Ġożwè
19 Imbagħad it-tieni xorti telgħet għal Simegħon, għat-tribù taʼ Simegħon skont il-familji tiegħu. U wirthom kien fit-territorju tal-wirt taʼ Ġuda. 2 Wirthom kien Bir-xeba flimkien maʼ Xeba, Molada, 3 Ħasar-sugħal, Bala, Għesem, 4 Eltolad, Betul, Ħorma, 5 Siklag, Bet-markabot, Ħasar-susa, 6 Bet-lebagħot, u Saruħen. B’kollox, 13-il belt u l-irħula tagħhom. 7 Kif ukoll Għajn, Rimmon, Għeter, u Għasan. B’kollox, erbat ibliet u l-irħula tagħhom; 8 u l-irħula kollha li kienu madwar dawn il-bliet sa Bagħalat-bir, jiġifieri Rama tan-Nofsinhar. Dan kien il-wirt tat-tribù taʼ Simegħon skont il-familji tiegħu. 9 Il-wirt tagħhom ittieħed minn dak li tqassam lil Ġuda, għax sehem Ġuda kien kbir wisq għalih. Għalhekk, dawk li jiġu minn Simegħon irċivew art fit-territorju tal-wirt taʼ Ġuda.
10 Imbagħad it-tielet xorti telgħet għal dawk li jiġu minn Żebulun skont il-familji tagħhom, u l-fruntiera taʼ wirthom kienet sa Sarid. 11 Il-fruntiera tagħhom kienet titlaʼ lejn il-Punent lejn Maregħal u tilħaq sa Dabbeset u mbagħad sal-wied taʼ quddiem Ġoknegħam. 12 U kienet tmur minn Sarid lejn il-Lvant, sat-tarf taʼ Kislot-tabor u toħroġ lejn Daberat u mbagħad titlaʼ lejn Ġafigħa. 13 U minn hemmhekk kienet tkompli lejn il-Lvant għal Gat-ħefer, għal Għet-kasin, toħroġ għal Rimmon, u tibqaʼ sejra sa Negħa. 14 U fit-Tramuntana, il-fruntiera kienet iddur għal Ħannaton, u tispiċċa fil-Wied taʼ Iftaħ-el. 15 It-territorju kien jinkludi Kattat, Naħalal, Simron, Idla, u Betlem. B’kollox, 12-il belt u l-irħula tagħhom. 16 Dan kien il-wirt taʼ dawk li jiġu minn Żebulun skont il-familji tagħhom. Dawn kienu l-bliet u l-irħula tagħhom.
17 Ir-rabaʼ xorti telgħet għal Issakar, għal dawk li jiġu minn Issakar skont il-familji tagħhom. 18 U l-fruntiera tagħhom kienet sa Ġeżragħel, Kesullot, Sunem, 19 Ħafarajm, Sihon, Anaħarat, 20 Rabbit, Kisjon, Ebes, 21 Remet, Għajn-gannim, Għajn-ħadda, u Bet-passes. 22 U l-fruntiera kienet tasal sa Tabor, Saħasuma, u Bet-xemex, u tispiċċa fil-Ġordan. B’kollox, 16-il belt u l-irħula tagħhom. 23 Dan it-territorju, bil-bliet u l-irħula tagħhom, kien il-wirt tat-tribù taʼ Issakar skont il-familji tiegħu.
24 Imbagħad il-ħames xorti telgħet għat-tribù t’Aser skont il-familji tiegħu. 25 U l-fruntiera tagħhom kienet Ħelkat, Ħali, Beten, Aksaf, 26 Allammelek, Għamgħad, u Misal. Lejn il-Punent kienet tasal sal-Karmel u sa Siħor-libnat, 27 tmur lura lejn il-Lvant sa Bet-dagon, tasal sa Żebulun u l-Wied taʼ Iftaħ-el lejn it-Tramuntana, sa Bet-għemek u Negħijel, toħroġ lejn Kabul fuq ix-xellug, 28 lejn Għebron, Reħob, Ħammon, Kanah, u sa Sidon il-Kbira. 29 U l-fruntiera tmur lura lejn Rama u sal-belt iffortifikata taʼ Tir. Imbagħad tmur lura sa Ħosa, u tispiċċa mal-baħar fir-reġjun t’Akżib, 30 Umma, Afek, u Reħob. B’kollox, 22 belt u l-irħula tagħhom. 31 Dan kien il-wirt tat-tribù t’Aser skont il-familji tiegħu. Dawn kienu l-bliet u l-irħula tagħhom.
32 Is-sitt xorti telgħet għal dawk li jiġu minn Naftali skont il-familji tagħhom. 33 Il-fruntiera tagħhom kienet minn Ħelef u mis-siġra l-kbira f’Sagħnannim, tibqaʼ sejra lejn Adami-nekeb u Ġabnel sa Lakkum, u tispiċċa fil-Ġordan. 34 Il-fruntiera tmur lura lejn il-Punent s’Ażnot-tabor, toħroġ lejn Ħukkok, u tasal sa Żebulun fin-Nofsinhar, s’Aser fil-Punent, u sa Ġuda fil-Ġordan lejn il-Lvant. 35 U l-bliet iffortifikati kienu Żiddim, Ser, Ħammat, Rakkat, Kinneret, 36 Adama, Rama, Ħasor, 37 Kedes, Edrej, Għajn-ħasor, 38 Iron, Migdal-el, Ħorem, Bet-għanat, u Bet-xemex. B’kollox, 19-il belt u l-irħula tagħhom. 39 Dan it-territorju, bil-bliet u l-irħula tagħhom, kien il-wirt tat-tribù taʼ Naftali skont il-familji tiegħu.
40 Is-sebaʼ xorti telgħet għat-tribù taʼ Dan skont il-familji tiegħu. 41 U tarf wirthom kien Sorgħa, Estagħol, Ir-xemex, 42 Sagħlabbin, Ajjalon, Itla, 43 Elon, Timna, Għekron, 44 Elteke, Gibbeton, Bagħalat, 45 Ġeħud, Bene-berak, Gat-rimmon, 46 Me-ġarkon, u Rakkon, bit-tarf faċċata taʼ Ġaffa. 47 Imma t-territorju taʼ Dan kien żgħir wisq għalihom. Għalhekk telgħu u ggwerraw kontra Lesem u rebħuha u attakkawha bix-xabla. Imbagħad ħaduha f’idejhom u marru jgħixu fiha, u bidlu isimha għal Dan, isem missierhom. 48 Għalhekk, dan kien il-wirt tat-tribù taʼ Dan skont il-familji tiegħu. Dawn kienu l-bliet u l-irħula tagħhom.
49 B’hekk, lestew iqassmu l-art bħala wirt skont it-territorji tagħha. Imbagħad l-Iżraelin taw wirt lil Ġożwè bin Nun f’nofshom. 50 Bil-kmand taʼ Ġeħova huma tawh il-belt li talab, Timnat-sera, fir-reġjun muntanjuż t’Efrajm, u hu bnieha u beda jgħix fiha.
51 Dan kien il-wirt li Elegħażar il-qassis, Ġożwè bin Nun, u l-kapijiet tal-familji tat-tribujiet t’Iżrael qassmu bix-xorti f’Silo quddiem Ġeħova, fid-daħla tat-tinda tal-laqgħa. B’hekk lestew iqassmu l-art.