Eżodu
11 Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè: “Se nġib kastig ieħor fuq il-Fargħun u l-Eġittu. Imbagħad jibgħatkom minn hawn. Hu mhux biss jibgħatkom, imma letteralment ikeċċikom. 2 Issa għid lill-Iżraelin: ‘Kull wieħed minnkom għandu jitlob oġġetti tal-fidda u tad-deheb mingħand il-ġirien.’” 3 U Ġeħova ġiegħel lill-Eġizzjani jħennu għall-poplu tiegħu. Iktar minn hekk, Mosè kien sar stmat ħafna fl-art tal-Eġittu, fost il-qaddejja tal-Fargħun u fost in-nies.
4 Imbagħad Mosè qal: “Hekk qal Ġeħova, ‘Għal xi nofsillejl se noħroġ f’nofs l-Eġittu, 5 u kull l-ewwel imwieled fl-art tal-Eġittu se jmut, mill-ewwel imwieled tal-Fargħun li qed imexxi, sal-ewwel imwieled tal-ilsira li qed iddawwar il-mitħna, u kull l-ewwel ferħ tal-bhejjem. 6 U jkun hemm biki kbir fl-art kollha tal-Eġittu, li bħalu la qatt kien hawn u lanqas ikun hawn. 7 Imma l-Iżraelin u l-annimali tagħhom ma jiġrilhom xejn ħażin. Lanqas kelb ma jinbaħ biex ibeżżagħhom. B’hekk, intom tkunu tafu li Ġeħova jittratta lill-Eġizzjani b’mod differenti mill-Iżraelin.’ 8 U l-qaddejja kollha tiegħek żgur li se jinżlu għandi u jinxteħtu fl-art quddiemi u jgħidu, ‘Mur, int u l-poplu kollu li jimxi warajk.’ U wara dan noħroġ jien.” Imbagħad ħareġ mingħand il-Fargħun b’rabja kbira.
9 Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè: “Il-Fargħun mhux se jismaʼ minnkom, sabiex il-mirakli tiegħi jiżdiedu fl-art tal-Eġittu.” 10 U Mosè u Aron għamlu dawn il-mirakli kollha quddiem il-Fargħun, imma Ġeħova ħalla lill-Fargħun iwebbes rasu,* u b’hekk ma bagħatx lill-Iżraelin mill-art tiegħu.