18 U wieħed mill-qaddejja wieġeb u qal: “Ara! Rajt kemm bin Ġesse, il-Betlehemi, idoqq bis-sengħa,+ u hu raġel qalbieni u setgħan,+ gwerrier,+ kelliemi intelliġenti,+ u raġel mibni tajjeb,+ u Ġeħova qiegħed miegħu.”+
18 U l-qaddejja kollha tiegħu kienu qed jaqsmu minn ħdejh; u l-Keretin kollha u l-Peletin+ kollha u l-Gittin+ kollha, sitt mitt raġel li kienu ġew warajh minn Gat,+ kienu qed jaqsmu minn quddiem wiċċ is-sultan.
8 Dawn huma l-ismijiet taʼ l-irġiel setgħanin+ taʼ David: Ġoseb-bassebet+ it-Taħkemoni, il-kap tat-tlieta. Hu xejjer il-lanza tiegħu fuq tmien mija u qatilhom f’darba waħda.
18 Issa Abisaj,+ ħu Ġowab, bin Seruja,+ kien il-kap tat-tletin, u xejjer il-lanza tiegħu fuq tliet mija u qatilhom, u kellu reputazzjoni bħal dawn it-tlieta.+