LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Isaija 53:12
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 12 Għalhekk, se nagħtih sehem maʼ ħafna,+ u mas-​setgħanin se jqassam il-​priża,+ minħabba l-​fatt li hu ferraʼ ruħu sal-​mewt,+ u kien magħdud maʼ dawk li jiksru l-​liġi;+ u hu nnifsu ġarr id-​dnub taʼ ħafna nies,+ u qabeż għal dawk li jiksru l-​liġi.+

  • Ġwanni 1:29
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 29 L-għada lemaħ lil Ġesù ġej lejh u qal: “Ara, il-​Ħaruf+ t’Alla li jneħħi d-​dnub+ tad-​dinja!+

  • Rumani 15:3
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 3 Għax lanqas il-​Kristu ma fittex li jogħġob lilu nnifsu;+ imma bħalma hu miktub: “It-​tmaqdir taʼ dawk li kienu qed imaqdruk waqaʼ fuqi.”+

  • Efesin 1:7
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 7 Bih għandna l-​ħelsien bil-​fidwa permezz taʼ demmu,+ iva, il-​maħfra+ tan-​nuqqasijiet tagħna, skond ir-​rikkezzi tal-​qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħu.+

  • Lhud 9:28
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 28 hekk ukoll il-​Kristu kien offrut darba+ għal dejjem biex iġorr id-​dnubiet taʼ ħafna;+ u t-​tieni darba+ li jidher+ ma jkunx biex ineħħi d-​dnub+ imma għal dawk li qed ifittxuh bil-​ħerqa għas-​salvazzjoni tagħhom.+

  • 1 Pietru 2:24
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 24 Hu ġarr dnubietna+ f’ġismu stess fuq iz-​zokk,+ sabiex neħilsu mid-​dnubiet+ u ngħixu għall-​ġustizzja. U “bil-​ġrieħi tiegħu ġejtu mfejqin.”+

  • 1 Ġwanni 3:5
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 5 Intom tafu wkoll li hu ntwera biex ineħħilna dnubietna,+ u fih m’hemm ebda dnub.+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja