LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Lamentazzjonijiet 2
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

Punti mil-Lamentazzjonijiet

      • Ir-rabja taʼ Ġeħova kontra Ġerusalemm

        • Ma tintwera l-ebda ħniena (2)

        • Ġeħova bħala għadu tagħha (5)

        • Biki minħabba Sijon (11-13)

        • Dawk li jgħaddu mit-triq iwaqqgħu għaċ-ċajt lill-belt li xi darba kienet sabiħa (15)

        • L-għedewwa jifirħu minħabba dak li ġara lil Sijon (17)

Lamentazzjonijiet 2:1

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    6/1/2007, pp. 8-9

Lamentazzjonijiet 2:2

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “bint Ġuda.”

Lamentazzjonijiet 2:3

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “qaċċat kull qarn.”

  • *

    Letteralment “Hu neħħa idu l-leminija.”

Lamentazzjonijiet 2:6

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “qered.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    6/1/2007, p. 9

Lamentazzjonijiet 2:9

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “l-istruzzjoni.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Ġeremija, p. 73

Lamentazzjonijiet 2:10

Noti taʼ Taħt

  • *

    Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

  • *

    Letteralment “Il-verġni.”

Lamentazzjonijiet 2:11

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “L-imsaren tiegħi mqallbin.”

  • *

    Letteralment “Fwiedi xxerred mal-art.”

  • *

    “It-tifla tal-poplu tiegħi” hi espressjoni poetika li forsi turi ħniena jew simpatija.

Lamentazzjonijiet 2:12

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “ruħhom tmut.”

  • *

    Ċereali huma żrieragħ li jinkludu xgħir (barley) u qamħ.

Lamentazzjonijiet 2:16

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    6/1/2007, p. 9

Lamentazzjonijiet 2:17

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “il-qarn.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Ġeremija, p. 154

    It-Torri tal-Għassa,

    6/1/2007, p. 9

Lamentazzjonijiet 2:18

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “Sur taʼ bint Sijon.”

Lamentazzjonijiet 2:20

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    6/1/2007, p. 9

Traduzzjonijiet tal-Istess Silta

Ikklikkja fuq numru taʼ vers biex tara l-istess vers f'Bibbji oħra.
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
  • Aqra f'din l-edizzjoni Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida (bi12)
  • 1
  • 2
  • 3
  • 4
  • 5
  • 6
  • 7
  • 8
  • 9
  • 10
  • 11
  • 12
  • 13
  • 14
  • 15
  • 16
  • 17
  • 18
  • 19
  • 20
  • 21
  • 22
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Lamentazzjonijiet 2:1-22

Lamentazzjonijiet

א [Alef]

2 Ġeħova għatta bħal sħaba lill-belt taʼ Sijon bir-rabja tiegħu.

Hu tefaʼ s-sbuħija t’Iżrael mis-sema għal fuq l-art.

Hu ma ftakarx fil-banketta għal saqajh fil-ġurnata tar-rabja tiegħu.

ב [Bet]

 2 Ġeħova qered il-postijiet fejn jgħix Ġakobb mingħajr ma wera ħniena.

Meta kien irrabjat ħafna, waqqaʼ l-postijiet iffortifikati taʼ Ġuda.*

Hu tefaʼ mal-art lis-saltna u l-mexxejja tagħha u ddiżonorahom.

ג [Gimel]

 3 Meta kien irrabjat ħafna, neħħa s-saħħa kollha* t’Iżrael.

Hu ma baqax jipproteġina* meta attakkana l-għadu,

Hu baqaʼ rrabjat ma’ Ġakobb bħal nar li jaħraq dak kollu li hemm madwaru.

ד [Dalet]

 4 Bħal għadu, għawweġ il-qaws u lesta idu l-leminija biex jattakkana;

Hu baqaʼ joqtol lil dawk kollha li huma sbieħ fl-għajnejn.

U b’rabja kbira qered it-tinda tal-belt taʼ Sijon, bħalma jeqred in-nar.

ה [Ħe]

 5 Ġeħova sar bħal għadu.

Hu qered lil Iżrael.

Hu qered it-torrijiet kollha tagħha;

Hu qered il-postijiet iffortifikati kollha tagħha.

U fil-belt taʼ Ġuda żied ħafna l-biki u n-niket.

ו [Waw]

 6 Hu waqqaʼ t-tinda tiegħu, bħal tinda taʼ kenn fi ġnien.

Ġeħova ġab fit-tmiem* il-festa tiegħu.

Hu ġiegħel li l-festa u s-Sabat jintesew f’Sijon,

U meta jkun irrabjat ħafna, ma jurix rispett lir-re u l-qassis.

ז [Żajin]

 7 Ġeħova warrab l-artal tiegħu;

Hu stmerr is-santwarju tiegħu.

Hu ħalla l-għedewwa jirbħu s-swar tat-torrijiet iffortifikati tagħha.

Huma għollew leħinhom fid-dar taʼ Ġeħova, bħalma jagħmlu f’ġurnata taʼ festa.

ח [Ħet]

 8 Ġeħova ddeċieda li jeqred is-swar tal-belt taʼ Sijon.

Hu kejjel is-swar bil-ħabel tal-kejl.

Ma żammx lura milli jġib qerda.

Hu bħallikieku qed iġiegħel lis-swar u l-ġebel taʼ taħtu jibku.

Dawn saru bla saħħa.

ט [Tet]

 9 Il-bibien tagħha ntradmu fl-art.

Hu qered u farrak l-istaneg tagħha.

Ir-re u l-mexxejja tagħha huma eżiljati fost il-popli.

M’hemm ħadd li qed jobdi l-liġi.*

Anki l-profeti tagħha mhumiex jirċievu viżjonijiet minn Ġeħova.

י [Jod]

10 L-anzjani* tal-belt taʼ Sijon qegħdin bilqiegħda mal-art u ma jgħidu xejn.

Huma jitfgħu t-trab fuq rashom u lebsin il-ħwejjeġ tal-ixkora.

It-tfajliet* taʼ Ġerusalemm niżżlu rashom sal-art.

כ [Kaf]

11 Għajnejja ma niflaħhomx daqskemm bkejt.

Jien iddisprat.*

Qalbi vera maqsuma* minħabba l-waqgħa tat-tifla tal-poplu tiegħi,*

Għax it-tfal u t-trabi qed jagħtihom ħass ħażin fil-pjazez tal-belt.

ל [Lamed]

12 Hekk kif jagħtihom ħass ħażin bħal xi ħadd li weġġaʼ fil-pjazez tal-belt,

Hekk kif imutu* bil-mod il-mod f’idejn ommhom,

Jibqgħu jistaqsuha: “Fejn huma ċ-ċereali* u l-inbid?”

מ [Mem]

13 X’eżempju nistaʼ nagħtik?

Jew maʼ xiex nistaʼ nxebbhek, belt taʼ Ġerusalemm?

Maʼ xiex nistaʼ nqabblek biex infarrġek, belt taʼ Sijon?

Għax il-ferita tiegħek kbira daqs il-baħar. Min jistaʼ jfejqek?

נ [Nun]

14 Il-viżjonijiet li raw il-profeti tiegħek kienu foloz u bla sens.

U huma ħallewk tmur fl-eżilju billi ma kixfux l-iżbalji tiegħek,

Imma baqgħu jgħidulek viżjonijiet li huma foloz u li jqarrqu.

ס [Samek]

15 Dawk kollha li jgħaddu mit-triq iċapċpulek biex iwaqqgħuk għaċ-ċajt.

Huma jsaffru bi stagħġib u jxenglu rashom lejn il-belt taʼ Ġerusalemm, u jistaqsu:

“Din hi l-belt li dwarha qalu, ‘Is-sbuħija tagħha hi perfetta u li hi l-ferħ tad-dinja kollha’?”

פ [Pe]

16 L-għedewwa kollha tiegħek fetħu ħalqhom biex jgħaddu ż-żmien bik.

Huma jwaqqgħuk għaċ-ċajt u jheżżu snienhom, u jgħidu: “Aħna qridnieha.

Din hi l-ġurnata li konna qed nistennew. Waslet u rajnieha!”

ע [Għajn]

17 Ġeħova għamel dak li kellu f’moħħu;

Hu wettaq dak li qal, dak li kkmanda żmien twil ilu.

Hu qered mingħajr ħniena.

Hu ħalla l-għadu jifraħ għax rebaħlek; hu żied is-saħħa* tal-għedewwa tiegħek.

צ [Sade]

18 Belt taʼ Sijon,* in-nies tiegħek qed jgħajtu lil Ġeħova minn qalbhom.

Ħalli d-dmugħ tiegħek jibqaʼ nieżel lejl u nhar.

Tistrieħx u tiqafx tibki.

ק [Kof]

19 Qum! Ibki l-lejl kollu.

Iftaħ qalbek maʼ Ġeħova, int u tibki.

Għolli jdejk ’il fuq biex titolbu għat-tfal tiegħek,

Li qed jagħtihom ħass ħażin f’kull kantuniera tat-triq minħabba l-ġuħ, ħalli jibqgħu jgħixu.

ר [Rex]

20 Ġeħova, ħares lejn in-nies tiegħek li ttrattajt bl-aħrax.

Għandhom in-nisa jibqgħu jieklu t-trabi li jwelldu u t-tfal li rabbew?

Jew għandhom il-qassisin u l-profeti jinqatlu fis-santwarju tiegħek, Ġeħova?

ש [Xin]

21 It-tfal u x-xjuħ huma mejtin fit-toroq.

It-tfajliet u l-ġuvintur tiegħi nqatlu bix-xabla.

Int qtilthom meta kont irrabjat; immassakrajthom mingħajr ħniena.

ת [Taw]

22 Int iġġib twerwir minn kull naħa, bħal meta ssejjaħ in-nies għall-festa.

Fil-ġurnata tar-rabja tiegħek, Ġeħova, ħadd mhu se jeħlisha jew isalva;

L-għadu tiegħi qered għalkollox dawk li jien wellidt u rabbejt.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja