LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • L-Għanja taʼ Salamun 5
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

Punti minn L-Għanja taʼ Salamun

    • IS-SULAMIJA F’ĠERUSALEMM (3:6–8:4)

L-Għanja taʼ Salamun 5:6

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “Ruħi kienet.”

  • *

    Jew forsi “Ruħi ħarġet meta tkellem.”

L-Għanja taʼ Salamun 5:7

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “ix-xall.”

L-Għanja taʼ Salamun 5:11

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew forsi “qisu għenieqed tat-tamal.”

L-Għanja taʼ Salamun 5:12

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew forsi “fuq ix-xifer tal-għajn tal-ilma.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    1/15/2015, p. 28

    11/15/2006, p. 19

L-Għanja taʼ Salamun 5:14

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    11/15/2006, p. 19

L-Għanja taʼ Salamun 5:15

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    11/15/2006, p. 19

Traduzzjonijiet tal-Istess Silta

Ikklikkja fuq numru taʼ vers biex tara l-istess vers f'Bibbji oħra.
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
  • Aqra f'din l-edizzjoni Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida (bi12)
  • 1
  • 2
  • 3
  • 4
  • 5
  • 6
  • 7
  • 8
  • 9
  • 10
  • 11
  • 12
  • 13
  • 14
  • 15
  • 16
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
L-Għanja taʼ Salamun 5:1-16

L-Għanja taʼ Salamun

5 “Oħti, għarusa tiegħi,

Jien dħalt fil-ġnien tiegħi,

Qtajt mill-mirra u l-ħwawar tiegħi.

Kilt l-għasel tiegħi mill-bejta tan-naħal;

Xrobt l-inbid u l-ħalib tiegħi.”

“Kulu, għeżież ħbieb!

Ixorbu u iskru bl-espressjonijiet taʼ mħabba.”

 2 “Jien rieqda, imma qalbi mqajma.

Qed nismaʼ lill-għażiż tiegħi jħabbat u jgħid:

‘Iftaħli, oħti, maħbuba tiegħi,

Ħamiema bla difett tiegħi!

Għax rasi mxarrba bin-nida

U xagħri għasra bl-umdità tal-lejl.ʼ

 3 Jien neħħejt il-libsa.

Nerġaʼ nilbisha?

Ħsilt saqajja.

Nerġaʼ nħammiġhom?

 4 L-għażiż tiegħi neħħa idu minn fuq it-toqba tal-bieb,

Jien xtaqt ħafna li nkun miegħu.

 5 Jien qomt biex niftaħ lill-għażiż tiegħi;

Idejja kienu qed iqattru l-mirra

U subgħajja ż-żejt tal-mirra,

Fuq il-pum tas-serratura.

 6 Jien ftaħt lill-għażiż tiegħi,

Imma ma kienx għadu hemm, kien diġà telaq.

Ħassejtni* ddisprata meta telaq.*

Fittixtu, imma ma sibtux.

Għajjattlu, imma ma wiġibnix.

 7 L-għassiesa li kienu qed iduru mal-belt sabuni.

Huma sawtuni u weġġgħuni.

L-għassiesa tas-swar ħaduli l-velu.*

 8 Tfajliet taʼ Ġerusalemm, jien qed inġegħelkom taħilfu

Li jekk issibu l-għażiż tiegħi,

Tgħidulu li qed inħossni dgħajfa tant kemm inħobbu.”

 9 “L-għażiż tiegħek kif inhu aħjar mill-irġiel l-oħra,

L-isbaħ waħda fost in-nisa?

L-għażiż tiegħek kif inhu aħjar mill-irġiel l-oħra,

Biex qed iġġegħelna naħilfu dan?”

10 “L-għażiż tiegħi hu gustuż u ruxxan;

Hu jispikka fost 10,000.

11 Rasu sabiħa bħad-deheb, bħall-aqwa deheb.

Xagħru qisu friegħi tal-palm fir-riħ*

U iswed bħaċ-ċawlun.

12 Għajnejh bħal ħamiem ħdejn nixxigħat tal-ilma,

Li qed jinħaslu fil-ħalib

U qegħdin bilqiegħda ħdejn għadira ilma.*

13 Il-wardiet taʼ wiċċu huma bħal ġnien miżrugħ bil-ħwawar

U b’ħafna ħxejjex ifuħu.

Xofftejh huma bħal ġilji u jqattru ż-żejt tal-mirra.

14 Is-swabaʼ taʼ jdejh huma tad-deheb u d-dwiefer tal-krisolitu.

Żaqqu hi tal-avorju jleqq miksi biż-żaffir.

15 Saqajh huma kolonni tal-irħam fuq pedestalli tal-aqwa deheb.

Hu sabiħ bħal-Libanu, u ma jitqabbel maʼ xejn, bħas-siġar taċ-ċedri.

16 Ħalqu ħelu bħall-għasel,

U kollox jogħġobni fih.

Dan hu l-għażiż tiegħi u dan hu l-maħbub tiegħi, tfajliet taʼ Ġerusalemm.”

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja