Lhud
10 Għax ladarba l-Liġi hi biss dell+ taʼ l-affarijiet tajbin li għandhom jiġu, imma mhux ir-realtà tagħhom, il-bnedmin qatt ma jistgħu bl-istess sagrifiċċji li joffru kontinwament minn sena għall-oħra jagħmlu perfetti lil dawk li jersqu lejn Alla.+ 2 Għax kieku kien hekk, ma kinux huma jieqfu joffru s-sagrifiċċji, peress li dawk li qed jagħtu servizz sagru u tnaddfu darba għal dejjem ma kinux ikunu jafu iktar bid-dnubiet?+ 3 Għall-kuntrarju, b’dawn is-sagrifiċċji jiġu mfakkrin id-dnubiet minn sena għall-oħra,+ 4 għax hu impossibbli li d-demm tal-barrin u tal-mogħoż ineħħi d-dnubiet.+
5 Għalhekk, meta jiġi fid-dinja jgħid: “‘Sagrifiċċju u offerta int ma ridtx,+ imma ħejjejt ġisem għalija.+ 6 Int m’approvajtx offerti tal-ħruq sħaħ u offerti għad-dnub.’+ 7 Imbagħad jien għedt, ‘Ara! Ġejt (fir-romblu tal-ktieb hemm miktub dwari)+ biex nagħmel ir-rieda tiegħek, O Alla.’”+ 8 Wara li l-ewwel jgħid: “Int la ridt u lanqas approvajt sagrifiċċji u offerti u offerti tal-ħruq sħaħ u offerti għad-dnub”+—sagrifiċċji li huma offruti skond il-Liġi+— 9 imbagħad fil-fatt jgħid: “Ara! Ġejt biex nagħmel ir-rieda tiegħek.”+ Ineħħi taʼ l-ewwel biex jistabbilixxi t-tieni.+ 10 B’din ir-“rieda”+ tqaddisna+ permezz taʼ l-offerta+ tal-ġisem taʼ Ġesù Kristu li saret darba+ għal dejjem.
11 Ukoll, kull qassis jieħu postu+ minn jum għall-ieħor+ biex jagħti servizz pubbliku u joffri l-istess sagrifiċċji spiss, għax dawn qatt ma jistgħu jneħħu d-dnubiet għalkollox.+ 12 Imma dan ir-raġel offra sagrifiċċju wieħed għad-dnubiet għal dejjem+ u qagħad bil-qiegħda fuq il-leminija t’Alla,+ 13 jistenna, minn dak iż-żmien ’il quddiem, sakemm l-għedewwa tiegħu jitqiegħdu bħala banketta għal saqajh.+ 14 Għax bl-offerta taʼ sagrifiċċju wieħed+ għamel perfetti+ għal dejjem lil dawk li qed jitqaddsu. 15 Iktar minn hekk, jixhdilna wkoll l-ispirtu qaddis,+ għax wara li qal: 16 “‘Dan hu l-patt li nagħmel magħhom wara dak iż-żmien,’ jgħid Ġeħova. ‘Inqiegħed il-liġijiet tiegħi fi qlubhom, u niktibhom f’moħħhom,’”+ 17 imbagħad jgħid: “U żgur ma niftakarx iktar dnubiethom u l-għemejjel tagħhom kontra l-liġi.”+ 18 Issa meta jkun hemm din il-maħfra,+ ma jkunx hemm iktar offerta għad-dnub.+
19 Għalhekk, ħuti, ladarba għandna l-qlubija biex nidħlu fit-triq+ għal ġol-post qaddis+ bid-demm taʼ Ġesù, 20 li hu inawgura għalina bħala triq ġdida u ħajja minn ġol-purtiera,+ jiġifieri, laħmu,+ 21 u ladarba għandna l-aqwa qassis fuq id-dar t’Alla,+ 22 ħa nersqu bi qlub sinċieri u b’fiduċja sħiħa u bil-fidi, wara li qalbna ġiet imnaddfa minn kuxjenza ħażina+ bit-traxxix u ġisimna maħsul b’ilma nadif.+ 23 Ħa nżommu sod l-istqarrija pubblika tat-tama tagħna+ mingħajr ma niddubitaw,+ għax leali*+ hu min wiegħed. 24 U ħa nagħtu kas xulxin biex nitqanqlu+ għall-imħabba u l-għemejjel tajbin,+ 25 u ma nabbandunawx il-laqgħat tagħna flimkien,+ bħalma ħaduha drawwa jagħmlu xi wħud, imma ninkuraġġixxu+ lil xulxin, u dan iktar u iktar hekk kif taraw joqrob il-jum.+
26 Għax jekk wara li nkunu rċivejna l-għarfien eżatt dwar il-verità+ nipprattikaw id-dnub għax irridu,+ ma jibqaʼ ebda sagrifiċċju għad-dnubiet,+ 27 imma stennija tal-biżaʼ tal-ġudizzju+ u għira taqbad li se teqred lil dawk li jopponu.+ 28 Kulmin ma jkunx ta kas il-liġi taʼ Mosè jmut bla mogħdrija, bix-xiehda taʼ tnejn jew tlieta.+ 29 X’kastig+ ferm iktar aħrax taħsbu li jkun jistħoqqlu min jgħaffeġ taħt saqajh+ lill-Iben t’Alla u jqis id-demm+ tal-patt li bih kien imqaddes bħala ordinarju u jiddisprezza bla mistħija l-ispirtu+ tal-qalb tajba mhix mistħoqqa? 30 Għax nafuh lil dak li qal: “Il-vendetta hi tiegħi; jien inħallas”;+ u reġaʼ: “Ġeħova se jiġġudika lill-poplu tiegħu.”+ 31 Hi ħaġa tal-biżaʼ li taqaʼ f’idejn l-Alla l-ħaj.+
32 Madankollu, ibqgħu ftakru fiż-żmien taʼ qabel meta, wara li ġejtu mdawlin,+ issaportejtu taqbida kbira bis-sofferenzi,+ 33 xi drabi waqt li kontu qed tiġu esposti, bħal f’teatru,+ għaż-żebliħ u għat-tribulazzjonijiet, u xi drabi billi sseħibtu maʼ dawk li kienu għaddejjin minn din l-esperjenza.+ 34 Għax intom esprimejtu simpatija lejn dawk fil-ħabs kif ukoll issaportejtu bil-ferħ is-serq+ taʼ ġidkom, billi tafu li għandkom ġid aħjar u li jibqaʼ.+
35 Għalhekk, tarmux il-libertà tal-kelma+ li għandkom u li għad titħallas bi premju kbir.+ 36 Għax teħtieġu s-sabar+ sabiex, wara li tkunu għamiltu r-rieda t’Alla,+ tirċievu t-twettiq tal-wegħda.+ 37 Għax “ftit ferm” baqaʼ,+ u “dak li ġej jasal u ma jiddawwarx.”+ 38 “Imma l-ġust tiegħi jgħix permezz tal-fidi,”+ u, “jekk jerġaʼ lura minni bil-biżaʼ, ruħi ma tiħux pjaċir bih.”+ 39 Issa aħna m’aħniex it-tip li nerġgħu lura bil-biżaʼ biex ninqerdu,+ imma t-tip li għandna l-fidi biex inżommu ruħna ħajja.+