Ħosea
5 “Isimgħu dan, qassisin,
Oqogħdu attenti, nies t’Iżrael,
Agħtu widen, intom tad-dar tar-re,
Għax se tiġu ġġudikati;
Għax intom nassa f’Mispa
U xibka mifruxa fuq Tabor.
3 Jien naf lil Efrajm,
U Iżrael ma jistax jinħeba minni.
Għax int, Efrajm, kellek relazzjonijiet sesswali maʼ ħafna nies;*
Iżrael iddiżonora lilu nnifsu.
4 Dak li jagħmlu ma jħallihomx imorru lura għand l-Alla tagħhom,
Għax huma jħallu x-xewqa tagħhom biex jagħmlu l-prostituzzjoni* tikkontrollahom;
U huma ma jirrikonoxxux li jien, Ġeħova, l-Alla tagħhom.
5 Il-kburija t’Iżrael tat xhieda kontrih stess;
Kemm Iżrael u kemm Efrajm tfixklu minħabba l-iżbalji tagħhom.
U Ġuda tfixkel magħhom.
6 Huma kienu qed joffru sagrifiċċji lil Ġeħova mill-imrieħel tagħhom tan-nagħaġ u l-baqar biex ikollhom l-approvazzjoni tiegħu,
Imma għalxejn.
Hu tbiegħed minnhom.
Fi żmien xahar, se jiġu meqrudin huma u kulma għandhom.
8 “Doqqu l-qarn f’Gibegħa u doqqu t-trumbetta f’Rama!
Għajtu għajta tal-gwerra f’Bet-awen!
Għal warajk, Benjamin!
9 Efrajm, in-nies se jitwerwru f’jum il-kastig tiegħek.
Jien għedt lit-tribujiet t’Iżrael dak li żgur se jiġrilek.
10 Il-kapijiet* taʼ Ġuda huma bħal dawk li jressqu l-fruntiera.
Jien se nikkastigahom bl-aħrax, qisni se nitfaʼ ħafna ilma fuqhom.
11 Efrajm hu maħqur, il-qerda tiegħu hi ġusta,
Għax hu kien determinat li jissieħeb mal-għedewwa tiegħu.
13 Meta Efrajm ra l-mard tiegħu, u Ġuda l-ferita tiegħu,
Efrajm mar l-Assirja u bagħat messaġġiera għand re b’saħħtu.
Imma dan ma setax ifejjaqkom,
U lanqas setaʼ jfejjaq il-ferita tagħkom.
14 Għax jien se nattakka lil Efrajm bħal iljun,
U lid-dar taʼ Ġuda bħal iljun b’saħħtu.
Jien stess se nqattagħhom biċċiet u nitlaq ’l hemm;
Se nġorrhom, u ħadd mhu se jeħlishom.
15 Se nitlaq u mmur lura fil-post tiegħi sakemm ibatu l-konsegwenzi tad-dnub tagħhom,
Imbagħad huma se jfittxu l-approvazzjoni tiegħi.
Meta jkunu f’sitwazzjoni diffiċli, se jfittxu l-għajnuna tiegħi.”