Għanja tat-Tlajjaʼ.
123 Jien inħares lejk.
Int qiegħed bilqiegħda fuq it-tron fis-sema.
2 Bħalma l-qaddejja jħarsu lejn sidhom,
Aħna nħarsu lejn Ġeħova l-Alla tagħna
Sakemm iħenn għalina.
3 Ħenn għalina, Ġeħova, ħenn għalina,
Għax xbajna niġu mmaqdrin.
4 Aħna xbajna niġu mwaqqgħin għaċ-ċajt minn dawk li jaħsbu li huma xi ħaġa,
U xbajna niġu mmaqdrin minn nies arroganti.