Salm
Għanja taʼ David.
24 Id-dinja u kulma hemm fiha huma taʼ Ġeħova,
L-art u kull min jgħix fiha huma tiegħu.
2 Hu poġġieha fis-sod fl-ibħra
U bnieha fix-xmajjar.
3 Min jistaʼ jitlaʼ fuq il-muntanja taʼ Ġeħova,
U min jistaʼ jkun fil-post qaddis tiegħu?
4 Alla jgħid: “Kull min hu innoċenti u sinċier,
Min ma ħalifx b’mod falz Bija,*
U li ma ħalifx biex iqarraq b’xi ħadd.”
5 Hu jiġi mbierek minn Ġeħova
U jiġi kkunsidrat ġust mill-Alla li jsalvah.
6 Din hi l-ġenerazzjoni taʼ dawk li jfittxu lilek,
Taʼ dawk li jfittxu l-approvazzjoni tiegħek,* l-Alla taʼ Ġakobb. (Sela)
7 Iftħu l-bibien ħalli jidħol ir-Re glorjuż,
Iftħu l-bibien antiki tal-belt!
8 Min hu r-Re glorjuż?
Hu Ġeħova, li hu b’saħħtu ħafna,
Ġeħova, li ħadd ma jibda miegħu fil-gwerer.
9 Iftħu l-bibien ħalli jidħol ir-Re glorjuż,
Iftħu l-bibien antiki tal-belt!
10 Min hu r-Re glorjuż?
Ġeħova tal-armati hu r-Re glorjuż! (Sela)