LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Dewteronomju 19
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

Punti mid-Dewteronomju

      • Il-ħtija taʼ qtil u l-bliet taʼ refuġju (1-13)

      • M’għandhomx iċaqalqu l-marki tal-fruntiera (14)

      • Xhieda fil-qorti (15-21)

        • Irid ikun hemm żewġ xhieda jew tlieta (15)

Dewteronomju 19:3

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa (Studju),

    11/2017, p. 16

Dewteronomju 19:6

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “minħabba li qalbu tkun taħraq.”

Dewteronomju 19:12

Noti taʼ Taħt

  • *

    Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Dewteronomju 19:15

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “iqum kontra.”

Dewteronomju 19:21

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin, artiklu 149

    Qrib Lejn Ġeħova, pp. 131-133

Traduzzjonijiet tal-Istess Silta

Ikklikkja fuq numru taʼ vers biex tara l-istess vers f'Bibbji oħra.
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
  • Aqra f'din l-edizzjoni Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida (bi12)
  • 1
  • 2
  • 3
  • 4
  • 5
  • 6
  • 7
  • 8
  • 9
  • 10
  • 11
  • 12
  • 13
  • 14
  • 15
  • 16
  • 17
  • 18
  • 19
  • 20
  • 21
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Dewteronomju 19:1-21

Dewteronomju

19 “Meta Ġeħova l-Alla tiegħek jeqred il-popli li Ġeħova l-Alla tiegħek qed jagħtik arthom, u int tkun ħadtilhom il-propjetà tagħhom u tkun qed tgħix fi bliethom u fi djarhom, 2 agħżel tlett ibliet għalik f’nofs artek li qed jagħtik Ġeħova l-Alla tiegħek biex tiħodha f’idejk. 3 Aqsam fi tlieta t-territorju tal-art li tak Ġeħova l-Alla tiegħek, u pprepara t-toroq biex kull min joqtol ikun jistaʼ jaħrab f’waħda minn dawn il-bliet.

4 “Dak li joqtol ikun jistaʼ jaħrab hemm biex jgħix jekk ikun ta daqqa bi żball lil sieħbu li ma kienx jobogħdu qabel. 5 Pereżempju, jekk imur fil-foresta maʼ sieħbu biex jiġbor l-injam, u jgħolli l-mannara biex jaqtaʼ siġra, imma l-ħadida tal-mannara ttir minn mal-manku u tolqot lil sieħbu u jmut, dak li jkun qatel għandu jaħrab lejn waħda minn dawn il-bliet ħalli jibqaʼ ħaj. 6 Imma li kieku t-triq lejn il-belt tkun twila wisq, dak li jkollu d-dritt jivvendika ruħu għad-demm, f’mument taʼ rabja* jistaʼ jitlaq jiġri wara dak li jkun qatel, jilħqu, u joqtlu. Madankollu, ma jkunx jistħoqqlu jmut għaliex ma kienx jobgħod lil sieħbu qabel. 7 Huwa għalhekk li qed nikkmandak biex tagħżel tlett ibliet.

8 “Ġeħova l-Alla tiegħek se jkabbar it-territorju tiegħek bħalma ħalef lil missirijietek u jagħtik l-art kollha li wegħedhom. 9 Imma biex jiġri dan, int għandek tobdi b’lealtà l-kmandamenti kollha li qed nagħtik illum. Dan ifisser li għandek tħobb lil Ġeħova l-Alla tiegħek u dejjem timxi fi triqatu. Imbagħad meta jkollok iktar art, żid tlett ibliet oħrajn taʼ refuġju. 10 B’dan il-mod, ma jixxerred ebda demm taʼ nies innoċenti fl-art li Ġeħova l-Alla tiegħek qed jagħtik bħala wirt, u ma tkunx ħati tal-mewt taʼ xi ħadd.

11 “Imma jekk raġel ikun jobgħod lil sieħbu, u kien qed ifittex opportunità biex joqtlu u tah daqqa u miet, u r-raġel jaħrab lejn waħda minn dawn il-bliet, 12 l-anzjani* taʼ beltu jridu jibagħtu għalih minn hemmhekk u jagħtuh f’idejn dak li jkollu d-dritt jivvendika ruħu għad-demm, u għandu jmut. 13 M’għandekx titħassru. B’hekk Iżrael ma jkunx ħati taʼ qtil taʼ xi ħadd innoċenti, u tirnexxi.

14 “Meta tirċievi l-wirt tiegħek fl-art li qed jagħtik Ġeħova l-Alla tiegħek biex tiħodha f’idejk, tressaqx il-marka tal-fruntiera tal-ġar tiegħek mill-post fejn l-antenati jkunu għamlu l-fruntieri.

15 “Xhud wieħed m’għandux jikkundanna* lil xi ħadd għal xi żball jew dnub li għandu mnejn għamel. Il-kwistjoni għandha tiġi stabbilita skont ix-xhieda taʼ żewġ persuni jew tlieta. 16 Jekk xhud li jippjana l-ħsara kontra raġel jixhed kontrih u jakkużah li kiser il-liġi, 17 dawn iż-żewġt irġiel li jkollhom l-argument iridu jmorru quddiem Ġeħova, jiġifieri quddiem il-qassisin u l-imħallfin li jkunu qed jaqdu dak iż-żmien. 18 L-imħallfin iridu jinvestigaw sew, u jekk ix-xhud ikun gideb u jkun akkuża lil ħuh b’mod falz, 19 agħmlulu bħalma kellu f’moħħu li jagħmel lil ħuh. Tridu tneħħu dak li hu ħażin minn ġo nofskom. 20 Il-bqija tan-nies se jisimgħu u jibżgħu, u qatt ma jerġgħu jagħmlu xi ħaġa ħażina bħal din f’nofsok. 21 M’għandekx titħassru. Għandek tagħti ħajja għal ħajja, għajn għal għajn, sinna għal sinna, id għal id, u sieq għal sieq.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja