Salm
Lid-direttur. Għanja taʼ David, bħala tfakkira.
70 Salvani, Alla tiegħi;
Fittex għinni, Ġeħova.
Jalla jaħarbu umiljati
Dawk li jieħdu gost bid-diffikultajiet tiegħi.
3 Jalla dawk li qed iwaqqgħuni għaċ-ċajt
Jiġu mġiegħla jaħarbu bil-mistħija.
4 Ħa jifirħu u jaqbżu bil-ferħ
Dawk li qed ifittxu lilek.
Jalla dawk li jħobbu s-salvazzjoni li tiġi mingħandek dejjem jgħidu:
“Ħa jkun imfaħħar Alla.”
5 Jien batut u fqir.
Alla tiegħi, fittex għinni.
Int l-għajnuna tiegħi u dak li jsalvani.
Iddumx biex tgħinni, Ġeħova.