Salm
Għanja tat-Tlajjaʼ.
132 Ġeħova, ftakar f’David,
U fit-tbatija kollha tiegħu;
2 Hu ħalef lilek, Ġeħova;
Hu għamel din il-wegħda miegħek, l-Alla b’Saħħtu taʼ Ġakobb:
3 “Mhux se nidħol fid-dar tiegħi.
Mhux se norqod fuq is-sodda tiegħi;
4 Jien mhux se norqod
U lanqas nagħlaq għajnejja
5 Sakemm insib post għal Ġeħova,
Post mill-isbaħ* għall-Alla b’Saħħtu taʼ Ġakobb.”
6 Aħna smajna dwaru f’Efrata;
Sibnieh fil-foresta.
8 Ġeħova, ejja u idħol fil-post taʼ mistrieħ tiegħek,
Int u l-Arka li turi s-saħħa tiegħek.
9 Jalla l-qassisin tiegħek jagħmlu kollox bil-ġustizzja.
Jalla l-leali tiegħek jgħajtu bil-ferħ.
11 Ġeħova, int ħlift lil David;
Int żgur mhux se tmur lura minn dan il-kliem li għedt:
“Jien se nqiegħed fuq it-tron tiegħek
Wieħed mid-dixxendenti tiegħek.
12 Jekk it-tfal tiegħek iżommu l-patt tiegħi
U t-tfakkiriet li tajthom,*
Anki t-tfal tagħhom
Joqogħdu fuq it-tron tiegħek għal dejjem.”
13 Għax int, Ġeħova, għażilt lil Sijon;
Int xtaqtha bħala post fejn tgħix u għedt:
14 “Dan hu l-post taʼ mistrieħ għalija għal dejjem;
Hawnhekk se ngħix, għax hekk nixtieq.
15 Jien se nbierek bil-kbir din il-belt bl-ikel;
Se nxebbaʼ lill-foqra tagħha bil-ħobż.
17 Hemmhekk se nżid is-saħħa* taʼ David.
Jien ħadt passi biex il-magħżul tiegħi jkollu dixxendent li jmexxi.*