3U Mosè sar ragħaj tal-merħla taʼ Ġetro,*+ il-qassis taʼ Midjan, li kien il-kunjatu tiegħu.+ Waqt li kien qed jieħu l-merħla lejn in-naħa tal-punent tax-xagħri, sa fl-aħħar wasal ħdejn il-muntanja taʼ l-Alla l-veru,+ fil-Ħoreb.+
18 Issa n-nies kollha kienu jisimgħu r-ragħad u l-ħoss tal-qarn u jaraw il-leħħiet tal-beraq u l-muntanja ddaħħan. Meta n-nies raw u semgħu dan, bdew jirtogħdu u qagħdu ’l bogħod.+
16 U l-glorja taʼ Ġeħova+ baqgħet fuq il-Muntanja Sinaj,+ u s-sħaba baqgħet tgħattiha għal sitt ijiem. Sa fl-aħħar, fis-sebaʼ jum hu sejjaħ lil Mosè minn nofs is-sħaba.+
8 Għalhekk, qam u kiel u xorob, u bis-saħħa taʼ dak in-nutriment baqaʼ sejjer erbgħin jum+ u erbgħin lejl sal-muntanja taʼ l-Alla l-veru, il-Ħoreb.+