Salm
Għanja.
98 Kantaw lil Ġeħova għanja ġdida,
Għax hu għamel affarijiet tal-għaġeb.
Idu l-leminija, idu l-qaddisa, salvatna.
2 Ġeħova wera l-mod taʼ kif isalva;
Wera l-ġustizzja tiegħu quddiem il-popli.
3 Hu ftakar fil-wegħda li għamel biex juri mħabba* u lealtà maʼ dar Iżrael.
In-nies tal-art kollha raw kif l-Alla tagħna salvana.
4 Għajtu bil-ferħ u faħħru lil Ġeħova, nies tal-art kollha.
Ifirħu, għajtu bil-ferħ, u faħħruh bil-kant.*
5 Faħħru lil* Ġeħova bl-arpa u l-kant.
6 Għajtu bil-ferħ quddiem ir-Re, Ġeħova,
Waqt li ddoqqu t-trumbetti u l-qarn.
8 Ħa jċapċpu x-xmajjar;
Ħa jgħajtu bil-ferħ il-muntanji kollha
Hu se jiġġudika n-nies tal-art bil-ġustizzja
U lill-popli mingħajr preferenzi.