Efesin
1 Pawlu, appostlu+ taʼ Kristu Ġesù bir-rieda t’Alla,+ lill-qaddisin li hemm f’Efesu u wħud leali+ f’unjoni+ maʼ Kristu Ġesù:
2 Qalb tajba mhix mistħoqqa+ u paċi+ lilkom mingħand Alla Missierna u l-Mulej Ġesù Kristu.
3 Ikun imbierek Alla u Missier il-Mulej tagħna Ġesù Kristu,+ għax berikna+ b’kull barka spiritwali, f’unjoni maʼ Kristu, fil-postijiet+ tas-sema, 4 bħalma għażilna+ f’unjoni miegħu qabel it-tisjis+ tad-dinja, biex inkunu qaddisin u bla difett+ quddiemu fl-imħabba.+ 5 Hu ddetermina minn qabel+ li jadottana+ bħala wliedu+ permezz taʼ Ġesù Kristu, skond kif għoġobha r-rieda tiegħu,+ 6 b’tifħir+ għall-qalb tajba mhix mistħoqqa+ u glorjuża tiegħu li wriena b’qalb tajba permezz taʼ Ibnu l-maħbub.+ 7 Bih għandna l-ħelsien bil-fidwa permezz taʼ demmu,+ iva, il-maħfra+ tan-nuqqasijiet tagħna, skond ir-rikkezzi tal-qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħu.+
8 Hu ġiegħel li din toktor fina flimkien maʼ kull għerf+ u għaqal, 9 billi għarrfilna s-sigriet sagru+ tar-rieda tiegħu. Dan hu skond l-iskop li għoġbu jfassal fih innifsu+ 10 għal amministrazzjoni+ fil-milja taż-żminijiet stabbiliti,+ jiġifieri, li jerġaʼ jiġbor+ kollox flimkien fil-Kristu,+ kulma hemm fis-smewwiet+ u kulma hemm fuq l-art.+ Iva, fih, 11 u f’unjoni miegħu konna maħturin ukoll bħala werrieta,+ billi ġejna determinati minn qabel skond l-iskop taʼ dak li jmexxi kollox kif tiddeċiedi r-rieda tiegħu,+ 12 sabiex aħna, li konna l-ewwel li ttamajna fil-Kristu,+ naqdu għat-tifħir tal-glorja tiegħu.+ 13 Intom ukoll ittamajtu fih wara li smajtu l-kelma tal-verità,+ l-aħbar tajba dwar is-salvazzjoni tagħkom.+ U permezz tiegħu wkoll, wara li emmintu, ġejtu mmarkati bis-siġill+ taʼ l-ispirtu qaddis imwiegħed,+ 14 li hu garanzija+ bil-quddiem tal-wirt tagħna,+ bl-iskop li jinħeles b’fidwa+ l-poplu li hu proprjetà t’Alla,+ għat-tifħir glorjuż tiegħu.
15 Huwa għalhekk li jien ukoll, mindu smajt bil-fidi li għandkom fil-Mulej Ġesù u kif turuha lejn il-qaddisin kollha,+ 16 ma niqafx irrodd ħajr għalikom. Inkompli nsemmikom fit-talb tiegħi,+ 17 biex l-Alla tal-Mulej tagħna Ġesù Kristu, Missier il-glorja, jagħtikom spirtu t’għerf+ u taʼ rivelazzjoni fl-għarfien eżatt dwaru;+ 18 l-għajnejn+ taʼ qalbkom ġew imdawlin+ sabiex tkunu tafu x’inhi t-tama+ li sejħilkom għaliha, x’inhuma r-rikkezzi glorjużi+ li hu għandu bħala wirt għall-qaddisin,+ 19 u x’inhu l-kobor bla qjies tal-qawwa tiegħu+ lejna li nemmnu. Dan hu skond il-ħidma+ tas-setgħa tas-saħħa tiegħu, 20 li uża meta qajjem lill-Kristu mill-imwiet+ u qiegħdu bil-qiegħda fil-leminija tiegħu+ fil-postijiet tas-sema,+ 21 ħafna iżjed ’il fuq minn kull gvern u awtorità u qawwa u ħakma+ u kull isem li jissemma,+ mhux biss f’din is-sistema,+ imma wkoll f’dik li ġejja.+ 22 Hu ssuġġetta wkoll kollox taħt saqajh,+ u għamlu kap fuq kollox+ għall-kongregazzjoni, 23 li hi l-ġisem tiegħu,+ il-milja+ taʼ dak li jimla kollox f’kulħadd.+