Għanja tat-Tlajjaʼ.
134 Faħħru lil Ġeħova,
Qaddejja kollha taʼ Ġeħova,
Intom li taqdu fid-dar taʼ Ġeħova matul il-lejl.
2 Jalla tkunu qaddisin meta tgħollu jdejkom biex titolbu.
Faħħru lil Ġeħova.
3 Jalla Ġeħova, Dak li Għamel is-sema u l-art,
Iberikkom minn Sijon.