Salm
2 Ir-rejiet tal-art se jieħdu l-waqfa tagħhom
U l-mexxejja se jinġabru flimkien*
Kontra Ġeħova u l-magħżul* tiegħu.
3 Huma jgħidu: “Ejja nkissru l-ktajjen li rabtuna bihom
U narmu l-ħbula tagħhom!”
4 Il-Wieħed li qiegħed bilqiegħda fuq it-tron fis-sema se jidħaq bihom;
Ġeħova se jiħodhom biċ-ċajt.
5 Dak iż-żmien hu se jkellimhom b’rabja
U jwerwirhom bir-rabja kbira tiegħu
6 Billi jgħidilhom: “Jien stess inkarigajt ir-re tiegħi
Fuq Sijon, il-muntanja qaddisa tiegħi.”
7 Ħa nxandar dak li qal Ġeħova.
Hu qalli: “Int ibni;
Illum jien sirt missierek.
8 Itlobni, u jien nagħtik il-popli bħala wirt,
U nagħtik id-dinja kollha.
Dawk li jduru lejh għall-protezzjoni se jkunu ferħanin.