21 “‘U jekk raġel jippreżenta sagrifiċċju taʼ sħubija+ lil Ġeħova sabiex irodd wegħda+ li jkun għamel jew bħala offerta volontarja, l-annimal għandu jkun bla difett minn fost il-merħla tal-baqar jew tan-nagħaġ, sabiex jikseb l-approvazzjoni. M’għandu jkun fih assolutament ebda difett.
21 U dawn ġabu sebaʼ barrin,+ sebaʼ mtaten, sebat iħrief irġiel, u sebaʼ bdabad bħala offerta għad-dnub+ preżentata għas-saltna, għas-santwarju, u għal Ġuda. Għalhekk, hu qal lil ulied Aron, il-qassisin,+ biex joffruhom fuq l-artal taʼ Ġeħova.