-
2 Kronaki 2:4Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
4 ara, jien qed nibni+ dar għal isem+ Ġeħova Alla tiegħi biex inqaddisha+ għalih, biex naħraq l-inċens ifuħ+ quddiemu, bil-ħobż preżentat f’saffi+ l-ħin kollu u offerti tal-ħruq fil-għodu u fil-għaxija,+ fis-Sabatijiet,*+ f’kull qamar ġdid,+ u fl-istaġuni tal-festi+ għal Ġeħova Alla tagħna. Għal żmien indefinit*+ dan ikun obbligu fuq Israel.
-
-
2 Kronaki 13:11Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
11 U qed jaħarqu* l-offerti tal-ħruq lil Ġeħova kull fil-għodu u kull fil-għaxija,+ kif ukoll l-inċens ifuħ;+ u s-saffi tal-ħobż qegħdin fuq il-mejda tad-deheb pur,+ u hemm il-gandlier+ tad-deheb u l-imsiebaħ tiegħu biex jinxtegħlu kull fil-għaxija;+ għaliex aħna qed inħarsu l-obbligu+ li għandna lejn Ġeħova Alla tagħna, imma intom tlaqtuh.+
-
-
Danjel 9:27Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
27 “U hu jrid iżomm il-patt+ jaħdem għall-ħafna għal ġimgħa waħda;+ u f’nofs din il-ġimgħa se jtemm is-sagrifiċċju u l-offerta li ssir bħala għotja.+
“U fuq il-ġewnaħ taʼ l-affarijiet moqżieża jkun hemm dak li jġib ħerba;+ u sakemm ikun hemm qerda għalkollox, dak li ġie deċiż se jissawwab ukoll fuq dak li jinsab ħerba.”+
-