Ħosea
8 Ġeħova qal: “Doqqu l-qarn!
L-għedewwa se jiġu bħal ajkla kontra l-poplu tiegħi,
Għax il-poplu tiegħi kisru l-patt tiegħi u m’obdewx il-liġijiet tiegħi.
2 B’leħen għoli kienu jgħiduli, ‘Int l-Alla tagħna, aħna, Iżrael, nafuk!’
3 L-Iżraelin warrbu dak li hu tajjeb.
Ħa jiġri warajhom l-għadu!
4 Huma inkarigaw rejiet, imma mhux skont kif nixtieq jien.
Għażlu kapijiet,* imma ma kellhomx l-approvazzjoni tiegħi.
Għamlu idoli bil-fidda u d-deheb tagħhom,
U dan se jwassal għall-qerda tagħhom stess.
5 Jien warrabt l-idolu tal-barri żgħir* li tqimu, Samarija.
Jien irrabjat ħafna magħkom.
Kemm se ddumu biex titnaddfu* minn din il-ħtija?
6 Għax dan il-barri żgħir* għamluh l-Iżraelin.
Bniedem tas-sengħa għamlu, u mhux Alla;
Il-barri żgħir tas-Samarija se jispiċċa frak.
7 Għax huma jiżirgħu r-riħ,
U jaħsdu riefnu.
L-ebda zokk tal-qamħ ma jagħmel qamħ tajjeb għall-ħsad;
Kulma jitlaʼ mhux se jkun biżżejjed biex jintuża.
Anki jekk ikun hemm xi qamħ, il-barranin* se jibilgħuh.
8 L-Iżraelin se jinqerdu.
Huma se jkunu mferrxin mal-popli,
Se jkunu bħal reċipjent li ħadd ma jridu.
9 Għax huma marru l-Assirja, bħal ħmar salvaġġ li jitlaq għal rasu.
Efrajm mar għand il-prostituti.
10 Għalkemm jieħdu l-prostituti mill-popli,
Jien se niġbor in-nies t’Efrajm;
Huma se jibdew ibatu, għax ir-re u l-kapijiet* jagħmlulhom il-ħajja diffiċli.
11 In-nies t’Efrajm żiedu l-artali, u b’hekk dinbu.
Huma użaw l-artali biex jidinbu.
13 Huma joffruli sagrifiċċji bħala rigal, u jieklu l-laħam,
Imma jien, Ġeħova, xejn ma nieħu pjaċir bihom.
Jien niftakar fl-iżbalji tagħhom u nikkastigahom għad-dnubiet tagħhom.
Huma marru lura* l-Eġittu.
14 Iżrael nesa lil Dak li Għamlu u bena tempji,
U Ġuda bena ħafna bliet iffortifikati.
Imma jien se nibgħat nar fil-bliet tiegħu,
U dan jaħraq it-torrijiet taʼ kull waħda minnhom.”