Salm
Lid-direttur; fuq l-għanja taʼ “Teqridnix.” Miktam* taʼ David, meta ħarab minn Sawl u mar fl-għar.
57 Ħenn għalija, Alla tiegħi, ħenn għalija,
Għax jien* indur lejk għall-protezzjoni,
U nfittex il-protezzjoni taħt ġwinħajk sakemm jgħaddi l-inkwiet.
2 Jien ngħajjat għall-għajnuna lill-Alla l-Iktar Għoli,
Lill-Alla l-veru li se jeħlisni minn din it-tbatija.
3 Hu se jibgħatli l-għajnuna mis-sema u jsalvani.
Hu se jfixkel lil dawk li qed jipprovaw jibilgħuni. (Sela)
Alla se jurini mħabba u lealtà.*
Ikolli nimtedd biex norqod maʼ nies li jridu jibilgħuni,
Li snienhom huma bħal lanez u vleġeġ,
U lsienhom jaqtaʼ daqs xabla.
5 Uri l-kobor tiegħek fis-sema, Alla tiegħi;
Jalla d-dinja kollha tara l-glorja tiegħek.
Huma ħaffru ħofra minn fejn ngħaddi jien,
Imma waqgħu fiha huma stess. (Sela)
7 Qalbi hi leali lejk, Alla tiegħi,
Qalbi hi leali lejk.
Jien se nfaħħrek bil-kant u l-mużika.
8 Jien se nqum, jien se nqum qabel ma titlaʼ x-xemx.*
Irrid indoqq l-arpa u strumenti tal-korda oħra.
11 Uri l-kobor tiegħek fis-sema, Alla tiegħi;
Jalla d-dinja kollha tara l-glorja tiegħek.