minn bejniethom.
17 Huma mwaħħlin flimkien;
Imqabbdin waħda m’oħra u ma jistgħux jiġu sseparati.
18 Meta jagħtas qisu joħroġ id-dawl,
U għajnejh qishom ir-raġġi taʼ meta jibda jisbaħ.
19 Minn ħalqu joħroġ id-dawl tas-sajjetti
U xrar tan-nar.
20 Minn imnieħru joħroġ id-duħħan,
Bħad-duħħan taʼ forn li jitfgħulu l-ħaxix biex iqabbduh.
21 In-nifs tiegħu jqabbad il-faħam,
U minn ħalqu toħroġ fjamma.
22 Hu għandu saħħa kbira f’għonqu,
U kull min jiltaqaʼ miegħu jibżaʼ ħafna.
23 Is-saffi tal-ġilda taʼ taħt żaqqu huma sodi;
Huma bħal ħadid li ma jistax jitneħħa.
25 Meta jqum, anki dawk b’saħħithom jitwerwru;
Meta jgħum jgħaġġel ibeżżagħhom.
26 La x-xabla, la l-lanza, la l-vleġġa
U lanqas xi arma oħra ma tistaʼ tweġġgħu.
27 Għalih, il-ħadid qisu tiben,
Ir-ram qisu njam immermer.
28 Hu mhux se jaħrab jekk jara vleġġa;
Il-ġebel tal-iżbandola jsir qisu tiben meta jaħbat miegħu.
29 Lasta ħoxna tal-injam iqisha bħal tiben,
U hu jidħaq b’min ixejjirlu l-lanza.
30 Żaqqu qisha biċċiet tal-fuħħar jaqtaʼ;
Minn fejn jgħaddi jħalli marki fit-tajn bħas-slitta tad-dris.
31 Meta jidħol fil-baħar, l-ilma jtellaʼ r-ragħwa;
Ikun bħal borma b’żejt jagħli.
32 Minn fejn jgħaddi jħalli l-ilma jleqq,
U l-ilma fond jiġi qisu għandu xagħar abjad.
33 M’hemmx bħalu fuq l-art,
Ġie maħluq biex ma jibżaʼ minn xejn.
34 Hu jħares bla biżaʼ taʼ xejn lejn l-annimali kburin.
Hu r-re fuq l-annimali slavaġ b’saħħithom.”